Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31991L0422

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Lulju 1991 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 71/320/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-mezzi ta’ l-ibbrejkjar ta’ ċerti kategoriji ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom

    ĠU L 233, 22.8.1991, p. 21–29 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1991/422/oj

    31991L0422



    Official Journal L 233 , 22/08/1991 P. 0021 - 0029
    Finnish special edition: Chapter 13 Volume 21 P. 0003
    Swedish special edition: Chapter 13 Volume 21 P. 0003


    Id-Direttiva tal-Kummissjoni

    tal-15 ta’ Lulju 1991

    li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 71/320/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-mezzi ta’ l-ibbrejkjar ta’ ċerti kategoriji ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom

    (91/422/KEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 71/320/KEE tas-26 ta’ Lulju 1971 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-mezzi ta’ l-ibbrejkjar ta’ ċerti kategoriji ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhommezz [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 88/194/KEE [2], u partikolarment l-Artikolu 5 tagħha,

    Billi fid-dawl tal-progress li sar fit-teknoloġija ta’ ibbrejkjar, issa huwa possibbli li l- ħtiġiet isiru aktar strinġenti u, partikolarment, biex jsir obbligatorju li jiġu mmuntati fuq ċerti vetturi tqal u l-karrijiet aġġustaturi awtomatiċi tal-linings tal-brejkijiet sabiex ti¿died is-sugurtà fit-triq;

    Billi d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Adattament għall-Progress Tekniku tad-Direttivi dwar Vetturi bil-Mutur,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    L-Annessi I, II, III, IV, V, VII, iX, X u XII mad-Direttiva 71/320/KEE huma hawnhekk emendati skond l-Anness ma’ din id-Direttiva.

    Artikolu 2

    1. Mill-1 ta’ Ottubru 1991, l-ebda Stat Membru ma jista’, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-mezzi ta’ l-ibbrejkjarmezz:

    - jirrifjuta, fir-rigward ta’ tip ta’ vettura, li jagħti l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE, jew li joħroġ kopja taċ-ċertifikat imsemmi fl-aħħar inċi¿ ta’ l-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE [3], jew li jagħti l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali, jew

    - jipprojbixxi d-dħul fis-servizz ta’ vetturi.

    fejn il-mezzi ta’ l-ibbrejkjarmezz ta’ dan it-tip ta’ vettura jew ta’ vetturi bħal dawn jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 71/320/KEE, kif l-aħħar emendata b’din id-Direttiva.

    2. Mill-1 ta’ Ottubru 1992, l-Istati Membri:

    - ma għandhomx aktar joħorġu l-kopja taċ-ċertifikat previst fl-aħħar inċi¿ ta’ l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 70/156/KEE fir-rigward ta’ tip ta’ vettura li l-mezzi ta’ l-ibbrejkjar tagħha mezz ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 71/320/KEE, kif l-aħħar emendata b’din id-Direttiva,

    - jistgħu jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali fir-rigward ta’ tip ta’ vettura li l-mezzi ta’ l-ibbrejkjar tagħha mezz ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 71/320/KEE, kif emendata l-aħħar b’din id-Direttiva.

    3. Mill-1 ta’ Ottubru 1994 l-Istati Membri jistgħu jjipprojbixxu d-dħul fis-servizz ta’ vetturi li l-mezzi ta’ l-ibbrejkjar tagħhommezz ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 71/320/KEE, kif l-aħħar emendata b’din id-Direttiva.

    Artikolu 3

    L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva qabel l-1 ta’ Ottubru 1991. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni b’dan.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkompanjati b’din ir-referenza fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal din ir-referenza għandha tkun addottata mill-Istati Membri.

    Artikolu 4

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fil-15 ta’ Lulju 1991.

    Għall-Kummissjoni

    Martin Bangemann

    Viċi-President

    [1] ĠU L 202, tas-6.9.1971, p. 37.

    [2] ĠU L 92, tad-9.4.1988, p. 47.

    [3] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    EMENDI GĦALL-ANNESSI MAD-DIRETTIVA 71/320/KEE, KIF EMENDATA BID-DIRETTIVI 74/132/KEE, 75/524/KEE, 79/489/KEE U 85/647/KEE U 88/194/KEE

    L-ANNESS I DEFINIZZJONIJIET, ĦTIĠIET, KOSTRUZZJONIJIET U TWAĦĦIL

    Il-punt 1.16.3 għandu jinqara:

    "1.16.3. Karru bil-fus fin-nofs

    "Karru bil-fus fin-nofs" tfisser vettura irmonkata mgħammra b’mezzmezz ta’ l-irmunkar li ma tistax tiċċaqlaq b’mod vertikali (f’relazzjoni mal-karru) u li fiha l-fus (ijietfusien) hu (ma) posizzjonat(i) viċin iċ-ċentru ta’ gravità tal-vettura (meta tkun mgħobbija uniformement) b’tali mod illi tagħbija statika, żgħira u vertikali biss, li ma taqbiżx l-10 % tat-tagħbija li tikkorrispondi mal-massa massima tal-karru jew tat-tagħbija ta’ 1000 daN (skond liema waħda tkun l-iżgħar) hija trasmessa lejn il-vettura li tkun qegħda tiġbed."

    (dak li jibqa’ ma jinbidilx.)Il-punt 2.1.2.3, ¿id fl-aħħar: "Il-brejk ta’ l-arja tal-karru u l-brejk tal-ipparkjar tal-vettura li tiġbed jistgħu jiġu operati simoltanjament, jekk kemm-il darba is-sewwieq ikun jista’ jiċċekkja, f’kull ħin, ili l-prestazzjoni tal-brejk tal-ipparkjar tal-kombinazzjoni tal-vettura, li tkun miksuba bl-azzjoni purament mekkanika tal-mezz tal-brejk tal-ipparkjar, huwa bi¿¿ejjed."Il-punt 2.2.1.5.2 għandu jaqra: (it-test Ingli¿ biss għandu jiġi emendat) "2.2.1.5.2. Barra minn hekk, mezzimezz tal-ħa¿na lokati… (dak li jibqa’ ma jinbidilx)"Il- punt 2.2.1.8 għandu jaqra:

    "2.2.1.8. L-azzjoni tal-mezz tal-ibbrejkjar tas-servizz għandha tkun distribwita b’mod xieraq fost il-fusien. Fil-każ ta’ vetturi b’aktar minn żewġt fusien, sabiex jigi evitat l-illokkjar tar-rota jew l-igglejżjar tal-linings tal-brejkijiet, il-forza tal-brejk fuq ċerti fusien tista’ tkun imnaqqsa għal żero awtomatikament meta jġorru tagħbija mnaqqsa ħafna, basta li l-vettura tissodisfa l-ħtiġiet tal-prestazzjoni preskritti fl-Anness II."

    Wara l-punt 2.2.1.11. l-punti ġodda li ġejjin 2.2.1. 11.1 u 2.2.1.11.2 għandhom jiġu mi¿juda:

    "2.2.1.11.1 L-aġġustament għall-u¿u għandu jkun awtomatiku għall-brejkijiet tas-servizz. Madankollu, it-twaħħil ta’mezzi ta’ aġġustament awtomatiku huwa fakultattiv għal-vetturi off-road tal-kategoriji N2 u N3, u għall-brejkijiet ta’ wara tal-vetturi tal-kategoriji M1 u N1. Il-mezzi ta’ aġġustament awtomatiku għall-u¿u għandhom ikunu b’mod illi wara li l-brejkijiet jisħnu u jiksħu, l-ibbrejkjar effettiv ikun jista’ jibqa’ jiġi assigurat. Partikolarment, il-vettura għandha tibqa’ kapaċi taħdem normalment wara t-testijiet li jkunu saru skond l-Anness II, punt 1.3 (test tat-Tip 1) u l-Anness II, punt 1.4 (test tat-Tip II).

    2.2.1.11.2 Għandu jkun possibbli li jiġi iċċekkjat b’mod faċli l-u¿u fuq l-inforra tal-brejkijiet, min-naħa ta’ barra u minn taħt tal-vettura, bl-u¿u biss ta’ l-għodda jew tagħmir li jkun normalment ġie provdut mal-vettura; e¿empju, bil-provi¿joni ta’ toqob ta’ inspezzjoni xerqin jew b’modi oħrajn. Alternattivament, il-mezzi akustiċi jew ottiċi li jav¿aw lis-sewwieq meta jkun fil-pozi¿¿joni tas-sewqan meta jkun meħtieġ li l-inforra jkollha b¿onn tinbidel huwa aċċettabbli. It-tneħħija tar-roti ta’ quddiem u ta’ wara għandhom jitħallew għal dan l-iskop fuq il-vetturi tal-Kategoriji M1 u N1 biss."

    Wara l-punt 2.2.1.12.2., il-punt ġdid li ġej 2.2..1.12.3 għandu jiġi mi¿jud:

    "2.2.1.12.3 it-tip ta’ fluwidu li għandu jintu¿a fil-mezzi ta’ l-ibbrejkjar bi trasmissjoni idrawlika għandu jkun identifikat skond l-istandard ISO 9128-1987. Is-simbolu relevanti skond il-figura 1 jew 2 għandu jkun imwaħħal f’pożizzjoni vi¿ibbli u f’forma indelibbli f’distanza ta’ 100 mm minn fejn jimtlew ir-reċipjenti tal-fluwidu; informazzjoni addizzjonali tista’ tingħata mill-manifatturi."

    Il-punt 2.2.1.18.3 għandu jaqra:

    "2.2.1.18.3 fil-ka¿ ta’ ksur jew nixxija f’wieħed mill-pajpijiet tal-provvista ta’ l-arja (jew f’tip ieħor ta’ konnessjoni kif jista’ jkun adottat), għandu xorta waħda jkun possibbli għas-sewwieq li jattwa il-brejkijiet tal-karru b’mod sħiħ jew parzjali, kemm permezz tal-kontroll tal-ibbrejkjar tas-servizz jew tal-kontroll tal-ibbrejkjar sekondarju jew tal-kontroll tal-brejkijiet tal-ipparkjar, sakemm il-ksur jew in-nixxija awtomatikament ma jikkaw¿awx li l-karru jkun ibbrejkjat bil-prestazzjoni preskritta f’punt 2.2.3 ta’ l-Anness II;"

    Il-punti 2.2.1.18.4.1 u 2.2.1.18.4.2 għandhom jinqraw:

    "2.2.1.18.4.1 Meta l-kontroll tal-brejk designat tal-kontrolli msemmijin fil-punt 2.2.1.18.3 hawn fuq huwa attwat b’mod sħiħ, il-pressa fil-linja tal-provvista għandha taqa’ għall-1.5 bar fi¿-¿ewġ sekondi ta’ wara;

    2.2.1.18.4.2. meta l-linja tal-provvista hija evakwata bir-rata ta’ mill-inqas 1 bar fis-sekona, l-ibbrejkjar awtomatiku tal-karru għandu jibda jopera qabel ma l-pressa fil-linja tal-provvista taqa’ għal 2 bar.”"

    Wara l-punt 2.2.1.23, l-punt ġdid li ġej 2.2.1.24 għandu ji¿ied:

    "2.2.1.24 Fil-ka¿ ta’ vettura bil-mutur awtorizzata biex tiġbed karru tal-kategorija O3 jew O4, l-mezz tal-ibbrejkjar tas-servizz tal-karru jista’ jkun operat biss f’konġunzjoni mal-mezz tal-ibbrejkjar tas-servizz, jew l-mezz tal-ibbrejkjar sekondarju jew tal-ipparkjar tal-vettura li tiġbed."

    Wara l-punt 2.2.2.8., għandhom jin¿iedu l-punti ġodda li ġejjin 2.2.2. 8.1 u 2.2.2.8.2:

    "2.2.2.8.1 L-aġġustament għall-u¿u għandu jkun awtomatiku għall-brejkijiet tas-servizz. Madankollu, it-twaħħil ta’ mezzi ta’ aġġustament awtomatiku huwa fakultattiv fil-ka¿ tal-vetturi tal-kategoriji O1 u O2. Il-mezzi ta’ aġġustament awtomatiku għall-u¿u għandhom ikunu b’tali mod illi wara li l-brejkijiet jisħnu u mbagħad jiksħu, l-ibbrejkjar effettiv jibqa’ assigurat xorta waħda.

    Partikolarment, il-vettura għandha tibqa’ kapaċi taħdem normalment wara li t-testijiet li jkunu saru skond l-Anness II, punt 1.3 (It-test tat-Tip I) u l-Anness II, punt 1.4 (It-test tat-Tip II).

    2.2.2.8.2 Għandu jkun possibbli li jiġi ivverifikat dan l-u¿u fuq il-linings tal-brejkijiet tas-servizz, min-naħa ta’ barra jew minn taħt tal-vettura,, bl-u¿u biss ta’ l-għodda jew tagħmir li jkun normalment ġie provdut mal-vettura; e¿empju, bil-provi¿joni ta’ toqob ta’ inspezzjoni xerqin jew b’modi oħrajn."

    Il-punt 2.2.2.9 ħassar il-kliem "fus-singlu" fit-tielet linja u biddel ‘separazzjoni’ għall-‘ksur’ u ‘separati’ għall-‘ksur’ f’dan il-punt.

    Il-punt 2.2.2.11 għandu jaqra:

    "2.2.2.11 Jekk il-karru jkollu mwaħħal miegħu mezz li jippermetti li l-attwazzjoni ta’ l-arja kompressata tal-mezz tal-ibbrejkjar, barra mill-mezz tal-brejkijiet tal-ipparkjar, tinqata’, il-mezz li huwa msemmi l-ewwel għandu jkun disinjat u mibni b’mod illi jkun posittivament meħud lura għall-pożizzjoni “tal-mistrieħ” mhux aktar tard minn meta l-provvista ta’ l-arja kompressata għall-karru terġa taqbad."

    L-ANNESS II: IT-TESTIJIET TA’ L-IBBREJKJAR U L-PRESTAZZJONI TAL-MEZZI TA’ L-IBBREJKJAR

    Il-Punt 1.1 għandu jaqra:

    "1.1.1 IL-prestazzjoni preskritta għall-mezzi ta’ l-ibbrejkjar għandha tkun ibbażata fuq id-distanza tal-waqfien u/jew id-deċellarazzjoni żviluppata sħiħa medja. Il-prestazzjoni ta’ mezzta’ l-ibbrejkjar għandu jkun determinat billi tiġi mkejla id-distanza tal-waqfien f’relazzjoni mal-veloċità inizjali tal-vettura u/jew billi tiġi mkejla d-deċellerazzjoni żviluppata sħiħa matul it-test."

    Il-punt 1.1.3.7, ¿id fl-aħħar:"’L-illokkjar tar-roti huwa permess meta jkun speċifikatament imsemmi.”"Il-punt 1.2.1.2.3, ¿id fl-aħħar: "il-vettura għandha tissodisfa kemm id-distanza tal-waqfien preskritta kif ukoll id-deċelerazzjoni ¿viluppata sħiħa medja għall-kategorja ta’ vettura relevanti, i¿da jista’ ma jkunx hemmx il-ħtieġa illi ¿-¿ewġ parametri jiġu mkejla attwalment."Wara l-punt 1.2.3.1. il-punt ġdid li ġej 21.2.3.2 għandu ji¿died:

    "12.3.2 Għandhom isiru aktar testijiet bil-magna konnessa, mill-veloċità preskritta għall-kategorija illi fiha l-vettura tappartjeni.minima preskritta għall-kull kategorija għandha tintlaħaq. Unitajiet trattivi għal semi-karrijiet, mgħobbija b’mod artifiċjali biex jissimulaw l-effetti ta’ semi-karru mgħobbi, m’ għandhomx jiġu ittestjati ‘l hinn minn 80km/siegħa."

    Il-punt 1.3.1.3 għandu jaqra:

    "1.3.1.3 F’dawn it-testijiet, il-forza applikata lill-kontroll għandha tkun hekk aġġustata biex tilħaq id-deċellerazzjoni ¿viluppata sħiħa medja ta’ 3m/s2 ma’ l-ewwel applikazzjoni tal-brejkijiet. Din il-for¿a għandha tibqa kostanti matul l-applikazzjonijiet sussegwenti tal-brejkijiet."

    Il-punt 1.3.3 għandu jaqra:

    "1.3.3 Prestazzjoni taħraq

    1.3.3.1. Fl-aħħar tat-test tat-Tip 1… il-prestazzjoni taħraq tal-mezz tal-ibbrejkjar tas-servizz… Għall-vetturi bil-mutur, din il-prestazzjoni taħraq,… Madankollu, fil-ka¿ tal-karrijiet, il-forza taħraq tal-brejkijiet… (dak li jibqa’ ma jinbidilx).

    1.3.3.2 Fil-ka¿ ta’ vettura bil-mutur li tissoddisfa l-ħtieġa ta’ 60 % speċifikata fil-punt 1.3.3.1 t’ hawn fuq, i¿da li ma tistax tikkonforma mal-ħtieġa ta’ 80 % speċifikat fil-punt 1.3.3.1 t’hawn fuq, it-test tal-prestazzjoni taħraq ieħor għandu jsir bl-u¿u tal-forza tal-kontroll li ma taqbi¿x dik speċifikata fil-punt 2.1.1.1 ta’ dan l-Anness. Ir-rizultati ta¿-¿ewġ testijiet għandhom jiddaħħlu fir-rapport."

    Il-punt 1.4.3 għandu jaqra:

    "1.4.3 Fl-aħħar tat-test, il-prestazzjoni taħraq tal-mezz tal-ibbrejkjar tas-servizz…

    Għall-vetturi bil-mutur, din il-prestazzjoni taħraq għandu jkollha distanza tal-waqfien li ma taqbi¿x il-valuri li ġejjin u d-deċelerazzjoni ¿viluppata sħiħa medja ta’ mhux anqas mill-valuri li ġejjin, bl-u¿u tal-forza tal-kontroll li ma taqbi¿x 700N.

    kategorija M3: | s = 0,15 V + 1,33 V2130 | (it-tieni terminu jikkorispondi mad-deċelerazzjoni ¿viluppata sħiħa medja ta’ 3,75 m/s2) |

    kategorija N3: | s = 0,15 V + 1,33 V2115 | (it-tieni terminu jikkorispondi mad-deċelerazzjoni ¿viluppata sħiħa medja ta’ 3,3 m/s2) |

    Madankollu, fil-ka¿ ta’ karrijiet il-forza taħraq tal-brejkijiet fil-periferija tar-roti… (dak li jibqa’ ma jinbidilx)."

    Il-punt 2.1.1.1.1 għandu jaqra:

    "2.1.1.1.1 Il-brejkijiet tas-servizz tal-vetturi tal-kategoriji M u N għandu jkun ittestjat taħt il-kondizzjonijiet murijin fit-tabella li ġejja:

    | Tip ta’ test | 1M | 2M | 3M | 1N | 2N | 3N |

    O-I | O-I | O-I-II | O-I | O-I | O-I-II |

    Test tat-tip O bil-makna skonnettjata | V | 80km/siegħa | 60km/siegħa | 60km/siegħa | 80km/siegħa | 60 km/siegħa | 60km/siegħa |

    S ≤ | 0,1 V + V2150 | 0,15 V + V2130 |

    Dm ≥ | 5,8 m/s2 | 5 m/s2 |

    Test tat-tip O bil-makna konnettjata | V = 80 % mass imma ≤ | 160km/siegħa | 100km/siegħa | 90km/siegħa | 120km/siegħa | 100km/siegħa | 90km/siegħa |

    S ≤ | 0,1 V + V2130 | 0,15 V + V2103,5 |

    Dm≥ | 5 m/s2 | 4 m/s2 |

    | F ≤ | 500 N | 700 N |

    fejn:

    V = veloċità tat-test

    s = distanza tal-waqfien

    Dm = deċelerazzjoni ¿viluppata sħiħa medja

    F = forza applikata bil-kontroll tas-sieq

    Vmax = veloċità massima tal-vettura"

    Il-punt 2.1.2.1 għandu jinqara:

    "1.1.2.1. Il-mezz tal-ibbrejkjar sekondarju, anki jekk il-kontroll li jattwah jintu¿a wkoll għall-funzjonijiet ta’ ibbrejkjar, għandu jkollu distanza tal-waqfien li ma taqbi¿x il-valuri li ġejjin u d-deċellerazzjoni ¿viluppata sħiħa medja ta’ mhux anqas mill-valuri li ġejjin:

    kategorija M1: | s = 0,1 V + 2 V2150 | (it-tieni terminu li jikkorispondi mad-deċellerazzjoni ¿viluppata sħiħa medja ta’ 2,9 m/s2); |

    kategorija M2, M3: | s = 0,15 V + 2 V2130 | (it-tieni terminu li jikkorispondi mad-deċellerazzjoni ¿viluppata sħiħa medja ta’ 2,5 m/s2); |

    Kategorija N: | s = 0,15 V + 2 V2115 | (it-tieni terminu li jikkorispondi mad-deċellerazzjoni ¿viluppata sħiħa medja ta’ 2,2 m/s2);" |

    Wara l-punt 2.1.2.4. il-punt ġdid 2.1.2.5 li ġej huwa mi¿jud:

    "2.1.2.5 It-test ta’ l-effettività tal-ibbrejkjar sekondarju għandu jsir billi jiġu simulati l-kondizzjonijiet ta’ ħsara attwali fis-sistema tal-brejkijiet tas-servizz."

    Il-punt 2.1.4.1 għandu jaqra:

    "2.14.1. Il-prestazzjoni residwa tal-mezz tal-ibbrejkjar tas-servizz, fil-ka¿ ta’ ħsara f’parti mit-trasmissjoni tiegħu, għandha tagħti distanza tal-waqfien li ma taqbi¿x il-valuri segwenti u deċellerazzjoni ¿viluppata sħiħa medja ta’ mhux anqas mill-valuri li ġejjin, filwaqt li tkun qegħda tintu¿a forza tal-kontroll li ma taqbi¿x is-700 N, meta tkun iċċekkjata bit-test tat-Tip O bil-makna li tkun skonnettjata mill-veloċitàjiet inizjali segwenti għall-kategorija relevanti tal-vettura.

    Distanza tal-waqfien (m) u d-deċellerazzjoni ¿viluppata sħiħa medja (m/s2)

    (it-tabella li jibqa’ ma tinbidilx.)."

    Wara l-punt 2.1.4.1. il-punt ġdid li ġej 2.1.4.2 għandu ji¿died:

    "2.1.4.2 It-test ta’ l-effettività ta’ l-ibbrejkjar residwu għandu jsir billi jiġu simulati l-kondizzjonijiet ta’ ħsara fis-sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz."

    Il-punt 2.2.1.2.1 għandu jaqra: (l-emenda tirreferi biss għat-test Ingli¿)

    "2.2.1.2.1 Jekk il-mezz tal-ibbrejkjar tas-servizz huwa tat-tip kontinwu jew semi-kontinwu, is-somma tal-forzi li jkunu qegħdin jaġixxu fil-periferija tar-roti bbrejkjati… (dak li jibqa’ ma jinbidilx)."

    Wara l-punt 2.2.2.1 il-punt l-ġdid li ġej 2.2.3 għandu ji¿died:

    "2.2.3 L-ibbrejkjar awtomatiku

    2.2.3.1 Il-prestazzjoni ta’ l-ibbrejkjar awtomatiku fil-ka¿ tat-telf totali tal-pressa fil-linja tal-provvista ta’ arja, meta l-vettura mgħobbija tkun ittestjata minn 40 km/siegħa, m’ għandhiex tkun inqas minn 13.5 % tal-forza li tikkorispondi mal-massa massima li tkun qegħda tinġarr mir-roti meta l-vettura tkun stazzjonarja. L-illokkjar tar-roti fil-livelli tal-prestazzjoni ’ l-fuq minn 13.5 % huwa permess."

    APPENDIĊI TA’ L-ANNESS II: ID-DISTRIBUZZJONI TA’ L-ISFORZ TAL-IBBREJKJAR FOST IL-FUSIEN TAL-VETTURI (75/524/KEE):

    Il-punt 3.1.2 għandu jaqra:

    "3.1.2. Fil-każ ta’ vettura bil-mutur awtorizzata li tiġbed il-karrijiet tal-kategorija O3 jew O4 li jkollha mwaħħlin fiha s-sistemi ta’ brejkijiet bl-arja kumpressata, meta ittestjata bis-sors ta’ l-enerġija mwaqqaf, il-linja tal-provvista maqtugħa u r-riserva b’kapaċità ta’ 0.5 litri li jkun konness mal-linja tal-kontroll, u s-sistema fi pressa ta’ cut-in u cut-out, il-pressa ta’ l-applikazzjoni sħiħa tas-sistema ta’ kontroll għandha tkun ta’ bejn 6,5 u 8,5 bar fl-irjus ta’ l-igganċjar s tal-linja tal-provvista tal-linja tal-kontrol,, irrespettivament mill-kondizzjonijiet tat-tagħbija tal-vettura. Dawn il-pressjonijiet għandhom ikunu preżenti b’mod illi jidher fil-vettura li tkun qed tiġbed meta ma tkunx imqabbda mal-karru. Il-kompatibilità ta’ l-irbit fid-diagramma 2,3 u 4A ma għandux ikun estiż aktar minn 7.5 bar."

    IL-punt 3.1.4.1 għandu jaqra:

    "3.1.4.1 Fil-ka¿ ta’ vettura bil-mutur awtorizzata biex tiġbed karrijiet tal-kategoriji O3 jew O4 li jkollha mwaħħal sistema ta’ l-ibbrejkjar ta’ arja kompressa, ir-relazzjoni permissibbli bejn ir-rata tal-ibbrejkjar

    TM

    PM

    għandha tkun fil-postijiet indikati fid-dijagramma 2. PM"

    Wara l-punt 5.1.2. il-punt il-ġdid li ġej 5.1.3. għandu jiġi mi¿jud:

    "5.1.3. TR

    PR

    u l-pressa pm għandha tkun fil-postijiet desinjati fi diagramma 2 għall-kondizzjoni mgħobbija jew mhux mgħobbija"

    Il-punt 7.3 għandu jaqra:"‘Il--punt 18.2 ta’ l-Anness IX għandu jinkludi…’ (dak li jibqa’ ma jinbidilx)".Il-punt 8.2 għandu jaqra:

    "8.2. Il-konnessjonijiet tal-pressa tat-test għandhom jikkonformaw mal-klawsola 4 ta’ l-istandard ISO 3583-1984."

    = O

    = 0,1

    TR

    PR

    proporzjonalità bejn ir-rata ta’ l-ibrejkjar TR u l-pressjoni tal-linja ta’ kontroll kif imkejla fir-ras ta’ l-igganċjar."

    L-ANNESS III: IL-METODU TAL-KEJL TAL-ĦIN TA’ REAZJONI GĦAL-VETTURI LI JKOLLHOM MEZZI TA’ L-IBBREJKJAR BL-ARJA KOMPRESSA

    Il-punt 1.1, ¿id fl-aħħar: "Għall-vetturi mgħammra b’valvoli li jkunu jissensaw it-tagħbija, dawn il-mezzi għandhom ikunu issettjati fil-pożizzjoni mgħobbija."Wara l-punt 2.6. il-punt ġdid li ġej 2.7 huwa mi¿jud:

    "2.7 Fil-ka¿ tal-vetturi bil-mutur awtorizzati biex jiġbdu l-karrijiet tal-kategorija O3 jew O4 li għandhom imwaħħlin magħhom sistemi ta’ ibbrejkjar ta’ l-arja kompressata, flimkien mal-ħtiġiet imsemmija hawnfuq, il-preskrizzjonijiet fil-punt 2.2.1.18.4.1 ta’ l-Anness I għandhom ikunu verifikati billi jitwettaq it-test li ġej:

    (a) billi jkejlu l-pressjoni fl-estremità ta’ pajp li jkun 2.5 metri twil u b’dijametru intern ta’ 13-il mm li għandu jkun imġonġi mar-ras ta’ l-igganċjar tal-linja tal-provvista;

    (b) billi jissimulaw ħsara tal-linja tal-kontroll fir-ras ta’ l-igganċjar;

    (ċ) billi jattwaw il-kontroll tal-ibbrejkkjar tas-servizz fi 0.2 sekondi, kif deskritt fil-punt 2.3 hawnfuq."

    Il-punt 4.2 għandu jaqra:

    "4.2. Il-konnessjonijiet tal-pressjoni tat-test għandhom jikkonformaw mal-klawsola 4 ta’ l-istandard ISO 3583-1984."

    L-ANNESS IV: RISERVI TA’ ENERĠIJA U SORSI TA’ ENERĠIJA

    A. GĦAL SISTEMI TA’ BREJKIJIET TA’ L-ARJA KOMPRESSATA

    Il-punt 1.3.1. għandu jaqra:

    "1.3.1 Ir-riservi li jkunu mwaħħlin mal-karrijiet għandhom ikunu tali illi wara tmien attwazzjonijiet sħaħ tal-mezz tal-ibbrejkjar tas-servizz tal-vettura li tkun qed tiġbed, il-pressa provduta lill-parti operattivi li jkunu qegħdin ju¿awh ma taqax taħt il-livell ekwivalenti għal nofs il-figura miksuba fl-ewwel applikazzjoni tal-brejk u mingħajr ma jattwa jew il-mezz tal-ibbrejkjar awtomatiku jew tal-ipparkjar tal-karru."

    Il-punt 1.3.2.1 għandu jaqra:

    "1.3.2.1 Il-pressa fir-riservi fil-bidu tat-test għandha tkun ta’ 8.5 bar;"

    Il-punt -punt 3.2 għandu jaqra:

    "3.2. Il-konnessjonijiet tal-pressa tat-test għandhom jikkonformaw mal-klawsola 4 ta’ l-istandard ISO 3583-1984."

    L-ANNESS V: BREJKIJIET TAL-MOLLA

    Il-punt 2.3, ¿id is-sentenzi l-ġodda li ġejjin bejn it-tielet u r-raba’ sentenzi kurrenti: "F'kull ka¿ waqt li s-sistema ta’ l-ibbrejkjar tkun qiegħda tiġi rikarikata mill-ġdid mill-pressjoni ¿ero, il-brejkijiet tal-molla ma għandhomx ikunu rilaxxati sakemm il-pressjoni fis-sistema ta’ l-ibbrejkjar tas-servizz tkun bi¿¿ejjed biex tassigura mill-inqas il-prestazzjoni tal-ibbrejkjar sekondarju preskritt tal-vettura mgħobbija, meta jintu¿a l-kontroll tal-brejk tas-servizz."

    L-ANNESS VII: IL-KAŻIJIET LI FIHOM IT-TESTJIJIET TAT-TIP 1 U/JEW 11 (JEW 11A) MA GĦANDHOMX GĦALFEJN ISIRU FUQ VETTURA SOTTOMESSA GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP.

    Fil-punti kollha li ġejjin ibdel il-kelma "residwali" għall-kelma "taħraq".

    Appendiċi 1:

    Il-punti 3.1.2, 3.2.1, 3.5.1.1, 3.5.2.4, 3.5.3.4 u 4.3.7;

    Appendiċi 2:

    Il-punt 2 (it-tabella)

    L-ANNESS IX: KOMUNIKAZZJONI LI TIKKONĊERNA L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TA’ VETTURA FIR-RIGWARD TA’ L-IBBREJKJAR

    Il-punt 7 għandu jaqra:

    "7. Id-distribuzzjoni tal-massa fuq kull fus

    (valur massimu) …."

    Il-punt 8 għandu jaqra:

    "8. 8. L-għamla u t-tip tal-linings tal-brejkijiet …

    8.1. Linings tal-brejk alternattivi …

    8.1.1. Il-metodu tat-test ta’ l-approvazzjoni: It-testijiet tal-vetturi/l-Anness XII/oħrajn (1) …."

    Il-punt 9.4.3. għandu jaqra:

    "9.4.3. Karru b’fus fiċ-ċentru: indika wkoll il-…"

    Wara l-punt 9.4.4 il-punt il-ġdid 9.4.5 għandu jkun mi¿jud:

    "9.4.5. il-kategorija tal-karru: ibbrejkjat/mhux ibbrejkjat(1)"

    Wara l-punt 9.5 il-punt ġdid li ġej 9.6 għandu jiġi mi¿jud:

    "9.6. il-vettura hi/mhix(1) mgħammra biex tiġbed karru b’mezzi ta’ kontra l-illokkjar."

    Il-punt 13 għandu jaqra:

    "13. Massa tal-vettura fi …."

    Il-punt 14.2 għandu jaqra:

    "14.2. Test tat-tip O

    magna konnessa

    bbrejkjar tas-servizz

    skond l-Anness II

    paragrafu 2.1.1.1.1 …."

    il-kolonna 3 tat-tabella għandha taqra: "Forza imkejla applikata lill-kontroll (N)."Il-punt 14.5 għandu jinqara:

    "14.5. Il-mezz(i) tal-ibbrejkjar li jkun u¿at waqt it-test tat-Tip II/IIA (4) test …"

    .Il-punt 14.6. għandu jaqra:

    "14.6. I¿-¿mien tar-rispons u…

    14.6.1. I¿-¿mien tar-rispons fi…

    14.6.2. I¿-¿mien tar-rispons fi…"

    Il-punt 14.7.2. għandu jaqra:

    +++++ TIFF +++++

    "14.7.2." 14.7.3. għandu jaqra:

    +++++ TIFF +++++

    "14.7.3." Il-punt 14.7.4. Fit-tabella, ir-referenzi għar- "residwali" għandhom jaqraw "taħraq".Wara l-punt 19.2 il-punti ġodda li ġejjin 20 u 21 għandu jiġu mi¿juda:

    "20. Ibbrejkjar awtomatiku fuq karrijiet b’sistema ta’ ibbrejkjar ta’ l-arja kompressata

    20.1. Ir-rata ta’ ibbrejkjar miksuba …

    21. Il-karrijiet b’sistemi ta’ ibbrejkjar elettriku

    21.1. Il-vettura tilħaq il-ħtiġiet li fih l-Anness XI: iva/le (4).

    21.2. Ir-rata tal- ibbrejkjar miksuba …"

    Il-punti 20 sa 27 għandhom ikunu renumerati mill-ġdid bħala l-punti 22 sa 29.In-nota ta’ qiegħ il-paġna għandha taqra: "(1) Fil-ka¿ ta’ semi-karru, indika hawnhekk il-massa li tikkorrispondi mat-tagħbija fuq il-ħames rota."

    L-ANNESS X: ĦTIĠIET APPLIKABBLI GĦAT-TESTIJIET GĦALL-VETTURI MGĦAMMRA B’MEZZI TA’ KONTRA L-ILLOKKJAR

    Il-punt 6.1.2. għandu jaqra:

    "6.1.2 Il-livell ta’ enerġija inizjali… ekwivalenti għall-pressjoni ta’ 8.5 bar fir-ras ta’ l-igganċjar tal-linja tal-provvista tal-karru."

    (dak li jibqa’ ma jinbidilx). Il-punt 6.1.5. għandu jaqra:

    "6.1.5. Fl-aħħar tal-ibbrejkjar, meta l-vettura tkun stazzjonarja, il-kontroll ta’ l-ibbrejkjar tas-servizz għandu jkun attwat bis-sħiħ darba. Waqt din l-applikazzjoni, il-pressjoni fiċ-ċirkwiti operattivi għandha tkun suffiċjenti biex tipprovdi forza totali tal-ibbrejkjar fil-periferija tar-roti li tkun ugwali għal mhux anqas minn 22.5 % tal-forza li tikkorrispondi għall-massa massima li r-roti jkunu qegħdin iġorru meta l-vettura tkun stazzjonarja u mingħajr ma tkun qegħda tiġi ikkaw¿ata applikazzjoni awtomatika ta’ xi sistema ta’ ibbrejkjar li ma tkunx taħt il-kontroll tal-mezz ta’ kontra l-illokkjar."

    L-ANNESS XII: IL-METODU TAT-T-TEST TA’ DINAMOMETRU B’INERZJA GĦAL-LININGS TAL-BREJKIJIET.

    Fil-punti 4.4.3, 4.4.3.1, 4.4.3.2, 4.5.3, 4.5.3.1 u 4.5.3.2 biddel il-kelma "residwali" għal-kelma "taħraq".

    --------------------------------------------------

    Top