Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31991L0410

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Lulju 1991 li taddatta għall-erbatax-il darba d-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta’ sustanzi perikolużi

    ĠU L 228, 17.8.1991, p. 67–68 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/05/2015; Impliċitament imħassar minn 32008R1272

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1991/410/oj

    31991L0410

    Official Journal L 228 , 17/08/1991 P. 0067 - 0068
    Finnish special edition: Chapter 13 Volume 20 P. 0234
    Swedish special edition: Chapter 13 Volume 20 P. 0234

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni

    tat-22 ta’ Lulju 1991

    li taddatta għall-erbatax-il darba d-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta’ sustanzi perikolużi

    (91/410/KEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1967 rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta’ sustanzi perikolużi [1], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 79/831/KEE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 19 tagħha;

    Billi, skond l-Artikolu 15(2) tad-Direttiva 67/548/KEE, reċipjenti li jkun fihom ċerti sustanzi perikolużi maħsuba għall-użu domestiku għandu jkollhom qfil li ma jistax jinfetaħ mit-tfal u/jew għandu jkollhom fuqhom avviż li jista’ jinħass ta’ perikolu;

    Billi, skond l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 88/379/KEE [3], reċipjenti li jkun fihom ċerti kategoriji ta’ preparazzjonijiet perikolużi offruti jew mibjugħa lill-pubbliku ġenerali għandhom ikunu għandu jkollhom qfil li ma jistax jinfetaħ mit-tfal u/jew għandu jkollhom fuqhom avviż li jista’ jinħass ta’ perikolu;

    Billi l-forom kollha ta’ pakketti li huma siguri biżżejjed għat-tfal, b’mod speċjali dawk definiti bi standards internazzjonali, jistgħu jkunu kkunsidrati bħala pakketti bi qfil li ma jistax jinfetaħ mit-tfal;

    Billi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li jirrigwardaw dawn id-dispożizzjonijiet huma mniżżla fl-Anness IX, partijiet A u B tad-Direttiva 67/548/KEE; billi l-Artikolu 19 tad-Direttiva 79/831/KEE jipprovdi li l-Anness IX joriġina mill-proċedura tal-Kumitat għall-Addattament għall-Progress Tekniku;

    Billi d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Addattament għall-Progress Tekniku tad-Direttivi għall-Eliminazzjoni ta’ Barrieri Tekniċi għall-Kummerċ f’Sustanzi u Preparazzjonijiet Perikolużi,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    It-test ta’ l-Anness IX għad-Direttiva 67/548/KEE qiegħed jiġi sostitwit bit-test li jidher fl-Anness għad-Direttiva preżenti.

    Artikolu 2

    1. Sa l-1 ta’Awissu 1992, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippublikaw dawk id-dispożizzjonijiet li hemm bżonn sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva u għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni b’dan. Huma għandhom japplikaw dawn il-dispożizzjonijiet sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Novembru 1992

    2. Meta l-Istati Membri jadottaw il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif issir din ir-referenza għandhom jiġu preskritti mill- Istati Membri.

    Artikolu 3

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fit-22 ta’ Lulju 1991.

    Għall-Kummissjoni

    Martin Bangemann

    Viċi-President

    [1] ĠU L 196, tas-16.8.1967, p. 1.

    [2] ĠU L 259, tal-15.10.1979, p.10

    [3] ĠU L 187, tas-16.7.1988, p. 14.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    It-test tal-Anness IX huwa sostitwit bit-test li ġej.

    L-ANNESS IX

    PART A

    Dispożizzjonijiet relatati ma’ qfil ta’ kontenituri li ma jistax jinfetaħ mit-tfal

    1. Pakketti li jistgħu jerġgħu jingħalqu

    Qfil ta’ kontenituri li ma jistax jinfetaħ mit-tfal użati fuq pakketti li jistgħu jerġgħu jingħalqu għandhom jikkonformaw ma’ l-ISO standard8317 (edizzjoni ta’ l-1 ta’ Lulju 1989) dwar "Pakketti li ma jistgħux jinfetħu mit-tfal -Kondizzjonijiet u metodi ta’ ittestjar għal pakketti li jistgħu jerġgħu jingħalqu" adottati mill-International Standard Organization (ISO).

    2. Pakketti li ma jistgħux jerġgħu jingħalqu (p.m.)

    3. Noti

    1. Evidenza ta’ konformità ma’ l-istandard msemmi hawn fuq tista’ tiġi ċċertifikata biss minn laboratorji li jikkonformaw ma’ l-EuropeanStandardsSeries EN 45000.

    2. Każijiet speċifiċi

    Jekk ikun jidher ovvju li l-imballaġġ huwa sigur biżżejjed għat-tfal għaliex dawn ma jkunx jista’ jkollhom aċċess għall-kontenut mingħajr l-għajnuna ta’ xi għodda, it-test m’għandux għalfejn isir.

    Fil-każijiet l-oħra kollha u meta jkun hemm raġuni tajba biex wieħed jiddubita mis-sigurtà tal-qfil għal tifel jew tifla, l-awtorità nazzjonali tista’ titlob lill-persuna responsabbli mit-tqegħid tal-prodott fis-suq biex jagħtiha ċertifikat maħruġ minn stabbiliment awtorizzat biex jagħmel it-testijiet kif spjegat hawn taħt, li jew

    - it-tip ta’ qfil huwa b’mod li m’hemmx bżonn li jiġi ttestjat bil-livell ta’ l-ISO msemmi aktar ‘l fuq,

    - il-qfil ġie ttestjat u nstab li jikkonforma ma’ l-istandard msemmi aktar ‘l fuq.

    Parti B

    Dispożizzjonijiet dwar mezzi ta’ twissija li jkunu jinħassu

    L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dwar mezzi ta’ twissija li jista’ jinħass għandhom jikkonformaw ma’ l-EN standard272 (edizzjoni ta’ l-20 ta’Awissu 1989) dwar twissija ta’periklu li tista’ tinħass.’

    Top