Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31991L0339

Id-Direttiva tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 1991 li temenda għall-11-il darba d-Direttiva 76/769/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta’ ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi

ĠU L 186, 12.7.1991, pp. 64–65 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/05/2009

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1991/339/oj

31991L0339



Official Journal L 186 , 12/07/1991 P. 0064 - 0065
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 20 P. 0203
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 20 P. 0203


Id-Direttiva tal-Kunsill

tat-18 ta’ Ġunju 1991

li temenda għall-11-il darba d-Direttiva 76/769/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta’ ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi

(91/339/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100a tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

F’kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi għandhom jiġu adottati miżuri biex jistabbilixxu progressivament is-suq intern fuq perjodu taż-żmien li jagħlaq fil-31 ta’ Diċembru 1992; billi s-suq intern jikkomprendi żona mingħajr fruntieri interni li fiha huwa żgurat il-moviment liberu tal-merkanzija, tal-persuni, tas-servizzi u tal-kapital;

Billi d-Direttiva 76/769/KEE [4], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 91/338/KEE [5], timponi, fil-verżjoni tagħha kif emendata bid-Direttiva 85/467/KEE [6], restrizzjonijiet ħorox dwar il-marketing u l-użu tal-PCBs u tal-PCTs bħala konsegwenza tar-riskji għall-bniedem u għall ambjent;

Billi ġew żviluppati diversi sostituti sabiex jieħdu l-post tal-PCBs; billi xi wħud minn dawn is-sostituti, minkejja li inqas perikolużi għall-bniedem u għall-ambjent mill-PCBs u l-PCTs, jikkostitwixxu madankollu potenzjalment riskju ogħli għall-bniedem u għall-ambjent;

Billi huwa għalhekk meħtieġ li jiġu ristretti l-marketing u l-użu ta’ dawn is-sostituti;

Billi s-sustanza li ġġib l-isem kummerċjali ta’ Ugilec 141 ilha fis-suq mill-1981; billi din is-sustanza jew il-preparazzjonijiet li fihom din is-sustanza huma korrentement użati bħala fluwidu dijelettriku fil-kondensaturi u t-transformers u bħala fluwidu idrawliku fil-minjieri tal-faħam; billi huwa magħruf li din is-sustanza hija inqas perikoluża għall-bniedem u għall-ambjent mill-PCBs li kienet iddisinjata biex teħdilhom posthom;

Billi bis-saħħa ta’ l-ekotossiċità, il-persistenza u l-potenzjalità ta’ bio-akkumulazzjoni tagħha, din is-sustanza madankollu tikkostitwixxi riskju kbir għall-ambjent; billi diġà ġiet iddokumentata kontaminazzjoni sinifikanti fl-ambjent qrib ta’ operazzjonijiet tal-minjieri li jużaw din is-sustanza bħala fluwidu idrawliku; billi fil-każ ta’ nar li jinvolvi t-tagħmir li jkun fih minn din is-sustanza jistgħu joħorġu sustanzi tossiċi bil-qawwi; billi d-disponiment finali ta’ l-Ugilec 114 jeħtieġ proċeduri speċjali;

Billi s-sustanza li ġġorr l-isem kummerċjali ta’ Ugilec 121 jew Ugilec 21, peress li hija sustanza ġdida, kienet innotifikata fil-15 ta’ Marzu 1984, skond id-Direttiva tal-Kunsill 79/831/KEE tat-18 ta’ Settembru 1979 li temenda għas-sitt darba d-Direttiva 67/548/KEE rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u t-tikkettjar ta’ sustanzi perikolużi [7] u għalhekk jistgħu jitqiegħdu fis-suq ġewwa l-Komunità kollha; billi din is-sustanza għandha proprjetajiet u mġiba simili u kienet maħsuba għal użi simili bħal dawk ta’ l-Ugilec 141; billi l-fabbrikant sossegwentement irtira mis-suq is-sustanza Ugilec 121 jew Ugilec 21 minn rajh; billi huma meħtieġa miżuri ristrettivi sabiex jiżguraw illi l-preparazzjonijiet jew il-prodotti li jkun fihom is-sustanza msemmija ma jerġgħux jitqiegħdu fis-suq f’data futura;

Billi s-sustanza li ġġibb l-isem kummerċjali ta’ DBBT, peress li hija wkoll hija sustanza ġdida, kienet innotifikata skond id-Direttiva 79/831/KEE tas-16 ta’ Frar 1988 u tista’ għalhekk tiġi mqiegħda fis-suq ġewwa l-Komunità kollha; billi l-użu maħsub ta’ din is-sustanza sewwa għaliha waħedha u sewwa fi preparazzjonijiet huwa dak ta’ fluwidu idrawliku fil-minjieri tal-faħam; billi sadattant skadiet awtorizzazzjoni temporanja li kienet ġiet konċessa fi Stat Membru wieħed; billi użu bħal dan huwa mistenni li jirriżulta f’kontaminazzjoni ambjentali sinifikanti; bis-saħħa ta’ l-ekotossiċità, il-persistenza u l-potenzjalità ta’ bio-akkumulazzjoni tagħha din is-sustanza tista’ tikkostitwixxi riskju potenzali qawwi għall-ambjent; billi għandhom jiddaħħlu miżuri restrittivi qabel ma din is-sustanza tistabbilixxi ruħha fis-suq Komunitarju;

Billi diġà jeżistu sostituzzjonijiet effettivi jew approċċi alternattivi li jneħħu l-ħtieġa li jibqgħu jintużaw dawn it-tliet sustanzi;

Billi r-restrizzjonijiet dwar l-użu jew il-marketing diġà adottati minn ċerti Stati Membri fir-rigward tas-sustanzi msemmija hawn fuq jew tal-preparazzjonijiet jew il-prodotti li jkun fihom lilhom għandhom effett dirett fuq l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern; billi huwa għalhekk meħtieġ li jiġu approssimati l-liġijiet ta’ l-Istati Membri f’dan il-qasam u, b’konsegwenza ta’ dan, li jiġi emendat l-Anness I mad-Direttiva 76/769/KEE,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

Il-punti li ġejjin jiġu hawnhekk miżjuda ma’ l-Anness I mad-Direttiva 76/769/KEE:

"25.Il- monometil – tetraklorodifenil metanL-isem kummerċjali: Ugilec 141Nru CAS 76253-60-6 | Għandhom jiġu pprojbiti mit-8 ta’ Ġunju 1994 il-marketing u l-użu ta’ din is-sustanza u tal-preparazzjonijiet u l-prodotti li jkun fihom minnha. Bħala eċċezzjoni din id-dispożizzjoni m’għandhiex tapplika: 1.fil-każ ta’ l-impjant u l-makkinarju diġà fis-servizz fit-18 ta’ Ġunju 1994 sakemm dan l-impjant u l-makkinarju jitneħħew.Madankollu, mit-18 ta’ Ġunju 1994 l-Istati Membri jistgħu, għal raġunijiet ta’ protezzjoni tas-saħħa u l-protezzjoni ta’ l-ambjent, jipprojbixxu ġewwa t-territorju tagħhom l-użu ta’ dawn l-impjant u makkinarju qabel ma jitneħħew;2.Fil-każ tal-manutenzjoni ta’ l-impjant u l-makkinarju li jkun diġà fis-servizz fit-18 ta’ Ġunju 1994.Mit-18 ta’ Ġunju 1994 għandu jiġi pprojbit it-tqegħid fis-suq ta’ l-oġġetti second-hand ta’ din is-sustanza, il-preparazzjonijiet li jkun fihom din is-sustanza u l-impjant/makkinarju li fihom din is-sustanza. |

26.Il- monometil -dikloro-difenil metan -L-isem kummerċjali: Ugilec 121, Ugilec 21Nru CAS - mhux magħruf | Għandhom jiġu pprojbiti l-marketing u l-użu ta’ din is-sustanza u tal-preparazzjonijiet u l-prodotti li jkun fihom minnha. |

27.Il-metan monometil-dibromo-difenil -L-isem kummerċjali: DBBTNru CAS - 99688-47-8 | Għandhom jiġu pprojbiti l-marketing u l-użu ta’ din is-sustanza u tal-preparazzjonijiet u l-prodotti li jkun fihom minnha." |

L-Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva mhux iktar tard mit-18 ta’ Ġunju 1992. Għandhom jgħarrfu b’dan lill-Kummissjoni minnufih.

2. Meta l-Istat Membri jadottaw il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, għandu jkollhom riferenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’din ir-riferenza fl-okkazjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

L-Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, fit-18 ta’ Ġunju 1991.

Għall-Kunsill

Il-President

G. Wohlfart

[1] ĠU C 24, ta’ l-1.2.1990, p. 20.

[2] ĠU C 284, tat-12.11.1990, p. 84 uĠU C 19, ta’ l-20.5.1991.

[3] ĠU C 168, ta’ l-10.7.1990, p. 1.

[4] ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 201.

[5] ĠU L 186, tat-12.7.1991, p. 59.

[6] ĠU L 269, tal-11.10.1985, p. 56.

[7] ĠU L 259, tal-15.10.1979, p. 10.

--------------------------------------------------

Top