EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31991L0334

Direttiva tal-kummissjoni tas- 6 ta’ Ġunju 1991 li temenda d- Direttiva 82/475/KEE li tistipula l-kategoriji ta’ ingredjenti li jistgħu jintużaw għall-iskopijiet ta’ l-ittikkettjar ta’ għalf kompost għall-annimali domestiċi

ĠU L 184, 10.7.1991, p. 27–27 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1991/334/oj

31991L0334



Official Journal L 184 , 10/07/1991 P. 0027 - 0027
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 38 P. 0050
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 38 P. 0050


Id-Direttiva tal-kummissjoni

tas-6 ta’ Ġunju 1991

li temenda d-Direttiva 82/475/KEE li tistipula l-kategoriji ta’ ingredjenti li jistgħu jintużaw għall-iskopijiet ta’ l-ittikkettjar ta’ għalf kompost għall-annimali domestiċi

(91/334/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE tat-2 ta’ April 1979 dwar il-marketing fis-suq ta’ għalf kompost [1], kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 90/44/KEE [2], u b’ mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,

Billi, fir-rigward ta’ l-ittikkettjar, l-għan tad-Direttiva 79/373/KEE huwa li tiġi żgurata informazzjoni oġġettiva u korretta dwar il-komposizzjoni u l-użu ta’ għalf ta’ l-annimali;

Billi d-dikjarazzjoni ta’ l-ingredjenti fl-għalf ta’ l-annimali tikkostitwixxi, f’ċerti każijiet, biċċa informazzjoni importanti;

Billi rriżulta li huwa neċessarju li jinħolqu kategoriji li jagħmluha possibbli li bosta ingredjenti jiġu aggruppati taħt isem wieħed;

Billi huma meħtieġa disposizzjonijiet speċjali għall-ittikkettjar ta’ l-għalf għall-annimali domestiċi li jikkunsidraw il-karattru speċjali ta’ dan it-tip ta’ għalf;

Billi d-Direttiva 90/44/KEE emendat id-disposizzjonijiet basiċi li għandhom x’jaqsmu ma’ l- ittikkettjar ta’ għalf kompost ta’ l-annimali; billi għalhekk huwa meħtieġ li tiġi adottata d-Direttiva tal- Kummissjoni 82/475/KEE [3] kif xieraq;

Billi l-miżuri preskritti minn din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar l-Għalf tal-Bhejjem,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Artikolu 1 tad- Direttiva 82/475/KEE huwa mibdul b’dan li ġej:

"Artikolu 1

Jekk, skond l-Artikolu 5ċ (3) tad-Direttiva 79/373/KEE, l-indikazzjoni ta’ l-isem speċifiku ta’ l- ingredjent tista’ tiġi mibdula bl-isem tal-kategorija li taħtha jaqa’ l-ingredjent, il-kategoriji elenkati fl-Anness biss jistgħu jiġu indikati fuq l-ippakkjar, il-kontenitur jew it-tikketta ta’ l-għalf kompost għall-annimali domestiċi."

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ sa mhux iktar tard mit-22 ta’ Jannar 1992 il-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni minnufih dwar dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza fil-ħin tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal din ir-referenza għandha tiġi adottata mill-Istati Membri.

Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-6 ta’ Ġunju 1991.

Għall-Kummissjoni

Ray Mac Sharry

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 86, tas-6.4.1979, p. 30.

[2] ĠU L 27, tal-31.1.1990, p. 35.

[3] ĠU L 213, tal-21.7.1982, p. 27.

--------------------------------------------------

Top