This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31991L0266
Council Directive 91/266/EEC of 21 May 1991 amending Directive 72/461/EEC on health problems affecting intra- Community trade in fresh meat and Directive 72/462/EEC on health and veterinary inspection problems upon importation of bovine, ovine and caprine animals and swine and fresh meat or meat products from third countries
Id-Direttiva Tal-Kunsill ta' l-21 ta' Mejju 1991 li temenda d-Direttiva 72/461/KEE dwar il-problemi tas-saħħa li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju tal-laħam frisk u d-Direttiva 72/462/KEE dwar is-saħħa u l-problemi ta' l-ispezzjonijiet veterinarji fuq l-importazzjoni ta' l-annimali tar-razza bovina, tan-nagħag u tal-mogħoż u l-majjal u l-laħam frisk jew il-prodotti tal-laħam minn pajjiżi terzi
Id-Direttiva Tal-Kunsill ta' l-21 ta' Mejju 1991 li temenda d-Direttiva 72/461/KEE dwar il-problemi tas-saħħa li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju tal-laħam frisk u d-Direttiva 72/462/KEE dwar is-saħħa u l-problemi ta' l-ispezzjonijiet veterinarji fuq l-importazzjoni ta' l-annimali tar-razza bovina, tan-nagħag u tal-mogħoż u l-majjal u l-laħam frisk jew il-prodotti tal-laħam minn pajjiżi terzi
ĠU L 134, 29.5.1991, pp. 45–46
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2005; Impliċitament imħassar minn 32004L0068
Official Journal L 134 , 29/05/1991 P. 0045 - 0046
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 37 P. 0195
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 37 P. 0195
Id-Direttiva Tal-Kunsill ta’ l-21 ta’ Mejju 1991 li temenda d-Direttiva 72/461/KEE dwar il-problemi tas-saħħa li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju tal-laħam frisk u d-Direttiva 72/462/KEE dwar is-saħħa u l-problemi ta’ l-ispezzjonijiet veterinarji fuq l-importazzjoni ta’ l-annimali tar-razza bovina, tan-nagħaġ u tal-mogħoż u l-majjal u l-laħam frisk jew il-prodotti tal-laħam minn pajjiżi terzi (91/266/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 43 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali [3], Billi d-Direttiva 72/461/KEE [4], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 89/662/KEE [5], tistabbilixxi il-ħtiġiet tas-saħħa li għandhom ikunu mwettqa minn annimali li minnhom ikun miksub il-laħam frisk għall-kummerċ intra-Komunitarju; billi d-Direttiva 72/462/KEE [6], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 91/69/KEE [7], tistabbilixxi l-ħtiġiet ta’ l-ispezzjonijiet tas-saħħa u veterinarji li huma applikabbli għall-importazzjoni ta’ l-annimali tar-razza bovina, tan-nagħaġ u tal-mogħoż u majjal u l-laħam frisk jew il-prodotti tal-laħam minn pajjiżi terzi; Billi glandoli u organi, inkluż id-demm, huma fil-qofol ta’ l-iskop tad-Direttivi hawn fuq imsemmija; billi huma meħtieġa fi kwantitajiet kbar minn industriji tal-manifattura tal-farmaċewtiċi ta’ l-Istati Membri sabiex jassiguraw id-disponibilità ta’ estratti u enżimi għall-mediċina umana u veterinarja; Billi dan ifisser li l-Istati Membri għandhom ikollhom il-possibbilità li jawtorizzaw fuq bażi aktar liberali l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ glandoli u organi, inkluż id-demm, għall-iskopijiet tal-manifattura farmaċewtika; billi, bil-ħsieb li jassiguraw l-użu xieraq u speċifiku ta’ dawn il-materji primi, l-awtorizzazzjoni għandha tkun mogħtija biss meta ċerti kondizzjonijiet, li għandhom jiġu stabbiliti bi qbil mal-proċeduri tal-Komunità, jiġu mwettqa; Billi, sabiex iżommu l-preferenza tal-Komunità, l-istess faċilitajiet għandhom ikunu applikati fil-kummerċ intra-Komunitarju ta’ glandoli u organi, inkluż id-demm, għall-iskopijiet farmaċewtiċi tal-manifattura taħt ċerti kondizzjonijiet minimi li jassiguraw l-użu xieraq u speċifiku ta’ dawn il-materji primi; Billi permezz tal-Verdett tagħha tas-16 ta’ Novembru 1989 fil-Każ 131/87 il-Qorti tal-Ġustizzja iddikjarata bla effet id-Direttiva 87/64/KEE [8] li kopriet il-materji msemmija hawn fuq; billi huwa meħtieġ li tiġi adottata Direttiva ġdida fuq il-bażi legali xierqa; Billi, meqjusa din is-sitwazzjoni, il-limitu taż-żmien għat-trasposizzjoni stabbilita bid-Direttiva 87/64/KEE jista’ jinżamm, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied ma’ l-Artikolu 3 tad-Direttiva 72/461/KEE: "(d) B’dankollu, sal-31 ta’ Diċembru 1996, b’konformità ma’ (a), (b) u (ċ), imma bħala deroga mill-Artikolu 8a, l-Istati Membri jistgħu, soġġett għall-awtorizzazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet veterinarji tagħhom, jawtorizzaw l-introduzzjoni fit-territorju tagħhom ta’ glandoli u organi, inkluż id-demm, bħala materji primi għall-industrija ta’ l-iproċessar farmaċewtiku. Din l-awtorizzazzjoni għandha, aktar minn hekk, tkun soġġetta għall-konformità mad-dispożizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-identità tal-materji msemmija, l-imballar tagħhom, it-trasport, il-ħażna, it-tħaddim bl-idejn u l-iproċessar, u ma’ dawk li għandhom x’jaqsmu mar-rimi tal-pakkeġġ, it-tisrir u l-materji li jifdalu wara l-iproċessar biex jiġu eliminati ir-riskji tas-saħħa għall-pubbliku u għall-annimali." L-Artikolu 2 It-test preżenti ta’ l-Artikolu 16 tad-Direttiva 72/462/KEE għandu jsir il-paragrafu 1 u l-paragrafu li ġej għandu jkun miżjud: "2. B’dankollu, l-Istati Membri jistgħu, sal-31 ta’ Diċembru 1996, jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ glandoli u organi, inkluż id-demm, bħala materji primi għall-industrija ta’ l-iproċessar farmaċewtika, minn pajjiżi terzi li jidhru fuq il-lista mħejjija bi qbil mal-Artikolu 3(1) u li mhumiex soġġetti għal xi projbizzjoni. Il-kondizzjonijiet ġenerali li jrid ikun hemm konformità magħhom għall-imsemmija importazzjonijiet għandhom ikunu stabbiliti bi qbil mal-proċedura li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 30. Bi qbil mal-proċedura li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 29, l-Istati Membri jistgħu jkunu awtorizzati li jimportaw l-imsemmija materji primi minn pajjiżi terzi li ma jidhrux fuq il-lista li hemm referenza dwarha fl-ewwel subparagrafu permezz tal-kondizzjonijiet li jieħdu akkont tas-sitwazzjoni speċifika tas-saħħa fil-pajjiżi terzi kkonċernati. Il-kondizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-imsemmija importazzjoni, li huma stabbiliti bi qbil mal-proċedura li hemm referenza dwarha fit-tieni u fit-tielet subparagrafi, fl-ebda każ m’għandhom ikunu iktar favorevoli minn dawk li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju." L-Artikolu 3 Il-Kunsill, fuq il-bażi ta’ rapport mill-Kummissjoni — flimkien ma’ xi proposti xierqa — għandu jeżamina mill-ġdid, qabel l-1 ta’ Lulju 1995, id-derogi li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 3(d) tad-Direttiva 72/461/KEE u l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 72/462/KEE. L-Artikolu 4 L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva mhux iktar tard mill-1 ta’ Jannar 1988. Għandhom jinfurmaw minnufih bihom lill-Kummissjoni. L-Artikolu 5 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fil-21 ta’ Mejju 1991. Għall-Kunsill Il-President R. Steichen [1] ĠU Ċ 154, tat- 23.6.1990, p. 4. [2] ĠU Ċ 129, ta’ l- 20.5.1991. [3] ĠU Ċ 332, tal- 31.12.1990, p. 27. [4] ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 24. [5] ĠU L 395, tat-30.12.1989, p. 13. [6] ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 28. [7] ĠU L 46, tad-19.2.1991, p. 37. [8] ĠU L 34, tal-5.2.1987, p. 52. --------------------------------------------------