EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31991L0188

Direttiva tal-kummissjoni tad-19 ta' Marzu 1991 li temenda għall-ħames darba l-Anness għad-Direttiva tal-Kunsill 79/117/KEE li tipprojbixxi it-tqegħid fuq is-suq u l-użu ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom ċerti sustanzi attivi

ĠU L 92, 13.4.1991, p. 42–42 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/06/2011

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1991/188/oj

31991L0188



Official Journal L 092 , 13/04/1991 P. 0042 - 0042
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 37 P. 0011
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 37 P. 0011


Id-Direttiva Tal-Kummissjoni

tad-19 ta’ Marzu 1991

li temenda għall-ħames darba l-Anness għad-Direttiva tal-Kunsill 79/117/KEE li tipprojbixxi t-tqegħid fuq is-suq u l-użu ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom ċerti sustanzi attivi

(91/188/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 79/117/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1978 li tipprojbixxi t-tqegħid fuq is-suq u l-użu ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom ċerti sustanzi attivi [1], kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 90/533/KEE [2], u partikularment l-Artikolu 6 tagħha,

Billi l-iżvilupp ta’-għarfien xjentifiku u tekniku joħloq il-bżonn li jsiru ċerti emendi għall-Anness għad-Direttiva 79/117/KEE;

Billi jidher mixtieq li jitħassru d-derogi temporanji li baqgħu mill-projbizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva billi issa huma disponibbli trattamenti anqas perikolużi;

Billi l-Istati Membri kollha infurmaw lill-Kummissjoni li mgħandhomx ħsieb jew li mgħadx għandhom ħsieb li jinqdew minn dawn id-derogi;

Billi l-miżuri pprovduti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

Fil-Parti A ta’ l-Anness għad-Direttiva 79/117/KEE, "Il-komposti tal-Merkurju", it-test fil-kolonna 2 huwa b’dan imħassar.

L-Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom, mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 1992, iġibu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex iħarsu din id-Direttiva. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’ dan immedjatament.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkompanjati minn din ir-referenza fil-mument tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal din ir-referenza għandha tiġi stabbilita mill-Istati Membri.

L-Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fid-19 ta’ Marzu 1991.

Għall-Kummissjoni

Ray Mac Sharry

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 33, tat-8.2.1979, p. 36.

[2] ĠU L 296, tas-27.10.1990, p. 63.

--------------------------------------------------

Top