This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31991L0155
Commission Directive 91/155/EEC of 5 March 1991 defining and laying down the detailed arrangements for the system of specific information relating to dangerous preparations in implementation of Article 10 of Directive 88/379/EEC
Id-Direttiva tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Marzu 1991 li tiddefinixxi u tistabbilixxi l-arranġamenti ddettaljati għas-sistema tat-tagħrif speċifiku dwar il-preparazzjonijiet perikolużi fl-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 10 tad-Direttiva 88/379/KEE
Id-Direttiva tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Marzu 1991 li tiddefinixxi u tistabbilixxi l-arranġamenti ddettaljati għas-sistema tat-tagħrif speċifiku dwar il-preparazzjonijiet perikolużi fl-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 10 tad-Direttiva 88/379/KEE
ĠU L 76, 22.3.1991, p. 35–41
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 31/05/2007; Imħassar b' 32006R1907
Official Journal L 076 , 22/03/1991 P. 0035 - 0041
Finnish special edition: Chapter 15 Volume 10 P. 0059
Swedish special edition: Chapter 15 Volume 10 P. 0059
Id-Direttiva tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Marzu 1991 li tiddefinixxi u tistabbilixxi l-arranġamenti ddettaljati għas-sistema tat-tagħrif speċifiku dwar il-preparazzjonijiet perikolużi fl-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 10 tad-Direttiva 88/379/KEE (91/155/KEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 88/379/KEE tas-7 ta’ Ġunju 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ, u l-ittikkettjar ta’ preparazzjonijiet perikolużi [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 90/492/KEE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 10(2) tagħha, Billi l-ittikettjar meħtieġ skond id-Direttiva 88/379/KEE jikkostitwixxi sors bażiku ta’ tagħrif għal dawk li jutiliżżaw il-preparazzjoniet perikolużi, billi jagħtihom indikazzjoni ċara u konċiża tal-perikli potenzjali; billi dan l-ittikkettjar jeħtieġ li jiġi ssupplimentat b’sistema ta’ tagħrif iktar iddettaljata għall-utenti industrijali; Billi l-Artikolu 10 tad-Direttiva 88/379/EEC jipprovdi sabiex tiġi stabbilita sistema ta’ tagħrif fil-għamla ta’ data sheets dwar is-sigurtà fir-rigward ta’ preparazzjonijiet perikolużi; billi, barra minn dan, dan l-Artikolu jispeċifika illi dan it-tagħrif huwa prinċipalment maħsub għall-utenti industrijali u għandu jgħinhom sabiex jiżguraw is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol; Billi jeżistu rabtiet mill-qrib bejn id-Direttiva 88/379/KEE u d-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEC tas-27 ta’ Ġunju 1967, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu mal-klassifikazzjoni, l-imballaġġ, u l-ittikettjar tas-sustanzi perikolużi [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 90/517/KEE [4]; billi huwa għalhekk mixtieq illi tiġi stabbilita sistema ta’ data sheets dwar is-sigurtà li tapplika kemm għas-sustanzi perikolużi u kemm għall-preparazzjonijiet perikolużi; billi d-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni għas-sustanzi perikolużi għandhom jiġu stabbiliti aktar ’il quddiem; Billi ġie kkonsultat il-kumitat konsultattiv dwar il-protezzjoni tas-sigurtà, l-iġjene u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol stabbilit bid-Deciżjoni tal-Kunsill 74/325/KEE [5], kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ Spanja u l-Portugall; Billi d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-kumitat ta’ l-addattament għall-progress tekniku tad-Direttivi dwar it-tneħħija ta’ l-ostakoli tekniċi rigward il-kummerċ fis-sustanzi u fil-preparazzjonijiet perikolużi, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 1. Kull persuna stabbilita ġewwa l-Komunità u li hija responsabbli mit-tqegħid fis-suq ta’ sustanza jew preparazzjoni perikoluża, sewwa jekk tkun il-fabbrikant, sewwa l-importatur, jew sewwa d-distributur, għandha tforni lir-riċevitur li jkun utent industrijali tas-sustanza jew tal-preparazzjoni b’data sheet dwar is-sigurtà li jkun fiha l-informazzjoni stipulata fl-Artikolu 3. 2. It-tagħrif għandu jiġi pprovdut bla ħlas, mhux iktar tard minn meta s-sustanza jew il-preparazzjoni tiġi fornita għall-ewwel darba u minn hemm ’il quddiem wara kull reviżjoni minħabba xi tagħrif ġdid sinifikanti rigward is-sigurtà u l-protezzjoni tas-saħħa u ta’ l-ambjent. Il-verzjoni l-ġdida ddatata, identifikata bħala "Revizjoni:… (id-data)" għandha tiġi pprovduta bla ħlas lir-riċevituri kollha ta’ qabel li jkunu rċevew is-sustanza jew il-preparazzjoni fit-tnax-il xahar ta’ qabel. 3. Id-data sheet dwar is-sigurtà m’għandhiex għalfejn tiġi fornuta fejn is-sustanzi jew il-preparazzjonijiet perikolużi offruti jew mibjugħin lill-pubbliku ġenerali jkunu fornuti b’tagħrif biżżejjed hekk illi jgħin lill-utenti jieħdu l-miżuri meħtieġa rigward il-protezzjoni tas-saħħa u tas-sigurtà. Madankollu, data sheet dwar is-sigurtà għandha tiġi fornuta fuq it-talba ta’ utent industrijali. L-Artikolu 2 L-Istati Membri jistgħu jissuġġettaw it-tqiegħid tas-sustanzi jew il-preparazzjonijiet perikolużi fis-suq fit-territorju tagħhom għall-użu tal-lingwa jew lingwi uffiċjali tagħhom għall-kumpilazzjoni tad-data sheet dwar is-sigurtà, riferita fl-Artikolu 1. L-Artikolu 3 Id-data sheet dwar is-sigurtà riferita fl-Artikolu 1 għandu jkun fiha l-intestaturi obbligatorji li ġejjin: 1. l-identifikazzjoni tas-sustanza/preparazzjoni u tal-kumpannija/impriża; 2. il-kompożizzjoni/tagħrif dwar l-ingredjenti; 3. l-identifikazzjoni tar-riskji; 4. il-miżuri ta’ l-ewwel għajnuna; 5. il-miżuri għat-tifi tan-nar; 6. il-miżuri kontra r-rilaxx aċċidentali; 7. il-manipulazzjoni u l-ħażna; 8. il-kontrolli ta’ l-espożizzjoni/il-protezzjoni personali; 9. il-proprjetajiet fiżiċi u kimiċi; 10. l-istabbiltà u r-reattività; 11. it-tagħrif tossikoloġiku; 12. it-tagħrif ekoloġiku; 13. il-konsiderazzjonijiet dwar l-eliminazzjoni; 14. it-tagħrif dwar it-trasport; 15. it-tagħrif regolatorju; 16. tagħrif ieħor. Għandu jkun id-dover tal-persuna responsabbli mit-tqegħid tas-sustanzi jew tal-preparazzjonijiet fis-suq li tforni t-tagħrif speċifikat f’dawn l-intestaturi. Dan it-tagħrif għandu jiġi kkumpilat skond in-Noti ta’ Spjega fl-Anness. Id-data sheet dwar is-sigurtà għandha tkun datata. L-Artikolu 4 Il-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni għas-sustanzi perikolużi ser jiġu stabbiliti iktar ’il quddiem. L-Artikolu 5 1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw id-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Mejju 1991 u għandhom jgħarrfu l-Kummissjoni b’dan minnufih. 2. Dawn il-dispożizzjonijiet għandhom jidħlu f’effett mit-8 ta’ Ġunju 1991. Madankollu, is-sistemi eżistenti tat-tip ta’ data sheet dwar is-sigurtà li huma fl-użu f’uħud mill-Istati Membri jistgħu jissoktaw jiġu wżati sat-30 ta’ Ġunju 1993. 3. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal din ir-referenza għandha tiġi adottata mill-Istati Membri. L-Artikolu 6 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fil-5 ta’ Marzu 1991. Għall-Kummissjoni Martin Bangemann Viċi-President [1] ĠU L 187, tas-16.7.1988, p. 14. [2] ĠU L 275, tal-5.10.1990, p. 35. [3] ĠU 196, tas- 16.8.1967, p. 1. [4] ĠU L 287, tad-19.10.1990, p. 37. [5] ĠU L 185, tad-9.7.1974, p. 15. -------------------------------------------------- L-ANNESS IL-GWIDA GĦALL-KUMPILAZZJONI TADDATA SHEETSDWAR IS-SIGURTÀ In-noti ta’ spjega li ġejjin huma maħsuba bħala gwida. Il-għan tagħhom huwa li jiżguraw illi l-kontenut ta’ kull waħda mill-intestaturi mandatarji elenkati fl-Artikolu 3 tgħin lill-utenti industrijali sabiex jieħdu l-miżuri meħtieġa li għandhom x’jaqsmu mal-protezzjoni tas-saħħa u tas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. It-tagħrif għandu jkun miktub b’mod ċar u konċiż. It-tagħrif addizzjonali jista’ jinstab meħtieġ f’ċerti każi minħabba l-firxa wiesgħa tal-proprjetajiet tas-sustanzi u tal-preparazzjonijiet. Jekk f’każijiet oħra jinstab illi t-tagħrif minn ċerti proprjetajiet ma jkun ta’ l-ebda sinifikat jew li jkun teknikament impossibbli li jiġi pprovdut, għandhom jiġu ddikjarati biċ-ċar ir-raġunijiet għal dan. Minkejja illi l-ordni ta’ l-intestaturi mhix obbligatorja, hija rrakkommandata s-sekwenza mogħtija fl-Artikolu 3. Meta data sheet dwar is-sigurtà tiġi rriveduta, il-bidliet għandhom jinġiebu għall-attenzjoni tar-riċevitur. 1. L-identifikazzjoni tas-sustanza/preparazzjoni u tal-kumpannija/impriża 1.1. L-identifikazzjoni tas-sustanza jew tal-preparazzjoni: It-terminu wżat għall-identifikazzjoni għandu jkun identiku għal dak ipprovdut fuq it-tikketta kif stipulat fil-parti II ta’ l-Annex VI mad-Direttiva 67/548/KEE. Jistgħu jiġu indikati l-metodi l-oħra disponibbli ta’ identifikazzjoni. 1.2. L-identifikazzjoni tal-kumpannija/impriża - L-identifikazzjoni tal-persuna stabbilita ġewwa l-Komunità li tkun responsabbli mit-tqegħid fis-suq tas-sustanza jew tal-preparazzjoni, kemm jekk hi l-fabbrikant, kemm l-importatur jew kemm id-distributur. - L-indirizz sħiħ u n-numru tat-telefon ta’ din il-persuna. 1.3. B’żieda mat-tagħrif imsemmi hawn fuq, forni n-numru tat-telefon ta’ l-emerġenza tal-kumpannija u/jew tal-korp konsultattiv uffiċjali skond l-Artikolu 12 tad-Direttiva 88/379/KEE. 2. Il-kompożizzjoni/tagħrif dwar l-ingredjenti It-tagħrif mogħti għandu jgħin lir-riċevitur sabiex jidentifika r-riskji marbuta mas-sustanza jew mal-preparazzjoni. Fil-każ ta’ preparazzjoni: (a) mhux meħtieġ li tingħata l-kompożizzjoni sħiħa (in-natura ta’ l-ingredjenti u l-konċentrazzjoni tagħhom); (b) madankollu, għandhom jiġu indikati s-sustanzi li ġejjin, flimkien mal-konċentrazzjoni jew il-firxa tal-konċentrazjoni tagħhom, jekk ikunu preżenti f’koncentrazzjonijiet ugwali għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 3(6)(a) tad-Direttiva 88/379/KEE jew ikbar minnhom (għajr jekk limitu iktar baxx jiġi kkunsidrat bħala iktar adatt): - is-sustanzi li jippreżentaw riskju għas-saħħa fit-tifsira tad-Direttiva 67/548/KEE, u - ta’ l-inqas is-sustanzi suġġetti għall-valuri tal-limiti ta’ l-espożizzjoni rrikonoxxuti skond id-dispożizzjonijiet Komunitarji, iżda li mhumiex koperti bid-Direttiva ta’ hawn fuq; (ċ) għandha tingħata l-klassifikazzjoni (jew mill-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 67/548/KEE jew mill-Anness I ta’ magħha) tas-sustanzi msemmija hawn fuq fil-għamla ta’ simboli u frażijiet R li huma assenjati skond ir-riskji tagħhom għas-saħħa; (d) jekk, skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 88/379/KEE, l-identità ta’ ċerti sustanzi għandha tinżamm kunfidenzjali, għandha tiġi deskritta n-natura kimika tagħhom sabiex jiġi żgurat il-manipulazzjoni tagħhom fis-sigurtà. L-isem użat għandu jkun l-istess bħal dak li joħroġ mill-proċedura ta’ hawn fuq. 3. L-identifikazzjoni tar-riskji Indika biċ-ċar u fil-qosor ir-riskji l-iktar importanti li jippreżentaw is-sustanzi jew il-preparazzjonijiet, b’mod partikolari r-riskji kritiċi għall-bniedem u għall-ambjent. Iddeskrivi l-effetti l-iktar importanti negattivi fl-effetti tagħhom għas-saħħa tal-bniedem u s-sintomi li għandhom x’jaqsmu ma’ l-użu u l-użu ħażin possibbli tas-sustanza jew tal-preparazzjoni li jistgħu jiġu previsti b’mod ragjonevoli. It-tagħrif għandu jkun kompatibbli ma’ dak muri fuq it-tikketta tal-prodott, iżda mhemmx għalfejn jirrepetih. 4. Il-miżuri ta’ l-ewwel għajnuna Iddeskrivi l-miżuri ta’ l-ewwel għajnuna; madankollu, huwa importanti li wieħed jispeċifika jekk tkunx teħtieġ attenzjoni medika immedjata. It-tagħrif dwar l-ewwel għajnuna għandu jkun deskritt fil-qosor u faċli li jinftiehem mill-vittma, minn dawk li jkunu fil-viċin tagħha u minn dawk li jagħtu l-ewwel għajnuna. Is-sintomi u l-effetti għandhom jiġu ssommaizzati fil-qosor. L-istruzzjonijiet għandhom jindikaw dak li għandu jsir fuq il-post fil-każ ta’ inċident u jekk ikunux mistennija effetti tardattivi wara l-espożizzjoni. Issuddividi t-tagħrif skond ir-rotot differenti ta’ l-espożizzjoni, eż. l-inalazzjoni, il-kuntatt mal-ġilda jew mal-għajnejn u l-inġestjoni, taħt intestaturi differenti. Indika jekk tkunx meħtieġa l-assistenza professjonali ta’ tabib jew jekk ikunx tal-parir li jsir dan. Rigward ċerti sustanzi jew preparazzjonijiet jista’ jkun importanti li jiġi enfasizzat illi għandhom ikunu disponibbli mezzi speċjali sabiex jipprovdu trattament speċifiku u immedjat fuq il-post tax-xogħol. 5. Il-miżuri tat-tifi tan-nar Irreferi għall-ħtiġiet tat-tifi ta’ nar ikkawżat mis-sustanza jew mill-preparazzjoni, jew li jieħu fil-qrib billi tindika: - il-mezzi addattati għat-tifi tan-nar, - il-mezzi tat-tifi tan-nar li ma jistgħux jintużaw għar-raġunijiet tas-sigurtà, - ir-riskji speċjali mill-espożizzjoni għas-sustanza jew għall-preparazzjoni innifisha, mill-prodotti tal-kombustjoni, mill-gassijiet li jirriżultaw, - it-tagħmir speċjali protettiv għal dawk in-nies li jiġġieldu kontra n-nar. 6. Il-miżuri għar-rilaxx aċċidentali Jiddependi mis-sustanza jew il-preparazzjoni involuti, jista’ jinħtieġ tagħrif dwar: - il-prekawzjonijiet personali bħal: it-tneħħija tas-sorsi tal-qbid tan-nar, il-provvediment ta’ ventilazzjoni suffiċjenti/protezzjoni respiratorja suffiċjenti, il-kontroll tat-trab, il-prevenzjoni tal-kuntatt mal-ġilda u l-għajnejn, - il-prekawzjonijiet ambjentali bħal: iż-żamma ’l bogħod mill-katusi tad-dranaġġ, mill-ilma tal-wiċċ u ta’ taħt l-art u l-ħamrija, il-ħtieġa possibbli li tiġi avżata l-inħawi, - il-metodi tat-tindif bħal: l-użu ta’ materjal assorbenti (eż. ir-ramel, il-kieselguhr, binder ta’ l-aċidu, binder universali, is-serratura…) it-tnaqqis tal-gassijiet/dħaħen bl-ilma, dilwizzjoni. Ikkunsidra wkoll il-ħtieġa ta’ indikazzjonijiet bħal: "qatt tuża, innewtralizza bi,…". N.B. Jekk approprjat irreferi għall-punti 8 u 13. 7. Il-manipulazzjoni u l-ħażna 7.1. Il-manipulazjoni Ikkunsidra l-prekawzjonijiet għall-manipulazzjoni fis-siġurtà inklużi il-pariri dwar miżuri tekniċi bħal: il-ventilazzjoni lokali u ġenerali, il-miżuri sabiex jipprevjienu l-ġenerazzjoni ta’ l-aerosol u tat-trab u n-nar, u kull ħtieġa jew regola speċifika li għandha x’taqsam mas-sustanza jew mal-preparazzjoni (jiġifieri l-proċeduri jew it-tagħmir li jkunu pprojbiti jew irrakkommandati) u, jekk possibbli, agħti dekrizzjoni qasira. 7.2. Il-ħażna Ikkunsidra l-kondizzjonijiet għall-ħażna fis-sigurtà bħal: id-disinn speċifiku tal-kmamar jew tar-reċipjenti tal-ħażna (inklużi l-ħitan ta’ l-ilqugħ u l-ventilazzjoni), il-materjali inkompatibbli, il-kondizzjonijiet tal-ħażna (il-limitu/medda tat-temperatura u ta’ l-umdità, id-dawl, u l-gassijiet inerti…) it-tagħmir speċjali ta’ l-elettriku u l-prevenzjoni ta’ l-eletriċità statika. Agħti parir jekk rilevanti, dwar il-limiti tal-kwantità skond il-kondizzjonijiet tal-ħażna. B’mod partikolari, indika kull ħtieġa speċjali bħat-tip tal-materjal użat fl-imballaġġ/kontentenituri tas-sustanza jew tal-preparament. 8. Il-kontrolli ta’ l-espożizzjoni/il-protezzjoni personali Għall-għanijiet ta’ dan id-dokument il-kontroll ta’ l-espożizzjoni tfisser il-firxa sħiħa tal-miżuri ta’ prekawzjoni li għandhom jittieħdu matul l-użu sabiex jimminimizzaw l-espożizzjoni tal-ħaddiem. Il-miżuri ta’ l-inġinerija għandhom jittieħdu qabel ma jkun meħtieġ it-tagħmir għall-protezzjoni personali. Għalhekk, agħti t-tagħrif dwar id-disinn tas-sistema, eż. l-għeluq. Dan it-tagħrif għandu jikkumplimenta dak diġà mogħti fil-punt 7.1. Indika, bir-referenza tagħhom, kull parametru speċifiku ta’ kontroll bħall-valuri tal-limiti jew l-istandards bioloġiċi. Agħti t-tagħrif dwar il-proċeduri rrakkommandati tal-monitoraġġ u indika r-referenza. Fejn tkun meħtieġa l-protezzjoni personali, ispeċifika t-tip tat-tagħmir sabiex tiġi pprovduta protezzjoni adegwata u xierqa għal: - il-protezzjoni respiratorja: fil-każ ta’ gassijiet, fwar jew trab perikolużi, ikkunsidra l-ħtieġa tat-tagħmir protettiv adatt, bħalma huma tagħmir tan-nifs, maskri u filtri adegwati. - il-protezzjoni ta’ l-idejn: ispeċifika t-tip ta’ l-ingwanti li għandhom jintlibsu waqt il-manipulazzjoni tas-sustanza jew tal-preparazzjoni. Jekk meħtieġ, indika kull miżura addizzjonali għall-protezzjoni tal-ġilda u ta’ l-idejn. - il-protezzjoni tal-għajnejn: ispeċifika t-tip tat-tagħmir għall-protezzjoni tal-għajnejn meħtieġ bħal: in-nuċċalijiet tas-sigurtà, il-goggles tas-sigurtà, il-lqugħ għall-wiċċ. - il-protezzjoni tal-ġilda: jekk meħtieġa għall-protezzjoni ta’ parti oħra tal-ġisem għajr l-idejn, ispeċifika t-tip u l-kwalità tat-tagħmir meħtieġ tal-protezzjoni, bħal: il-fardal, l-istivali u l-libsa intiera tal-protezzjoni. Jekk meħtieġ, indika l-miżuri speċifiċi ta’ l-iġjene. 9. Il-proprjetajiet fiżiċi u kimiċi Din it-taqsima tinkludi t-tagħrif li ġej, fejn japplika, dwar is-sustanzi jew preparazzjoni. Id-Dehra: | Indika l-istat fiżiku (solidu, likwidu, gass) u l-kulur tas-sustanza jew tal-preparazzjoni kif forniti | Ir-Riħa: | jekk riħa tkun perċettibbli, agħti deskrizzjoni qasira tagħha. | Il-pH: | indika l-pH tas-sustanza jew tal-preparazzjoni kif forniti jew ta’ soluzzjoni ilmija; fil-każ ta’ l-aħħar, indika l-konċentrazzjoni. | Il-waqt meta jagħli/il-firxa tat-togħlija: | Fit-tifsira tad-Direttiva 67/548/KEE | Il-waqt fejn jinħall/il-firxa tal-ħall: | Il-waqt tal-leħħa: | Il-fjammabbiltà (is-solidu, il-gass): | L-awtofjammabbiltà: | Il-proprjetajiet splussivi: | Il-proprjetajiet ossidanti: | Il-pressa tal-fwar: | Id-densità relattiva: | Is-solubbiltà: | is-solubbiltà bl-ilmais-solubbiltà bix-xaħam (is-solventi - iż-żejt (għandu jiġi speċifikat)): | Il-koeffiċjenti tal-qasma: il-n-oktanol/ilma: | Data oħra: | indika l-parametri importanti tas-sigurtà, bħad-densità tal-fwar, l-abbiltà tat-taħlit, ir-rata ta’ l-evaporazzjoni, il-konduttività, il-viskosità, eċċ. | Il-propretajiet imsemmija hawn fuq għandhom jiġu stabbiliti skond l-ispeċifikazzjonijiet tal-Parti A ta’ l-Anness V tad-Direttiva 67/543/KEEC, jew kull metodu ieħor paragunabbli. 10. L-istabbiltà u r-reattività Iddikjara l-istabbiltà tas-sustanza jew tal-preparazzjoni u l-possibbiltà ta’ reazzjonijiet perikolużi li jiġru taħt ċerti kondizzjonijiet. Il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu evitati: Elenka dawk il-kondizzjonijiet bħat-temperatura, il-pressjoni, id-dawl, ix-xokkijiet, eċċ., li jistgħu jikkawżaw reazzjoni perikoluża u jekk possibbli agħti deskrizzjoni qasira. Il-materjali li għandhom jiġu evitati: Elenka l-materjali bħall-ilma, l-arja, l-aċidi, il-bażijiet, l-aġenti ossidanti jew kull sustanza speċifika oħra li tista’ tikkawża reazzjoni perikoluża u jekk possibbli agħti deskrizzjoni qasira. Il-prodotti ta’ dekompożizzjoni perikolużi: Elenka tal-materjali perikolużi prodotti f’ammonti perikolużi mad-dekompożizzjoni. N.B. Ittratta speċifikatament: - il-ħtieġa ta’ l-istabilizzaturi u l-preżenza tagħhom, - il-possibbiltà ta’ reazzjoni ta’ riskju eżotermika, - is-sinifikat tas-siġurtà, jekk ikun hemm, ta’ bidla fid-dehra fiżika tas-sustanza jew tal-preparazzjoni, - prodotti ta’ dekompożizzjoni perikolużi, jekk ikun hemm, iffurmati mal-kuntatt ma’ l-ilma, - il-possibbiltà ta’ degradazzjoni fi prodotti instabbli. 11. It-tagħrif tossikiloġiku Din it-taqsima tittratta dwar il-ħtieġa ta’ deskrizzjoni konċiża iżda kompleta u li tista’ tinftiehem ta’ l-effetti tossikoloġiċi (is-saħħa) diversi, li jistgħu jinqalgħu jekk l-utent jiġi f’kuntatt mas-sustanza jew mal-preparazzjoni. Inkludi l-effetti perikolużi għas-saħħa minħabba l-espożizzjoni għas-sustanza jew għal-preparazzjoni, imsejsa kemm fuq l-esperjenzi u kemm fuq il-konklużjonijiet ta’ esperimenti xjentifiċi. Inkludi t-tagħrif dwar ir-rotot differenti ta’ l-espożizzjoni (l-inalazzjoni, l-inġestjoni, il-kuntatt mal-ġilda u mal-għajnejn), u iddeskrivi s-sintomi li jkollohom x’jaqsmu mal-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tossikoloġiċi. Inkludi l-effetti tardattivi u immedjati magħrufa, u wkoll l-effetti kroniċi mill-espożizzjoni fil-qasir jew fit-tul: per ezempju s-sensitizzazzjoni, il-karċinoġeniċità, il-mutaġeniċità u t-tossiċità riproduttiva inkluża t-teratoġeniċità, u n-narkosi. Filwaqt li jitqies it-tagħrif diġà provvdut fil-punt 2, "Il-kompożizzjoni/tagħrif dwar l-ingredjenti", jista’ jkun meħtieġ li ssir referenza għall-effetti speċifiċi tas-saħħa ta’ ċerti komponenti fil-preparazzjonijiet. 12. It-tagħrif ekoloġiku Agħti stima ta’ l-effetti, l-imġiba u ta’ l-impatt ambjentali possibbli tas-sustanza jew tal-preparazzjoni. Iddeskrivi l-karatteristiċi l-iktar importanti li x’aktarx ikollhom effett fuq l-ambjent minħabba n-natura tas-sustanza jew tal-preparazzjoni, u tal-metodi li x’aktarx jintużaw: - il-mobbiltà, - il-persistenza u d-degradabbiltà, - il-potenzjal bio-akkumulattiv, - it-tossiċità akwatika u data oħra li għandha x’taqsam ma’ l-ekotossiċità, per eżempju, l-imġiba fix-xogħlijiet tad-drenaġġ. Rimarki Sakemm isiru l-kriterji għall-evalwazzjoni ta’ l-impatt fuq l-ambjent ta’ xi preparazzjoni, it-tagħrif dwar il-proprjetajiet imsemmija hawn fuq għandu jingħata fir-rigward tas-sustanzi kklassifikati bħala perikolużi għall-ambjent li jkunu preżenti fil-preparazzjoni. 13. Konsiderazzjonijiet dwar l-eliminazzjoni Jekk l-eliminazzjoni tas-sustanza jew tal-preparazzjoni (l-eċċess jew l-iskart li jirriżultaw mill-użu previedibbli), jippreżenta perikolu, għandhom jingħataw deskrizzjoni ta’ dawn ir-residwi u tagħrif dwar il-manipulazzjoni tagħha fis-sigurtà. Indika l-metodi adatti għall-eliminazzjoni kemm tas-sustanza jew tal-preparazzjoni u kif ukoll ta’ kull imballaġġ ikkontaminat (l-inċinerazzjoni, ir-reċiklaġġ, il-landfilling, eċċ.) Kumment Irreferi għad-dispożizzjonijiet Komunitarji li għandhom x’jaqsmu ma’ l-iskart. Fin-nuqqas tagħhom, huwa utli li l-utent jiġi mfakkar illi jistgħu jkunu fis-seħħ dispożizzjonijiet nazzjonali jew reġjonali. 14. It-tagħrif dwar it-trasport Indika kull prekawzjoni speċifika li utent jeħtieġ li jkun konxju tagħha, jew li għandu jikkonforma magħha f’konnessjoni mat-trasport u l-ġarr kemm ġewwa kif ukoll barra mill-fond tiegħu. Jista’ jingħata wkoll it-tagħrif addizzjonali ipprovdut mir-Rakkommandazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti, u ftehim oħra internazzjonali dwar it-trasport u l-imballaġġ tal-prodotti perikolużi. 15. It-tagħrif regolatorju Agħti t-tagħrif li jidher fuq it-tikketta skond id-Direttivi li għandhom x’jaqmu mal-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar tas-sustanzi u tal-preparazzjonijiet perikolużi Jekk is-sustanza jew il-preparazzjoni koperti b’dan id-data sheet dwar is-sigurtà jkunu s-suġġett ta’ dispożizzjonijiet speċifici rigward il-protezzjoni tal-bniedem jew ta’ l-ambjent fil-livell Komunitarju (per eżempju, r-restrizzjonijiet dwar il-marketing u dwar l-użu, il-valuri tal-limiti għall-espożizzjoni fuq il-post tax-xogħol), dawn id-dispożizzjonijiet għandhom, safejn hu possibbli, jiġu ddikjarati. Għandha wkoll tinġibed l-attenzjoni tar-riċevituri għall-eżistenza tal-liġijiet nazzjonali li jimplementaw dawn il-dispożizzjonijiet. Huwa wkoll irrakkommandat illi d-data sheet għandha tfakkar lir-riċevituri biex jirreferu għal kull miżura nazzjonali oħra li tista’ tkunu rilevanti. 16. Tagħrif ieħor Indika kull tagħrif ieħor li jista’ jkun ta’ importanza għas-sigurtà u s-saħħa, per eżempju: - il-pariri dwar it-taħriġ, - l-użu rakommandat u r-restrizzjonijiet, - iktar tagħrif (referenzi miktuba u/jew punt tekniku tal-kuntatt), - is-sorsi ta’ data ewlenija wżata sabiex tiġi kkumpilata id-data sheet. Agħti wkoll id-data tal-ħruġ tad-data sheet, jekk din ma tkun iddikjarata mkien ieħor. --------------------------------------------------