Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31991L0069

Id-Direttiva Tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 1991 li temenda d-Direttiva 72/462/KEE dwar is-saħħa u l-problemi ta’ l-ispezzjonijiet veterinarji ta’ l-importazzjoni ta’ l-annimali tar-razza ta’ l-ifrat u l-majjali, u l-laħam frisk jew tal-prodotti tal-laħam minn pajjiżi terzi, sabiex jinkludu annimali tar-razza tan-nagħaġ u tar-razza tal-mogħoż

ĠU L 46, 19.2.1991, pp. 37–39 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 19/11/2005

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1991/69/oj

31991L0069



Official Journal L 046 , 19/02/1991 P. 0037 - 0039
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 36 P. 0173
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 36 P. 0173


Id-Direttiva Tal-Kunsill

tat-28 ta’ Jannar 1991

li temenda d-Direttiva 72/462/KEE dwar is-saħħa u l-problemi ta’ l-ispezzjonijiet veterinarji ta’ l-importazzjoni ta’ l-annimali tar-razza ta’ l-ifrat u l-majjali, u l-laħam frisk jew tal-prodotti tal-laħam minn pajjiżi terzi, sabiex jinkludu annimali tar-razza tan-nagħaġ u tar-razza tal-mogħoż

(91/69/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi d-Direttiva 91/68/KEE [4] tistabbilixxi l-kondizzjonijiet ta’ l-ispezzjonijiet veterinarji li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju fl-annimali tar-razza tan-nagħaġ u tar-razza tal-mogħoż; billi sabiex tgħin lil dak il-kummerċ biex jiżviluppa armonizzament, regoli komuni għandhom ikunu stabbiliti f’dak li għandu x’jaqsam mal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi;

Billi d-Direttiva 72/462/KEE [5], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 90/425/KEE [6], tistabbilixxi l-ħtiġiet ta’ l-ispezzjonijiet tas-saħħa u dawk veterinarji għall-importazzjoni ta’ l-annimali ta’ l-ifrat u tal-majjal, laħam frisk jew prodotti tal-laħam minn pajjiżi terzi;

Billi l-annimali tar-razza tan-nagħaġ u tar-razza tal-mogħoż jappartjenu, flimkien mal-annimali ta’ l-ifrat, għall-familja Bovidae u huma suxxettibbli għall-istess mard; billi l-qobla fis-suq tal-Komunità huma għalhekk esposti għal riskju simili fir-rigward ta’ l-importazzjoni minn pajjiżi terzi; billi referenza ġenerali għandha għalhekk issir għar-regoli stabbiliti fid-Direttiva 72/462/KEE, bla ħsara għal kull tibdil li jista’ jkun meħtieġ fid-dawl tal-karrateristiċi speċjali ta’ l-annimali tar-razza tan-nagħaġ u tar-razza tal-mogħoż,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

Id-Direttiva 72/462/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:

1. It-Titolu huwa mibdul b’dan li ġej:

"Id-Direttiva tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 1972 dwar is-saħħa u il-problemi ta’ l-ispezzjonijiet veterinarji dwar l-importazzjoni ta’ l-annimali ta’ l-ifrat, tar-razza tan-nagħaġ u tar-razza tal-mogħoż u l-majjal, laħam frisk jew prodotti tal-laħam minn pajjiżi terzi".

2. Fl-Artikolu 1(1), is-segwenti huwa miżjud bħala t-tieni inċiż:

"— annimali domestiċi tar-razza tan-nagħaġ u tar-razza tal-mogħoż għat-tagħmir, għat-trobbija, għas-simna jew għall-qatla."

3. Fl-Artikolu 2, l-ewwel paragrafu huwa mibdul b’dan li ġej:

"Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva id-definizzjonijiet mogħtija fl-Artikolu 2 tad-Direttivi 64/432/KEE, 64/433/KEE u fid-Direttiva tal-Kunsill 72/461/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1972 dwar is-saħħa u l-problemi ta’ l-ispezzjonijiet veterinarji dwar l-importazzjoni ta’ l-annimali tar-razza ta’ l-ifrat u tal-majjal, u laħam frisk jew prodotti tal-laħam minn pajjiżi terzi [7], dawn id-Direttivi kollha, kif l-aħħar emendati bid-Direttiva 89/662/KEE [8], bid-Direttiva tal-Kunsill 77/99/KEE tal-21 ta’ Diċembru dwar il-problemi tas-saħħa ta’ l-annimali li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju fil-prodotti mill-laħam [9] kif l-aħħar emendat bid-Direttiva 89/662/KEE, u bid-Direttiva 91/68/KEE [10], għandhom japplikaw kif ikun meħtieġ."

4. Fit-tielet paragrafu ta’ l-Artikolu 2, il-punt (ċ) huwa mibdul b’dan li ġej:

"(ċ) "pajjiż terz". ifisser pajjiz li dwaru d-Direttivi 64/432/KEE, 64/433/KEE, 77/99/KEE u 91/68/KEE mhumiex applikabbli;".

5. Fit-tielet paragrafu ta’ l-Artikolu 2, il-punt (e) huwa mibdul b’dan li ġej:

"(e) "qasam". tfisser l-impriża agrikola, industrijali jew kummerċjali li huwa ssorveljat uffiċjalment li jinsab fit-territorju ta’ pajjiż terz, li fih regolarment jinżammu jew jitrabbew annimali ta’ l-ifrat jew majjal, għat-tagħmir, għall-produzzjoni jew għall-qatla, jew annimali tar-razza tan-nagħaġ jew tar-razza tal-mogħoż għat-tagħmir, għat-trobbija, għas-simna jew għall-qatla;".

6. Fl-Artikolu 3(1) u fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 3(2), "annimali ta’ l-ifrat u majjal" huwa mibdul bi "annimali ta’ l-ifrat, tar-razza tan-nagħaġ u tar-razza tal-mogħoż u majjal".

7. It-Titolu tal-Kapitolu II huwa mibdul b’dan li ġej:

"IL-KAPITOLU II:

L-importazzjoni ta’ l-annimali ta’ l-ifrat, tar-razza tan-nagħaġ u tar-razza tal-mogħoż u majjal"

.

8. L-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 6(a) huwa ssupplementat b’dan li ġej:

"Peste des petits ruminants, il-Marda Epiżootika ta’ Emorraġija, il-ġidri tan-nagħaġ, il-ġidri tal-mogħoż u d-Deni tar-Rift Valley".

9. L-Artikolu 8(2) huwa mibdul b’dan li ġej:

"2. Jista’ jkun deċiż, bi qbil mal-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 29, li l-awtorizzazzjonijiet għandhom ikunu llimitati għall-speċji partikolari, għal annimali ta’ l-ifrat jew għall-majjal għall-qatla, għat-tagħmir jew għall-produzzjoni, għal annimali tar-razza tan-nagħaġ jew tar-razza tal-mogħoż għat-tagħmir, għat-trobbija, għas-simna jew għall-qatla jew għal annimali intenzjonati għal skopijiet partikolari, jew li l-miżuri kollha meħtieġa għas-saħħa ta’ l-annimali għandhom ikunu applikati wara l-importazzjoni.

Fil-każ ta’ l-annimali għat-tagħmir, għat-trobbija, għall-produzzjoni jew għas-simna, il-ħtiġiet imposti permezz ta’ dan il-paragrafu jistgħu jvarjaw minn Stat Membru għall-ieħor sabiex tittieħed konsiderazzjoni tad-dispożizzjonijiet speċjali għall-benefiċċju ta’ l-Istati Membri fil-qafas tal-kummerċ intra-Komunitarju."

10. L-Artikolu 8(3) huwa mibdul b’dan li ġej:

"3. F’dak li jirrigwarda l-iffissar tal-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali bi qbil mal-paragrafu 1:

- in-normi stabiliti fl-Anness A tad-Direttiva 64/432/KEE għandhom japplikaw bħala il-bażi ta’ referenza għat-tuberkulosi ta’ l-ifrat, għall-bruċellosi ta’ l-ifrat u tal-majjal,

- in-normi stabbiliti fl-Artikoli 4, 5 u 6, jew permezz ta’ l-Artikoli 7 jew 8, u dawk li jinsabu fl-Anness A tad-Direttiva 91/68/KEE, għandhom japplikaw bħala l-bażi ta’ referenza għall-mard li għalih huma suxxetibbli l-annimali tar-razza tan-nagħaġ u tar-razza tal-mogħoż.

Jista’ jkun deċiz, bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 29, fuq bażi ta’ każ b’każ li ssir deroga minn dawk in-normi meta l-pajjiż terz ikkonċernat jipprovdi garanziji simili tas-saħħa ta’ l-annimali; f’dak il-każ, il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li mill-inqas ikunu ekwivalenti għal dawk fl-imsemmija l-Artikoli jew fl-Anness għandhom ikunu stabbiliti bi qbil mal-istess proċedura sabiex jippermettu d-dħul ta’ dawn l-annimali f’merħliet jew qatgħat Komunitarji."

11. Fl-Artikolu 9, "annimali ta’ l-ifrat u majjal" huwa mibdul bi "annimali ta’ l-ifrat, tar-razza tan-nagħaġ u tar-razza tal-mogħoż u majjali".

12. Fl-Artikolu 10, fil-parti introduttiva ta’ l-ewwel paragrafu, "annimali ta’ l-ifrat u majjali" huwa mibdul bi "annimali ta’ l-ifrat, tar-razza tan-nagħaġ u tar-razza tal-mogħoż u majjali".

13. Fl-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 10, il-punt (a) huwa mibdul b’dan li ġej:

"(a) sitt xhur fil-każ ta’ l-annimali ta’ l-ifrat jew majjali, għat-tagħmir jew għall-produzzjoni u ta’ l-annimali tar-razza tan-nagħaġ u tar-razza tal-mogħoż għat-trobbija, għat-tagħmir jew għas-simna;"

14. L-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 11(1) huwa mibdul b’dan li ġej:

"1. L-Istati Membri m’għandhomx jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ l-annimali ta’ l-ifrat, tar-razza tan-nagħaġ u tar-razza tal-mogħoż jew majjali sakemm ma jiġix ippreżentat ċertifikat imħejji minn veterinarju uffiċjali tal-pajjiż terz esportatur."

15. L-Artikolu 11(1)(d) huwa mibdul b’dan li ġej:

"(d) jattesta li l-annimali ta’ l-ifrat, tar-razza tan-nagħaġ u tar-razza tal-mogħoż, jew il-majjali jilħqu l-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva u dawk stabbiliti permezz ta’ din id-Direttiva f’dak li jirrigward l-importazzjoni minn pajjizi terzi;"

16. L-Artikolu 12(1) huwa mibdul b’dan li ġej:

"1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-annimali ta’ l-ifrat, tar-razza tan-nagħaġ u tar-razza tal-mogħoż u majjali domestiċi, jkunu soġġetti immedjatament mal-wasla tagħhom fit-territorju tal-Komunità għall-ispezzjoni tas-saħħa ta’ l-annimali li għandha titwettaq minn veterinarju uffiċjali, independentament mill-liema tkun il-proċedura doganali li permezz tagħha huma jkunu ġew iddikjarati."

17. Is-sentenza introduttorja ta’ l-Artikolu 12(2) hija mibdula b’dan li ġej:

"2. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-annimali ta’ l-ifrat, tar-razza tan-nagħaġ u tar-razza tal-mogħoż, u l-majjali jkunu projbiti minn ċaqliq ġewwa l-Komunità jekk, waqt l-ispezzjoni preskritta fil-paragrafu 1, ikun misjub li:"

18. It-tielet inċiż ta’ l-Artikolu 12(2) huwa mibdul b’dan li ġej:

"— il-kondizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva u li jinsabu fl-Annessi A sa D tad-Direttiva 64/432/KEE u dawk stabbiliti fl-Artikolu 4, 5 jew 6, jew li kienu stabbiliti permezz ta’ l-Artikoli 7 jew 8, u dawk li jinsabu fl-Anness A tad-Direttiva 91/68/KEE ma jkunx hemm konformità magħhom mill-pajjiz terz esportatur;"

19. L-Artikolu 12(4) huwa mibdul b’dan li ġej:

"4. Iċ-ċertifikat li jakkompanja l-annimali ta’ l-ifrat, tar-razza tan-nagħaġ u tar-razza tal-mogħoż u l-majjali ma’ l-importazzjoni għandhom, wara l-ispezzjoni tas-saħħa ta’ l-annimali (l-ispezzjoni ta’ l-importazzjoni), jinkludi dikjarazzjoni li tindika kjarament jekk l-annimali jkunux gew ammessi jew miċħuda għad-dħul."

20. L-Artikolu 27(1)(a) huwa mibdul b’dan li ġej:

"(a) il-postazzjonijiet ta’ spezzjoni tal-fruntiera għall-importazzjoni ta’ l-annimali ta’ l-ifrat, tar-razza tan-nagħaġ u tar-razza tal-mogħoż, jew il-majjali;"

L-Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrativi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1992. Għandhom jinnotikfikaw lill-Kummissjoni dwar dan minnufih.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkompanjati minn referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif issir din ir-referenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.

L-Artikolu 3

Din id-Diretiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-28 Jannar 1991.

Għall-Kunsill

Il-President

J.-C. Juncker

[1] ĠU C 48, tas-27.2.1989, p. 36.

[2] ĠU C 96, tas-17.4.1989, p. 187.

[3] ĠU C 194, tal-31.7.1989, p. 9.

[4] ĠU L 46, tad-19.2.1991, p. 19.

[5] ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 28.

[6] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 29.

[7] ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 24.

[8] ĠU L 395, tat-30.12.1989, p. 13.

[9] ĠU L 26, tal-31.1.1977, p. 85.

[10] ĠU L 46, tad-19.2.1991, p. 19.

--------------------------------------------------

Top