This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31991D0450
91/450/EEC, Euratom: Commission Decision of 26 July 1991 defining the territory of Member States for the purpose of the implementation of Article 1 of Council Directive 89/130/EEC, Euratom on the harmonization of the compilation of gross national product at market prices
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta'Lulju 1991 li tiddefinixxi t-territorju ta' l-Istati Membri għall-għan ta' l-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/130/KEE, Euratom dwar l-armoniżżazzjoni tal-kompilazzjoni tal-prodott gross nazzjonali bil-prezzijiet tas-suq
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta'Lulju 1991 li tiddefinixxi t-territorju ta' l-Istati Membri għall-għan ta' l-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/130/KEE, Euratom dwar l-armoniżżazzjoni tal-kompilazzjoni tal-prodott gross nazzjonali bil-prezzijiet tas-suq
ĠU L 240, 29.8.1991, pp. 36–40
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 30/11/2021; Imħassar b' 32021R1947
Official Journal L 240 , 29/08/1991 P. 0036 - 0040
Finnish special edition: Chapter 1 Volume 2 P. 0143
Swedish special edition: Chapter 1 Volume 2 P. 0143
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta'Lulju 1991 li tiddefinixxi t-territorju ta' l-Istati Membri għall-għan ta' l-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/130/KEE, Euratom dwar l-armoniżżazzjoni tal-kompilazzjoni tal-prodott gross nazzjonali bil-prezzijiet tas-suq (91/450/KEE, Euratom) IL-KUMMISJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità ta' l-Enerġija Atomika Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/130/KEE, Euratom tat-13 ta' Frar 1989 [1] dwar l-armoniżżazzjoni tal-kompilazzjoni tal-prodott gross nazzjonali bil-prezz tas-suq, u partikolarment l-Artikolu 1 tagħha, Billi għall-għan ta' din id-definizzjoni tal-prodott gross nazzjonali bil-prezz tas-suq (GNPmp) skond l-Artikolu 1 tad-Direttiva 89/130/KEE, Euratom huwa meħtieġ li tikkjarifika d-definizzjoni ta' territorju ta' l-Istati Membri kif użata għall-għan tas-sistema Ewropea ta' kontijiet ekonomiċi integrati; Billi l-miżuri provvduti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva 89/130/KE, Euratom, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Għall-għan ta' l-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 1 tad-Direttiva 89/130/KEE, Euratom it-territorju ekonomiku ta' l-Istati Membri għandhom ikunu definiti fl-Anness tiegħu. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fis-26 ta'Lulju 1991. Għall-Kummissjoni Henning Christophersen Viċi-President [1] ĠU No L 49, tal-21.2.1989, p. 26. -------------------------------------------------- ANNESS It-territorju ekonomiku tar-Renju tal-Belġju għandu jinkludi: - it-territorju tar-Renju tal-Belġju, - l-ispazju nazzjonali ta' l-ajru, l-ibħra territorjali u l-continental shelf misjuba f'ibħra internazzjonali li fuqha l-pajjiż igawdi drittijiet esklussivi, - enklavi territorjali (i.e. territorji ġeografiċi li qegħdin fil-kumplament tad-dinja u wżati, skond it-trattati internazzjonali jew ftehim bejn l-Istati, l-aġenziji governattivi ġenerali tal-pajjiż (ambaxxati, konsolati, bażi militari, bażi xjentifiċi, eċċ.)) għat-tranżazzjonijiet kollha barra minn dawk li jittrattaw il-pussess ta' l-art li jikkostitwixxi l-pajjiżi li jdawwru u l-bini li qiegħed fuq din l-art fil-mument tax-xiri, - enklavi extra-territorjali li qegħdin imdawwrin minn pajjiżi (i.e. il-partijiet tat-territorju ġeografiku f'pussess tal-pajjiż użat minn aġenziji ġenerali governattivi ta' pajjiżi oħra, mill-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej jew minn organiżżazzjonijiet internazzjonali skond trattati internazzjonali jew ftehim bejn l-Istati) b'rispett biss lejn it-tranżazzjonijiet li jitrattaw il-kisba tal-art li tikkostitwixxi l-pajjiżi li jdawwru u l-bini li jinsab fuq din l-art fil-mument tal-bejgħ, - id-depożiti ta' żjut, gass naturali, eċċ., f'ibħra internazzjonali 'il barra mill- continental shelf tal-pajjiż, maħduma minn unitajiet residenti fit-territorju definit fis-sotto-paragrafi preċedenti. It-territorju ekonomiku tar-Renju tal-Danimarka għandu jikkomprendi: - it-territorju tar-Renju tad-Danimarka, bl-eċċezzjoni tal-Gżejjer Faroe u l-Greenland, - l-ispazju nazzjonali ta' l-ajru, l-ibħra territorjali u l-continental shelf misjuba f'ibħra internazzjonali li fuqha l-pajjiż igawdi drittijiet esklussivi, - territorji li qegħdin imdawwrin b'pajjiżi oħra (i.e. territorji ġeografiċi li qegħdin fil-kumplament tad-dinja u wżati, skond it-trattati internazzjonali jew ftehim bejn l-Istati, l-aġenziji governattivi ġenerali tal-pajjiż (ambaxxati, konsolati, bażi militari, bażi xjentifiċi, eċċ.)) għat-tranżazzjonijiet kollha barra minn dawk li jittrattaw il-pussess ta' l-art li jikkostitwixxi l-pajjiżi li jdawwru u l-bini li qiegħed fuq din l-art fil-mument tax-xiri, - extra-territorjali li qegħdin imdawwrin minn pajjiżi (i.e. il-partijiet tat-territorju ġeografiku f'pussess tal-pajjiż użat minn aġenziji ġenerali governattivi ta' pajjiżi oħra, mill-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej jew minn organiżżazzjonijiet internazzjonali skond trattati internazzjonali jew ftehim bejn l-Istati) b'rispett biss lejn it-tranżazzjonijiet li jitrattaw il-kisba tal-art li tikkostitwixxi l-pajjiżi li jdawwru u l-bini li jinsab fuq ċerta art fil-ħin tal-bejgħ, - depożiti ta' żjut, gass naturali, eċċ., f'ibħra internazzjonali 'il barra mill- continental shelf tal-pajjiż, maħduma minn unitajiet residenti fit-territorju definit fis-sotto-paragrafi preċedenti. It-territorju ekonomiku tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandu jinvolvi: - it-territorju tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, - l-ispazju nazzjonali ta' l-ajru, l-ibħra territorjali u l-continental shelf misjuba f'ibħra internazzjonali li fuqha l-pajjiż igawdi drittijiet esklussivi, - enklavi territorjali (i.e. territorji ġeografiċi li qegħdin fil-kumplament tad-dinja u wżati, skond it-trattati internazzjonali jew ftehim bejn l-Istati, l-aġenziji governattivi ġenerali tal-pajjiż (ambaxxati, konsolati, bażi militari, bażi xjentifiċi, eċċ.)) għat-tranżazzjonijiet kollha barra minn dawk li jittrattaw il-pussess ta' l-art li jikkostitwixxi l-pajjiżi li jdawwru u l-bini li qiegħed fuq din l-art fil-mument tax-xiri, - enklavi extra-territorjali li qegħdin imdawwrin minn pajjiżi (i.e. il-partijiet tat-territorju ġeografiku f'pussess tal-pajjiż użat minn aġenziji ġenerali governattivi ta' pajjiżi oħra, mill-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej jew minn organiżżazzjonijiet internazzjonali skond trattati internazzjonali jew ftehim bejn l-Istati) b'rispett biss lejn it-tranżazzjonijiet li jitrattaw il-kisba tal-art li tikkostitwixxi l-pajjiżi li jdawwru u l-bini li jinsab fuq din l-art fil-mument tal-bejgħ, - id-depożiti ta' żjut, gass naturali, eċċ., f'ibħra internazzjonali 'il barra mill- continental shelf tal-pajjiż, maħduma minn unitajiet residenti fit-territorju definit fis-sotto-paragrafi preċedenti. It-territorju ekonomiku tar-Repubblika Ellenika għandu jinvolvi: - it-territorju tar-Repubblika Ellenika, - l-ispazju nazzjonali ta' l-ajru, l-ibħra territorjali u l-continental shelf misjuba f'ibħra internazzjonali li fuqha l-pajjiż igawdi drittijiet esklussivi, - enklavi territorjali (i.e. territorji ġeografiċi li qegħdin fil-kumplament tad-dinja u wżati, skond it-trattati internazzjonali jew ftehim bejn l-Istati, l-aġenziji governattivi ġenerali tal-pajjiż (ambaxxati, konsolati, bażi militari, bażi xjentifiċi, eċċ.)) għat-tranżazzjonijiet kollha barra minn dawk li jittrattaw il-pussess ta' l-art li jikkostitwixxi l-pajjiżi li jdawwru u l-bini li qiegħed fuq din l-art fil-mument tax-xiri, - enklavi extra-territorjali li qegħdin imdawwrin minn pajjiżi (i.e. il-partijiet tat-territorju ġeografiku f'pussess tal-pajjiż użat minn aġenziji ġenerali governattivi ta' pajjiżi oħra, mill-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej jew minn organiżżazzjonijiet internazzjonali skond trattati internazzjonali jew ftehim bejn l-Istati) b'rispett biss lejn it-tranżazzjonijiet li jitrattaw il-kisba tal-art li tikkostitwixxi l-pajjiżi li jdawwru u l-bini li jinsab fuq din l-art fil-mument tal-bejgħ, - id-depożiti ta' żjut, gass naturali, eċċ., f'ibħra internazzjonali 'il barra mill- continental shelf tal-pajjiż, maħduma minn unitajiet residenti fit-territorju definit fis-sotto-paragrafi preċedenti. It-territorju ekonomiku tar-Renju ta'Spanja għandu jinvolvi: - it-territorju tar-Renju ta'Spanja, - l-ispazju nazzjonali ta' l-ajru, l-ibħra territorjali u l-continental shelf misjuba f'ibħra internazzjonali li fuqha l-pajjiż igawdi drittijiet esklussivi, - enklavi territorjali (i.e. territorji ġeografiċi li qegħdin fil-kumplament tad-dinja u wżati, skond it-trattati internazzjonali jew ftehim bejn l-Istati, l-aġenziji governattivi ġenerali tal-pajjiż (ambaxxati, konsolati, bażi militari, bażi xjentifiċi, eċċ.)) għat-tranżazzjonijiet kollha barra minn dawk li jittrattaw il-pussess ta' l-art li jikkostitwixxi l-pajjiżi li jdawwru u l-bini li qiegħed fuq din l-art fil-mument tax-xiri, - enklavi extra-territorjali li qegħdin imdawwrin minn pajjiżi (i.e. il-partijiet tat-territorju ġeografiku f'pussess tal-pajjiż użat minn aġenziji ġenerali governattivi ta' pajjiżi oħra, mill-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej jew minn organiżżazzjonijiet internazzjonali skond trattati internazzjonali jew ftehim bejn l-Istati) b'rispett biss lejn it-tranżazzjonijiet li jitrattaw il-kisba tal-art li tikkostitwixxi l-pajjiżi li jdawwru u l-bini li jinsab fuq din l-art fil-mument tal-bejgħ, - id-depożiti ta' żjut, gass naturali, eċċ., f'ibħra internazzjonali 'il barra mill- continental shelf tal-pajjiż, maħduma minn unitajiet residenti fit-territorju definit fis-sotto-paragrafi preċedenti. It-territorju ekonomiku tar-Repubblika Franċiża għandu jinvolvi: - it-territorju tar-Repubblika Franċiża, bl-eċċezzjoni ta' pajjiżi barranin u territorji li fuqhom saru eżerċizzji ta'sovranità, kif definit fl-Anness IV għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, - l-ispazju nazzjonali ta' l-ajru, l-ibħra territorjali u l-continental shelf misjuba f'ibħra internazzjonali li fuqha l-pajjiż igawdi drittijiet esklussivi, - enklavi territorjali (i.e. territorji ġeografiċi li qegħdin fil-kumplament tad-dinja u wżati, skond it-trattati internazzjonali jew ftehim bejn l-Istati, l-aġenziji governattivi ġenerali tal-pajjiż (ambaxxati, konsolati, bażi militari, bażi xjentifiċi, eċċ.)) għat-tranżazzjonijiet kollha barra minn dawk li jittrattaw il-pussess ta' l-art li jikkostitwixxi l-pajjiżi li jdawwru u l-bini li qiegħed fuq din l-art fil-mument tax-xiri, - enklavi extra-territorjali li qegħdin imdawwrin minn pajjiżi (i.e. il-partijiet tat-territorju ġeografiku f'pussess tal-pajjiż użat minn aġenziji ġenerali governattivi ta' pajjiżi oħra, mill-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej jew minn organiżżazzjonijiet internazzjonali skond trattati internazzjonali jew ftehim bejn l-Istati) b'rispett biss lejn it-tranżazzjonijiet li jitrattaw il-kisba tal-art li tikkostitwixxi l-pajjiżi li jdawwru u l-bini li jinsab fuq din l-art fil-mument tal-bejgħ, - id-depożiti ta' żjut, gass naturali, eċċ., f'ibħra internazzjonali 'il barra mill- continental shelf tal-pajjiż, maħduma minn unitajiet residenti fit-territorju definit fis-sotto-paragrafi preċedenti. It-teritorju ekonomiku tal-Irlanda għandu jinkludi: - it-territorju tal-Irlanda, - l-ispazju nazzjonali ta' l-ajru, l-ibħra territorjali u l-continental shelf misjuba f'ibħra internazzjonali li fuqha l-pajjiż igawdi drittijiet esklussivi, - enklavi territorjali (i.e. territorji ġeografiċi li qegħdin fil-kumplament tad-dinja u wżati, skond it-trattati internazzjonali jew ftehim bejn l-Istati, l-aġenziji governattivi ġenerali tal-pajjiż (ambaxxati, konsolati, bażi militari, bażi xjentifiċi, eċċ.)) għat-tranżazzjonijiet kollha barra minn dawk li jittrattaw il-pussess ta' l-art li jikkostitwixxi l-pajjiżi li jdawwru u l-bini li qiegħed fuq din l-art fil-mument tax-xiri, - enklavi extra-territorjali li qegħdin imdawwrin minn pajjiżi (i.e. il-partijiet tat-territorju ġeografiku f'pussess tal-pajjiż użat minn aġenziji ġenerali governattivi ta' pajjiżi oħra, mill-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej jew minn organiżżazzjonijiet internazzjonali skond trattati internazzjonali jew ftehim bejn l-Istati) b'rispett biss lejn it-tranżazzjonijiet li jitrattaw il-kisba tal-art li tikkostitwixxi l-pajjiżi li jdawwru u l-bini li jinsab fuq din l-art fil-mument tal-bejgħ, - id-depożiti ta' żjut, gass naturali, eċċ., f'ibħra internazzjonali 'il barra mill-continental shelf tal-pajjiż, maħduma minn unitajiet residenti fit-territorju definit fis-sotto-paragrafi preċedenti. It-territorju ekonomiku tar-Repubblika Taljana għandu jinvolvi: - it-territorju tar-Repubblika Taljana, - l-ispazju nazzjonali ta' l-ajru, l-ibħra territorjali u l-continental shelf misjuba f'ibħra internazzjonali li fuqha l-pajjiż igawdi drittijiet esklussivi, - enklavi territorjali (i.e. territorji ġeografiċi li qegħdin fil-kumplament tad-dinja u wżati, skond it-trattati internazzjonali jew ftehim bejn l-Istati, l-aġenziji governattivi ġenerali tal-pajjiż (ambaxxati, konsolati, bażi militari, bażi xjentifiċi, eċċ.)) għat-tranżazzjonijiet kollha barra minn dawk li jittrattaw il-pussess ta' l-art li jikkostitwixxi l-pajjiżi li jdawwru u l-bini li qiegħed fuq din l-art fil-mument tax-xiri, - enklavi extra-territorjali li qegħdin imdawwrin minn pajjiżi (i.e. il-partijiet tat-territorju ġeografiku f'pussess tal-pajjiż użat minn aġenziji ġenerali governattivi ta' pajjiżi oħra, mill-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej jew minn organiżżazzjonijiet internazzjonali skond trattati internazzjonali jew ftehim bejn l-Istati) b'rispett biss lejn it-tranżazzjonijiet li jitrattaw il-kisba tal-art li tikkostitwixxi l-pajjiżi li jdawwru u l-bini li jinsab fuq din l-art fil-mument tal-bejgħ, - id-depożiti ta' żjut, gass naturali, eċċ., f'ibħra internazzjonali 'il barra mill- continental shelf tal-pajjiż, maħduma minn unitajiet residenti fit-territorju definit fis-sotto-paragrafi preċedenti. It-territorju ekonomiku tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu għandu jinvolvi: - it-territorju tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, - l-ispazju nazzjonali ta' l-ajru, l-ibħra territorjali u l-continental shelf misjuba f'ibħra internazzjonali li fuqha l-pajjiż igawdi drittijiet esklussivi, - enklavi territorjali (i.e. territorji ġeografiċi li qegħdin fil-kumplament tad-dinja u wżati, skond it-trattati internazzjonali jew ftehim bejn l-Istati, l-aġenziji governattivi ġenerali tal-pajjiż (ambaxxati, konsolati, bażi militari, bażi xjentifiċi, eċċ.)) għat-tranżazzjonijiet kollha barra minn dawk li jittrattaw il-pussess ta' l-art li jikkostitwixxi l-pajjiżi li jdawwru u l-bini li qiegħed fuq din l-art fil-mument tax-xiri, - enklavi extra-territorjali li qegħdin imdawwrin minn pajjiżi (i.e. il-partijiet tat-territorju ġeografiku f'pussess tal-pajjiż użat minn aġenziji ġenerali governattivi ta' pajjiżi oħra, mill-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej jew minn organiżżazzjonijiet internazzjonali skond trattati internazzjonali jew ftehim bejn l-Istati) b'rispett biss lejn it-tranżazzjonijiet li jitrattaw il-kisba tal-art li tikkostitwixxi l-pajjiżi li jdawwru u l-bini li jinsab fuq din l-art fil-mument tal-bejgħ, - id-depożiti ta' żjut, gass naturali, eċċ., f'ibħra internazzjonali 'il barra mill- continental shelf tal-pajjiż, maħduma minn unitajiet residenti fit-territorju definit fis-sotto-paragrafi preċedenti. It-territorju ekonomiku tar-Renju tal-Olanda għandu jinvolvi: - it-territorju tar-Renju tal-Olanda, bl-eċċezzjoni ta' pajjiżi barranin u territorji li fuqhom saru eżerċizzji ta'sovranità, kif definit fl-Anness IV għat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, - l-ispazju nazzjonali ta' l-ajru, l-ibħra territorjali u l-continental shelf misjuba f'ibħra internazzjonali li fuqha l-pajjiż igawdi drittijiet esklussivi, - enklavi territorjali (i.e. territorji ġeografiċi li qegħdin fil-kumplament tad-dinja u wżati, skond it-trattati internazzjonali jew ftehim bejn l-Istati, l-aġenziji governattivi ġenerali tal-pajjiż (ambaxxati, konsolati, bażi militari, bażi xjentifiċi, eċċ.)) għat-tranżazzjonijiet kollha barra minn dawk li jittrattaw il-pussess ta' l-art li jikkostitwixxi l-pajjiżi li jdawwru u l-bini li qiegħed fuq din l-art fil-mument tax-xiri, - enklavi extra-territorjali li qegħdin imdawwrin minn pajjiżi (i.e. il-partijiet tat-territorju ġeografiku f'pussess tal-pajjiż użat minn aġenziji ġenerali governattivi ta' pajjiżi oħra, mill-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej jew minn organiżżazzjonijiet internazzjonali skond trattati internazzjonali jew ftehim bejn l-Istati) b'rispett biss lejn it-tranżazzjonijiet li jitrattaw il-kisba tal-art li tikkostitwixxi l-pajjiżi li jdawwru u l-bini li jinsab fuq din l-art fil-mument tal-bejgħ, - id-depożiti ta' żjut, gass naturali, eċċ., f'ibħra internazzjonali 'il barra mill-continental shelf tal-pajjiż, maħduma minn unitajiet residenti fit-territorju definit fis-sotto-paragrafi preċedenti. The economic territory of the Portuguese Republic shall comprise: - the territory of the Portuguese Republic, - the national air-space, territorial waters and the continental shelf lying in international waters over which the country enjoys exclusive rights, - territorial enclaves (i. e. geographic territories situated in the rest of the world and used, unded international treaties or agreements between States, by general government agencies of the country (embassies, consulates, military bases, scientific bases, etc.)) for all transactions other than those relating to the ownership of the land constituting the enclave and of the buildings standing on such land at the time of purchase, - extraterritorial enclaves (i. e. the parts of the country's own geographic territory used by general government agencies of other countries, by the institutions of the European Communities or by international organizations under international treaties or agreements between States) only in respect of transactions relating to the ownership of the land constituting the enclave and of the buildings standing on such land at the time of sale, - deposits of oil, natural gas, etc. in international waters outside the continental shelf of the country, worked by units resident in the territory as defined in the preceding subparagraphs. It-territorju ekonomiku tar-Repubblika Portugiża għandu jinvolvi: - it-territorju tar-Repubblika Portugiża, - l-ispazju nazzjonali ta' l-ajru, l-ibħra territorjali u l-continental shelf misjuba f'ibħra internazzjonali li fuqha l-pajjiż igawdi drittijiet esklussivi, - enklavi territorjali (i.e. territorji ġeografiċi li qegħdin fil-kumplament tad-dinja u wżati, skond it-trattati internazzjonali jew ftehim bejn l-Istati, l-aġenziji governattivi ġenerali tal-pajjiż (ambaxxati, konsolati, bażi militari, bażi xjentifiċi, eċċ.)) għat-tranżazzjonijiet kollha barra minn dawk li jittrattaw il-pussess ta' l-art li jikkostitwixxi l-pajjiżi li jdawwru u l-bini li qiegħed fuq din l-art fil-mument tax-xiri, - enklavi extra-territorjali li qegħdin imdawwrin minn pajjiżi (i.e. il-partijiet tat-territorju ġeografiku f'pussess tal-pajjiż użat minn aġenziji ġenerali governattivi ta' pajjiżi oħra, mill-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej jew minn organiżżazzjonijiet internazzjonali skond trattati internazzjonali jew ftehim bejn l-Istati) b'rispett biss lejn it-tranżazzjonijiet li jitrattaw il-kisba tal-art li tikkostitwixxi l-pajjiżi li jdawwru u l-bini li jinsab fuq din l-art fil-mument tal-bejgħ, - id-depożiti ta' żjut, gass naturali, eċċ., f'ibħra internazzjonali 'il barra mill-continental shelf tal-pajjiż, maħduma minn unitajiet residenti fit-territorju definit fis-sotto-paragrafi preċedenti. --------------------------------------------------