Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31991D0423

Id-Deċiżjoni Nru 145 tas-27 ta' Ġunju 1990 li tikkonċerna il-pagament ta' arretrati ta' benefiċċji tal-familja dovuti lill-persuni li jaħdmu għal rashom skond l-Artikoli 73 u 74 tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71

ĠU L 235, 23.8.1991, pp. 1–8 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/10/1995

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1991/423/oj

31991D0423



Official Journal L 235 , 23/08/1991 P. 0001 - 0008
Finnish special edition: Chapter 5 Volume 5 P. 0074
Swedish special edition: Chapter 5 Volume 5 P. 0074


ID-DEĊIŻJONI Nru 145

tas-27 ta' Ġunju 1990

li tikkonċerna l-pagament ta' arretrati ta' benefiċċji tal-familja dovuti lill-persuni li jaħdmu għal rashom skond l-Artikoli 73 u 74 tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71

(91/423/KEE)

IL-KUMMISSJONI AMMINISTRATTIVA TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ DWAR IS-SIGURTÀ SOĊJALI GĦALL-ĦADDIEMA MIGRANTI,

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 81(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 ta' l-14 ta' Ġunju 1971 dwar l-applikazzjoni ta' skemi ta' sigurta soċjali għal persuni impjegati, persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familji tagħhom li jispustaw ruħhom fil-Komunità, li taħthom hija responsabbli biex tittratta l-kwistjonijiet amministrattivi kollha u l-kwistjonijiet ta' interpretazzjoni li joħorġu mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u r-Regolamenti sussegwenti,

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 tal-21ta' Marzu 1972, li taħtu hija għandha tfassal mudelli ta' ċertifikati, dikjarazzjonijiet ċertifikati, dikjarazzjonijiet, applikazzjonijiet u dokumenti oħra neċessarji għall-applikazzjoni tar-Regolamenti,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3427/89 tat-30 ta' Ottubru 1989 li jintroduċi, b'mod partikolari, soluzzjoni uniformi għall-Istati Membri kollha għall-problema tal-pagament ta' benefiċċji tal-familja lill-membri tal-familja li ma joqogħdux fit-territorju ta' l-Istati kompetenti, u jestendi d-dispożizzjonijiet tiegħu għall-persuni li jaħdmu għal rashom,

Billi r-Regolament (KEE) Nru 3427/89 huwa, skond it-termini ta' l-Artikolu 3 tiegħu, applikabbli mill-15 ta' Jannar 1986, ħlief għall-parti ta' l-Artikolu 1(1) tiegħu li jirrigwarda l-emenda ta' l-Artikolu 76;

Billi huwa neċessarju għall-għoti u l-pagament ta' arretrati ta' benefiċċji tal-familja dovuti lil persuni li jaħdmu għal rashom skond l-Artikoli 73 u 74 tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71, kif emendat wara d-data ta' l-applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 3427/89, li jiġu speċifikati l-kondizzjonijiet li taħthom l-ammonti ta' benefiċċji tal-familja diġà mħallsa taħt il-liġi ta' l-Istat ta' residenza tal-membri tal-familja invirtù ta' dik ir-residenza jew tat-twettiq ta' xogħol mill-mara jew mir-raġel jew minn membru ieħor tal-familja, jkunu mnaqqsa mill-ammonti ta' dawk l-arretrati;

Billi, barra minn hekk, ir-rata għall-kambju ta' valuti li għandha tintuża għal dan it-tnaqqis għandha tiġi stabbilita;

Billi, madanakollu, għandha tiġi ppreparata formola mudell speċjali għall-pagament ta' arretrati;

Billi ir-Rakkomandazzjoni Nru 15 tal-Kummissjoni Amministrattiva tipprovdi għal-lingwa li fiha l-formoli għandhom jinħarġu;

Billi il-limiti taż-żmien applikabbli għal talbiet għall-pagament ta' arretrati ta' benefiċċji tal-familja dovuti taħt l-Artikoli 73 u 74 tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71, kif emendat, għandhom jiġu determinati, u dan anke fir-rigward tal-pagament ta' dawn l-arretrati,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

1. (a) Fuq it-talba tal-persuna kkonċernata l-istituzzjoni kompetenti għandha tagħti u tħallas l-arretrati ta' benefiċċji tal-familja dovuti lil persuni li jaħdmu għal rashom għall-perjodu ta' bejn id-data ta' l-applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 3427/89 u d-data li fiha l-imsemmija istituzzjoni effettivament timplimenta dak ir-Regolament.

(b) Il-pagament ta' arretrati jiġi effettwat wara t-tnaqqis ta' l-ammont ta' benefiċċji tal-familja irċevuti għall-istess perjodi jew taħt il-liġi ta' l-Istat ta' residenza tal-membri tal-familja, invirtù tar-residenza jew tat-twettiq ta' xogħol mill-mara jew mir-raġel jew mill-persuna li fid-dar tagħha l-membri tal-familja tal-ħaddiem jgħixu, jew ta' l-attività tal-mara jew ir-raġel fi Stat Membru ieħor jew taħt konvenzjoni bilaterali.

(ċ) Sabiex tikseb il-pagament ta' arretrati ta' benefiċċji tal-familja, il-persuna kkonċernata għandha tinkludi mat-talba tagħha dikjarazzjoni solenni li tispeċifika l-ammont totali ta' benefiċċji tal-familja irċevuti, sena b' sena, għall-membri tal-familja tagħha taħt il-liġi ta' l-Istat ta' residenza ta' dawk il-membri jew invirtù ta' xi intitolament ieħor.

Minkejja din id-dikjarazzjoni, l-istituzzjoni kompetenti tista' titlob lill-istituzzjonijiet ikkonċernati li jiċċertifikaw jekk dawn irċevewx jew le il-benefiċċji tal-familja skond il-mudell ta' hawn taħt.

L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jagħmlu din il-formola disponibbli għall-istituzzjonijiet kompetenti kkonċernati. Din il-formola għandha tkun disponibbli fil-lingwi uffiċjali tal-Komunità u għandha tiġi stabbilita b' tali mod li l-versjonijiet lingwistiċi differenti ikunu jistgħu jiġu sovraposti b' mod perfett biex ikun possibbli għal kull persuna kkonċernata li tirċievi l-formola stampata fil-lingwa tagħha.

(d) L-ammonti ta' benefiċċji tal-familja mogħtija taħt il-liġi ta' l-Istat kompetenti, min-naħa l-waħda, u taħt il-liġi ta' l-Istat ta' residenza tal-membri tal-familja jew invirtù ta' xi dritt ieħor min-naħa l-oħra, li għandhom jittieħdu inkonsiderazzjoni għall-applikazzjoni tas-subparagrafu (b), għandhom ikunu l-ammonti mogħtija għall-membri kollha tal-familja tal-ħaddiem li jikkwalifika għal xi wieħed minn dawn il-benefiċċji.

(e) It-tnaqqis imsemmi fis-subparagrafu (b) għandu jiġi effettwat għal familja ta' ħaddiem sħiħa, b'mod tali li l-ammont totali ta' benefiċċji tal-familja irċevuti taħt il-liġi ta' l-Istat ta' residenza tal-membri tal-familja invirtù ta' dritt ieħor għal sena partikolari għandu jitnaqqas mill-ammont totali ta' benefiċċji tal-familja dovuti għall-istess sena taħt il-liġi ta' l-Istat kompetenti.

Meta il-benefiċċji ta' qabel ikunu ogħla minn jew daqs dawn ta' l-aħħar, l-ebda arretrati jew benefiċċji m' għandhom ikunu dovuti mill-istituzzjoni kompetenti. Meta il-benefiċċji ta' qabel ikunu aktar baxxi minn dawn ta' l-aħħar, l-arretrati tal-benefiċċji għandhom jitħallsu lill-ħaddiem, wara t-tnaqqis ta' l-ammont diġà rċevut kif indikat fis-subparagrafu (b).

Fil-każijiet kollha s-somma totali ta' benefiċċji diġà mħallsa taħt il-liġi ta' l-Istat ta' residenza tal-membri tal-familja jew invirtù ta' xi dritt ieħor għandhom jingħaddu akkwiżiti mill-ħaddiem, u l-istituzzjoni li tkun ħallset dawn il-benefiċċji għandha titqies bħala li rrinunzjat għar-rifużjoni tagħhom mill-istituzzjoni kompetenti.

(f) Sabiex isir it-tnaqqis imsemmi fis-subpargrafu (b), l-istituzzjoni kompetenti għandha tikkonverti għall-valuta tagħha l-ammont ta' benefiċċji tal-familja irċevuti mill-persuna kkonċernata għall-membri tal-familja tagħha taħt il-liġi ta' l-Istat ta' residenza ta' l-imsemmija membri tal-familja jew invirtù ta' xi dritt ieħor, bl-użu tar-rata ta' tbiddil ipprovduta fl-Artikolu 107(1) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72. Ir-rata ta' tibdil li trid tiġi kkonsidrata għandha tkun dik applikabbli fis-16 ta' Novembru 1989.

2. Fir-rigward tat-talba għall-pagament ta' arretrati ta' benefiċċji tal-familja msemmija fil-paragrafu 1, il-limiti taż-żmien ipprovduti mil-liġijiet nazzjonali għandhom japplikaw; madanakollu, talba bħal din tista' ssir validament fi żmien sentejn wara s-6 ta' Novembru 1989, anke jekk il-limiti taż-żmien hawn fuq imsemmija jkunu iqsar.

3. Fir-rigward tal-pagament ta' arretrati ta' benefiċċji tal-familja, jekk l-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tkun sottomessa fi żmien sentejn mis-16 ta' Novembru 1989, id-drittijiet ipprovduti taħt ir-Regolament (KEE) Nru 3427/89 għandhom jingħaddu akkwiżiti, u d-dispożizzjonijiet tal-liġi ta' kwalunkwe Stat Membru fir-rigward ta' l-iskadenza jew iż-żamma tad-drittijiet ma jistgħux jiġu applikati għall-persuni kkonċernati.

4. Din id-Deċiżjoni għandha tkun applikabbli mill-ewwel ġurnata tax-xahar ta' wara dak li fih tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Il-President tal-Kummissjoni Amministrattiva

E. Mc Cumiskey

--------------------------------------------------

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Top