This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31991D0261
91/261/EEC: Commission Decision of 2 May 1991 recognizing Australia as being free from Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al.
Deċiżjoni tal-kummissjoni tat-2 ta’ Mejju 1991 li tirrikonoxxi l-Awstralja bħala ħielsa mill-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al
Deċiżjoni tal-kummissjoni tat-2 ta’ Mejju 1991 li tirrikonoxxi l-Awstralja bħala ħielsa mill-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al
ĠU L 126, 22.5.1991, p. 22–22
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 126 , 22/05/1991 P. 0022 - 0022
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 37 P. 0193
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 37 P. 0193
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-2 ta' Mejju 1991 li tirrikonoxxi l-Awstralja bħala ħielsa mill-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. Et al (91/261/KEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 77/93/KEE tal-21 ta'Diċembru 1976 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni fl-Istati Membri ta' organiżmi perikolużi għall-pjanti u l-prodotti tal-pjanti (1), kif l-aħħar emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 91/27/KEE (2), u b'mod partikolari l-Anness III, parti B (10) tagħha, Peress illi taħt id- dispożizzjonijiet tad-Direttiva 77/93/KEE mis-16 ta'April sal-31 ta'Ottubru, fil-każ ta' oriġini mill-emisferu tat-Tramuntana, u mill-1 ta'Novembru sal-15 ta' April, fil-każ ta' oriġini mill-emisferu tan-Nofsinhar, il-pjanti ta' ċerti ġeneri, minbarra l-frott u ż-żrieragħ, li joriġinaw minn pajjiżi jew reġjuni li ma jkunux dawk rikonoxxuti bħala li huma ħielsa mill-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al, ma jistgħux jiġu introdotti f'ċerti Stati Membri; Peress illi deher minn informazzjoni uffiċjali pprovduta mill-Awstralja li l-organiżmu perikoluż fuq imsemmi ma jeżistix f'dak il-pajjiż, u li għal żmien twil din żammet projbizzjoni stretta fuq l-importazzjoni ta' pjanti u prodotti tal-pjanti li jistgħu jdaħħlu dan l-organiżmu perikoluż; Peress illi jistà għalhekk jiġi stabbilit li mhemmx riskju li l-imsemmi organiżmu perikoluż in kwistjoni jista' jinfirex; Peress illi din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għal xi skoperti sussegwenti li jistgħu jindikaw li l-imsemmi organiżmu perikoluż jinsab f'dak il-pajjiż; Peress illi l-Kummissjoni ser tassigura li fuq bażi annwali l-Awstralja toffri l-informazzjoni kollha teknika li hija meħtieġa biex wieħed iqis is-sitwazzjoni hawn fuq imsemmija; Peress illi l-miżuri pprovduti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Qiegħed jiġi hawnhekk dikjarat li l-Awstralja hija meqjusa bħala ħielsa mill-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fit-2 ta' Mejju 1991. Għall-Kummissjoni Ray MAC SHARRY Membru tal-Kummissjoni (1) ĠU L 26, tal-31.1.1977, p. 20. (2) ĠU L 16, tat-22.1.1991, p. 29.