Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31991D0152

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Marzu 1991 dwar in-notifikazzjoni ta' l-applikazzjoni mill-Komunità tal-Ftehim Internazzjonali ta' l-1989 dwar il-Juta u l-Prodotti magħmula mill-Juta

    ĠU L 75, 21.3.1991, p. 56–56 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1991/152/oj

    31991D0152



    Official Journal L 075 , 21/03/1991 P. 0056 - 0056
    Finnish special edition: Chapter 11 Volume 16 P. 0246
    Swedish special edition: Chapter 11 Volume 16 P. 0246


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    tat-18 ta' Marzu 1991

    dwar in-notifikazzjoni ta' l-applikazzjoni mill-Komunità tal-Ftehim Internazzjonali ta' l-1989 dwar il-Juta u l-Prodotti magħmula mill-Juta

    (91/152/KEE)

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 113 u 116 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

    Billi l-Ftehim Internazzjonali ta' l-1989 dwar il-Juta u l-Prodotti magħmula mill-Juta [1] kien iffirmat mill-Komunità u l-Istati Membri tagħha fl-20 ta' Diċembru 1990;

    Billi l-Istati Membri kollha urew l-intenzjoni tagħhom li japplikaw il-Ftehim;

    Billi l-Komunità u l-Istati Membri tagħha għandhom javżaw lis-Segretarju-Ġenerali ta' l-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti li huma bi ħsiebhom japplikaw il-Ftehim,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, wara t-tkomplija tal-proċeduri interni neċessarji, għandhom, javżaw lis-Segretarju-Ġenerali ta' l-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti li huma se japplikaw il-Ftehim Internazzjonali dwar il-Juta u l-Prodotti magħmula mill-Juta (1989), bħala membri li jimpurtaw, meta dan jidħol fis-seħħ bi qbil ma' l-Artikolu 40(3).

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat li jinnomina l-persuni bil-poter li jwassal l-istrument ta' notifikazzjoni f'sem il-Komunità Ekonomika Ewropea.

    Magħmula fi Brussel, fit-18 ta' Marzu 1991.

    F'isem il-Kunsill

    Il-President

    J.-C. Juncker

    [1] ĠU L 29, ta' l-4.2.1991, pġ. 4.

    --------------------------------------------------

    Top