This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31990R3492
Council Regulation (EEC) No 3492/90 of 27 November 1990 laying down the factors to be taken into consideration in the annual accounts for the financing of intervention measures in the form of public storage by the European Agricultural Guidance and Guarantee Fund, Guarantee Section
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3492/90 tas-27 ta’ Novembru 1990 li jistabbilixxi l-fatturi li jridu jittieħdu f’konsiderazzjoni fil-kontijiet annwali għall-finanzjament tal-miżuri ta’ intervent fil-għamla ta’ ħażna pubblika mit-Taqsima Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanziji
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3492/90 tas-27 ta’ Novembru 1990 li jistabbilixxi l-fatturi li jridu jittieħdu f’konsiderazzjoni fil-kontijiet annwali għall-finanzjament tal-miżuri ta’ intervent fil-għamla ta’ ħażna pubblika mit-Taqsima Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanziji
ĠU L 337, 4.12.1990, pp. 3–6
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2006; Imħassar b' 32006R0884
Official Journal L 337 , 04/12/1990 P. 0003 - 0006
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 35 P. 0173
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 35 P. 0173
Ir-Regolament Tal-Kunsill (KEE) Nru 3492/90 tas-27 ta’ Novembru 1990 li jistabbilixxi l-fatturi li jridu jittieħdu f’konsiderazzjoni fil-kontijiet annwali għall-finanzjament tal-miżuri ta’ intervent fil-għamla ta’ ħażna pubblika mit-Taqsima Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanziji IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 729/70 tal-21 ta’ April 1970 dwar il-finanzjament tal-politika komuni agrikola [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2048/88 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 3(2) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi r-Regolament (KEE) Nru 1883/78 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 787/89 [4], jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-finanzjament mit-Taqsima Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanziji (FAEGG), dwar il-miżuri ta’ l-intervent; Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3247/81 tad-9 ta’ Novembru 1981 dwar il-finanzjament mit-Taqsima Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanziji, dwar ċerti miżuri ta’ intervent, b’mod partikolari dawk li jinvolvu l-bejgħ għall-ħażna, il-ħażna u l-bejgħ tal-prodotti agrikolu mill-aġenziji ta’ l-intervent [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3767/89 [6], jistabbilixxi r-regoli u l-kondizzjonijiet li jirregolw il-kontijiet annwali, li jgħinu sabiex in-nefqa tiġi finanzjata mit-Taqsima Garanziji tal-FAEGG, sabiex jiġu stabbiliti l-miżuri ta’ l-intervent li jirrigwardaw il-ħażna pubblika; madankollu, fid-dawl ta’ l-esperjenza huwa meħtieġ li jiġu simplifikati l-proċeduri eżistenti u li jiġi provvdut illi għandhom jiġu ffissati r-regoli ta’ l-implimentazzjoni skond proċedura simplifikata; billi għandu jiġi mħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3247/91; Billi, skond ir-Regolamenti agrikoli, l-aġenziji ta’ l-intervent jixtru għall-ħażna prodotti offruti għall-intervent; billi jeħtieġu regoli dettaljati aktar rigward ir-responsabbiltà għall-priservazzjoni tal-prodotti maħżuna; billi għandhom jittieħdu l-inventarji tal-prodotti maħżuna f’perjodi regolari taż-żmien għalbiex jitqabblu mal-ħażna u l-kontijiet finanzjarji; billi għandhom jiġu stabbiliti r-regoli tal-finanzjament għalbiex ikopru t-telf fil-kwantità, id-deterjorazzjoni tal-prodotti, it-trasport tal-prodotti offruti għall-intervent u l-irkupru tas-somom tal-flus minn għand il-bejjiegħa, ix-xerrejja u dawk li huma inkarigati mill-ħażniet; Billi l-Artikolu 37(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 822/97 tas-16 ta’ Marzu 1987 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-inbid [7], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1325/90 [8], jipprovdi illi l-ispejjeż dwar id-disponiment mill-prodotti jridu jinħarġu mit-Taqsima Garanziji tal-FAEGG; billi jeħtieġu regoli dettaljati iktar rigward din il-miżura ta’ disponiment; Billi għandhom jiġu provduti l-adozzjoni tar-regoli dettaljati ta’ l-implimentazzjoni u l-proċeduri li jridu jiġu segwiti f’dan il-każ, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 1. Għandhom jitfasslu kontijiet annwali għal kull prodott li huma bla ħsara għall-miżuri ta’ l-intervent tal-ħażniet pubbliċi. Il-kontijiet għandhom juri b’mod separat il-klassijiet ta’ oġġetti li ġejjin: (a) in-nefqa fuq il-ħidmiet fiżiċi involuti fix-xiri għall-ħażna tal-prodotti mill-aġenziji ta’ l-intervent; (b) il-ħlasijiet ta’ l-imgħax għas-servizzi rigward il-fondi miżmuma immobbli mill-Istati Membri fix-xiri għall-intervent; (ċ) id-differenzi bejn il-valur tal-kwantitjiet imħollija għas-sena ta’ wara mis-sena ta’ qabel u l-valur tal-kwantitjiet imdaħħla, filwaqt li jitqies id-deprezzament riferit fid-(d) minn banda waħda u l-valur tal-kwantitajiet imneħħija u l-valur tal-kwantitajiet imħollija għas-sena ta’ wara mill-banda l-oħra, u kull infiq jew dħul; (d) l-ammonti li jirriżultaw mid-deprezzament ipprovdut fl-Artikolu 8 tar-Regolment (KEE) Nru 1993/78. In-nefqa riferita fil-(a) u nefqa u d-dħul l-oħra riferiti fiċ-(ċ) huma elenkati fl-Anness. L-ispejjeż li jirriżultaw mit-trasport ġewwa t-territorju ta’ Stat Membru jew’ il barra minnu għandhomjiġu approvati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 26 tar-Regolament (KEE) Nru 2727/75 [9], kifl-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 1340/90 [10], jew, skond kif ikun il-każ, fl-Artikolu korrispondenti tar-Regolamenti l-oħra li jistabbilixxu l-organizzazzjonijiet komuni tas-swieq agrikoli u imdaħħla fil-kontiiet skond il-(a). 2. Għajr jekk tiġi magħmula dipozizzjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 8, iż-żmien meta l-oġġetti varji tan-nefqa u tad-dħul jiddaħħlu fil-kontijiet għandu jiġi stabbilit skond iż-żmien tal-ħidma fiżika midħula għaliha bil-miżura ta’ l-intervent. 3. Meta kont juri bilanċ ta’ kreditu, dan għandu jiġi mnaqqas min-nefqa tas-sena finanzjara korrenti. L-Artikolu 2 1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha għalbiex jiżguraw il-priservazzjoni xierqa tal-prodotti li kienu s-suġġett ta’ intervent Komunitarju. 2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, fuq it-talba tagħha, dwar id-dispożizzjonijiet amministrattivi addizzjonali adottati sabiex jiġu applikati u amministrati l-miżuri ta’ intervent. L-Artikolu 3 Matul kull sena finanzjarja, l-aġenziji ta’ l-intervent għandhom jistabbilixxu inventarju għal kull prodott li jkun is-suġġett ta’ intervent Komunitarju. Għandhom jipparagunaw ir-riżultati ta’ dan l-inventarju ma’ l-informazzjoni dwar il-kontabbiltà: kulldiskrepanza fil-kwantità jew fil-kwalità aċċertata matul l-ispezzjonijiet għandha tiddaħħal fil-kontijiet skond l-Artikolu 5. L-Artikolu 4 1. Jista’ jiġi ffissat limitu tat-tolleranza għat-telf li jista’ jiġi attribwit lill-priservazzjoni tal-prodotti maħżuna. It-telf fil-kwanitajiet minħabba l-priservazzjni għandu jkun egwali għad-differenza bejn il-ħażna teoretika murija fl-inventarju tal-kontijiet u l-ħażna fiżika li tifdal fl-aħħar jum tas-sena, kif stabbiliti fuq il-bażi ta’ l-inventarju pprovvdut fl-Artikolu 3, jew rigward il-ħażna murija bħala li tifdal fuq il-kotba meta tiġi eżawrita l-ħażna f’maħżen matul il-kors tas-sena. 2. Jista’ jiġi ffissat limitu tat-tolleranza għat-telf li jista’ jiġi attribwit lill-proċessar tal-prodotti meħud fl-intervent. 3. It-telf li jinqala’ mis-serq jew telf ieħor li jista’ jiġi identifikat ma għandhomx jiġu inklużi fil-kalkolu tal-limiti tat-tolleranza pprovvduti fil-paragrafi 1 u 2. 4. Il-limiti riferiti fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu ffissati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 8 wara konsiderazzjoni, meta meħtieġa, mill-kumitat tal-ġestjoni interessat. L-Artikolu 5 1. Il-kwantitajiet kollha li jkunu nieqsa u l-kwantitajiet li jkunu deterjoraw minħabba l-kundizzjonijiet fiżiċi tal-ħażna, tat-trasport jew għar-raġuni ta’ priservazzjoni twila żżejjed għandhom jiġu reġistrati fil-kontijiet bħala li ħallew il-ħażna ta’ l-intervent fid-data meta ġew stabbiliti t-telf jew id-deterjorazzjoni. 2. Il-valuri tal-kwantitajiet riferiti fil-paragrafu 1 għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 8. 3. Għajr jekk ipprovvdut xorta oħra bir-regoli Komunitarji, kull dħul mill-bejgħ tal-prodotti ddeterjorati u kull irċevuta oħra f’konnessjoni ma’ dan ma għandhomx jiddaħħlu fil-kontijiet. 4. Għajr jekk regoli Komunitarji speċifiċi jipprovdu xorta oħra, prodott għandu jitqies li jkun iddeterjora jekk ma jissodisfax iktar il-ħtiġiet tal-kwalità applikabbli meta kien inxtara għall-ħażna. 5. L-Istat Membru għandu jgħarraf lill-Kummissjoni bit-telf fil-kwantitajiet jew bid-deterjorazzjoni tal-prodott ikkaġunati minn diżastru naturali. Il-Kummissjoni għandha mbagħad tadotta d-deċiżjonijiet xierqa skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 8: L-Artikolu 6 L-ammonti miġbura jew irkuprati minn għand il-bejjiegħa, ix-xerrejja jew dawk li huma inkarigati mill-ħażniet li jikkorrispondu għal: - l-ispejjeż attwali li jinħolqu min-nuqqas tal-konformità mar-regoli li jirregolaw il-bejgħ jew ix-xiri tal-prodotti, - it-titoli tad-debitu sekwestrat skond ir-Regolament (KEE) Nru 352/78 [11], - l-ammonti imposti fuq l-operaturi minħabba li jkunu naqsu milli jħarsu l-obbligi tagħhom kif ipprovvdut fir-regoli Komunitarji, għandhom jiġu akkreditati lill-FAEGG skond l-Artikolu 1(1)(ċ). L-Artikolu 7 Il-finanzjament ta’ l-ispejjeż għad-disponiment mill-alkoħol iprovvdut fl-Artikolu 37(2) tar-Regolment (KEE) Nru 822/87, għandu jkun bla ħsara għar-regoli dikjarati fl-Artikoli minn 2 sa 6 ta’ dan ir-Regolament. L-Artikolu 8 Ir-regoli dettaljati sabiex jiġi applikat dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 729/70. L-Artikolu 9 Ir-Regolament (KE) Nru 3247/81 huwa hawnhekk imħassar. L-Artikolu 10 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-15 ta’ Novembru 2000. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-27 ta’ Novembru 1990. Għall-Kunsill Il-President V. Saccomandi [1] ĠU L 94, tat-28.4.1970, p. 13. [2] ĠU L 185, tal-15.7.1988, p. 1. [3] ĠU L 216, tal-5.8.1978, p. 1. [4] ĠU L 85, tat-30.3.1989, p. 1. [5] ĠU L 327, ta’ l-14.11.1981, p. 1. [6] ĠU L 365, tal-15.12.1989, p. 11. [7] ĠU L 84, tas-27.3.1987, p. 1. [8] ĠU L 132, tat-23.5.1990, p. 19. [9] ĠU L 281, tad-9.11.1975, p. 1. [10] ĠU L 134, tat-28.5.1990, p. 1. [11] ĠU L 50, tat-22.2.1978, p. 1. -------------------------------------------------- L-ANNESS L-oġġetti tan-nefqa u d-dħul li jistgħu jiġu inklużi fil-kontijiet riferiti fl-Artikolu 1(1) A. L-oġġetti tan-nefqa li għandhom x’jaqsmu mal-ħidmiet fiżiċi tal-ħażna riferiti fil-(a) 1. L-ispejjeż li jridu jiġu koperti b’ammonti standard: (a) id-dħul fil-ħażna; (b) it-tneħħija mill-ħażna; (ċ) il-ħażna, inklużi l-ispejjeż ta’ l-inventarju; (d) l-ipproċessar jew it-tneħħija tal-għadam; (e) it-tħejjija tas-suq; (f) il-għoti tat-tikketti; (g) l-analiżi; (h) l-iżnaturazzjoni, il-għoti tal-kulur, it-tqandil jew ix-xogħol; (i) it-tneħħija mill-ħażna u l-bdil tagħha; (j) it-trasport wara x-xiri għall-ħażna (k) it-trasport bejn il-fabbrika u l-maħżen; (l) l-ispejjeż li għandhom x’jaqsmu mad-distribuzzjoni b’xejn tal-prodotti ta’ l-intervent pubbliku. 2. L-ispejjeż mhux koperti bl-ammonti standard u li mhumiex meħtieġa li għandhom x’jaqsmu maż-żmien tal-ħidma fiżika: - l-ispejjeż tat-trasport miġrura qabel l-intervent u mħallsa jew irċevuti fiż-żmien tax-xiri għall-ħażna, - l-ispejjeż li jirriżultaw mit-trasport ġewwa t-territorju ta’ l-Istat Membru jew’ il barra minnu jew mill-esportazzjoni, - l-ispejjeż koperti bi proċedura tal-ħruġ ta’ l-offerti, - spejjeż oħra derivati mill-ħidmiet ipprovvduti fir-regoli Komunitarji. B. Oġġetti oħra ta’ nefqa jew dħul riferiti fiċ-(ċ) - il-valur tat-telf tal-kwantitajiet jew id-deterjorazzjoni riferiti fl-Artikolu 5(1), (2) u (5), - l-ammonti miġbura jew irkuprati minn għand il-bejjiegħa, ix-xerrejja jew dawk inkarigati mill-ħażniet għajr dawk riferiti fl-Artikolu 5(3). --------------------------------------------------