Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31990R3037

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 tad-9 ta' Ottubru 1990 dwar il-klassifikazzjoni statistika ta' l-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea

    ĠU L 293, 24.10.1990, p. 1–26 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/01/2008

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1990/3037/oj

    31990R3037



    Official Journal L 293 , 24/10/1990 P. 0001 - 0026
    Finnish special edition: Chapter 2 Volume 7 P. 0152
    Swedish special edition: Chapter 2 Volume 7 P. 0152


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90

    tad-9 ta' Ottubru 1990

    dwar il-klassifikazzjoni statistika ta' l-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea

    IL-KUNSILL tal-KOMUNITÀJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100a tiegħu,

    Wara li kkunsidra il-proposta tal-Kummissjoni [1],

    B'koperazzjoni mal-Parlament Ewropew [2],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

    Billi, sabiex jiffunzjona, is-suq intern jirrikjedi livelli statistiċi illi japplikaw għall-ġbir, twassil u pubblikazzjoni ta' statistiċi nazzjonali u tal-Komunità sabiex l-impriżi, l-istituzzjonijiet finanzjarji, il-gvernijiet u l-operaturi kollha l-oħra fis-suq komuni jkunu jistgħu jiġu pprovduti b'informazzjoni statistika komparabbli u ta' min joqgħod fuqha;

    Billi din l-informazzjoni hija neċessarja sabiex l-impriżi jkunu jistgħu jagħmlu stima tal-kompetittivita tagħhom, u utili għall-istituzzjonijiet tal-Komunità sabiex jiġi evitat it-tfixkil tal-kompetizzjoni ġusta;

    Billi biss jekk l-Istati Membri jużaw klassifikazzjonijiet ta' attivitajiet illi għandhom x'jaqsmu ma klassifikazzjoni tal-Komunità ikun possibbli illi tiġi pprovduta informazzjoni integrata b'mezzi ta' min joqgħod fuqhom, b'ħeffa, bi flessibilità u b'livell ta' dettall meħtieġ għall-imaniġġjar tas-suq intern;

    Billi għandu jkun hemm provvediment għall-Istati Membri sabiex ikunu jistgħu, sabiex jilħqu ir-rekwiżiti nazzjonali, li iżommu jew jinserixxu fil-klassifikazzjonijiet tagħhom nazzjonali subdiviżjonijiet addizzjonali bażati fuq il-klassifikazzjoni statistika ta' l-attivitajiet ekonomiċi fil Komunitàjiet Ewropej;

    Billi il-kompatibilita internazzjonali ta' l-istatistika ekonomika tirrikjedi illi l-Istati Membri u l-Istituzzjonijiet tal-Komunità jużaw klassifikazzjonijiet ta' attivitajiet ekonomiċi illi għandhom x'jaqsmu direttament mal-Klassifikazzjoni ta' l-iStandard Industrijali tan-Nazzjonijiet Uniti (ISIC);

    Billi l-użu tal-klassifikazzjoni ta' attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità jirrikjedi li l-Kummissjoni tiġi assistita mill-Kumitat għall-Programm Statistiku stabbilit b'Deċiżjoni 89/382/EEC, Euratom [4] dwar kwistjoni li għandha x'taqsam ma' dan ir-Regolament, b'mod partikolari fir-rigward ta' l-interpretazzjoni ta' dik il-klassifikazzjoni, ta' emendi żgħar magħmula lilha, tal-kitba u aġġornament ta' noti esplanatorji u tat-twaqqif ta' gwidi għall-klassifikazzjoni ta' oqsma statistiċi skond il-klassifikazzjoni in kwistjoni;

    Billi huwa ta' importanza kbira illi l-kontenut tal-kategoriji varji ta' klassifikazzjoni ta' l-attivitajiet ġewwa l-Komunità Ewropea jiġi interpretat uniformament fl-Istati Membri kollha;

    Billi l-introduzzjoni ta' klassifikazzjoni ġdida tirrikjedi perjodu ta' transizzjoni,

    ADDOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    L-Artikolu 1

    1. Il-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jistabilixxi klassifikazzjoni komuni statistika dwar attivitajiet ekonomiċi fi ħdan il-Komunità Ewropea sabiex tiġi żgurata komparabilità bejn klassifikazzjonijiet nazzjonali u tal-Komunità u b'hekk bejn l-istatisiċi nazzjonali u dawk Komunitàrji.

    2. Dan ir-Regolament għandu japplika biss għall-użu ta' klassifiakzzjonijiet għal skopijiet statistiċi.

    3. Dan ir-Regolament ma jobbligax per se lill-Istati Membri li jiġbru, jippubblikaw jew jagħtu informazzjoni u ma jikkonċernax obbligazzjonijiet fir-rigward tal-livell u it-tip ta' dettal tal-kejl statistici illi għandhom jintużaw fl-istharrig u fl-analiżi statistika.

    L-Artikolu 2

    1. Bażi komuni għall-klassifikazzjonijiet statistiċi ta' attivitajiet ekonomiċi fi ħdan il-Komunità Ewropea, hawn iżjed il-quddiem imsejħa n-"NACE Rev. 1", qed tiġi hawn imwaqqfa, u tikkonsisti f':

    - l-ewwel livell illi jikkonsisti f'intestaturi identifikati b'kodiċi alfabetiku (taqsimiet),

    - livell intermedju li jikkonsisiti f'intestaturi identifikati b'kodiċi alfabetiku ta' żewġ karattri (sotto-taqsimiet),

    - it-tieni livell illi jikkonsisti f'intestaturi identifikati b'kodiċi numeriku ta' żewġ numri (diviżjonijiet),

    - it-tielet livell illi jikkonsisti f'intestaturi identifikati b'kodiċi numeriku ta' tliet numri (gruppi),

    - ir-raba' livell illi jikkonsisti f'intestaturi identifikati b'kodiċi numeriku ta' erba numri (klassijiet).

    2. NACE Rev. 1 qed jiġi anness ma' dan ir-Regolament.

    L-Artikolu 3

    1. NACE Rev. 1 għandu jiġi użat mill-Kummissjoni għall-istatistiċi kollha illi huma ikklassifikati b'attivitajiet ekonomiċi.

    2. L-istatistiċi ta' l-Istati Membri illi huma ikklassifikati b'attivitajiet ekonomiċi għandhom jiġu ikkumpilati billi tintuża n-NACE Rev. 1 jew klassifikazzjoni nazzjonali illi tiġi minnha u illi timxi mar-regoli segwenti:

    (a) il-klassifikazzjonijiet nazzjonali għandhom ikollhom il-livelli illi jikkorrispondu ma' dawk tal-NACE Rev. 1, fis-sens illi kull livell għandu jikkonsisti jew fl-istess intestatura ta' dawk korrispondenti tal-NACE Rev. 1 jew f'intestaturi illi jikkostitwixxu ta' qsimiet preċiżi tiegħu;

    (b) livelli addizzjonali jistgħu jiġu introdotti;

    (ċ) kull wieħed mill-livelli, ħlief l-ogħla, għandhu jiżdied eżattament sal-livell l-ieħor illi jmiss tal-NACE Rev. 1;

    (d) il-kodifikazzjoni tista' tkun differenti.

    3. L-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni, għall-approvazzjoni tagħha qabel ma jiġu ppubblikati, l-abbozzi illi jiddefenixxu jew jimmodifikaw il-klassifikazzjonijiet nazzjonali tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tara illi dawn l-abbozzi jkunu konformi mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Il-klassifikazzjoni nazzjonali approvata mill-Kummissjoni għandha tiġi mgħoddijja lill-Istati Membri l-oħra għall-informazzjoni. Il-pubblikazzjonijiet ta' l-Istati Membri għandhom jinkludu skeda b'korrelazzjoni bejn klassifikazzjonijiet nazzjonali u l-NACE Rev. 1.

    4. L-Istati Membri illi jixtiequ jużaw klassifikazzjoniji idderivata mill-NACE Rev. 1 għandhom jaddottaw mill-aktar fis possibbli, u mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 1992, il-miżuri neċessarji sabiex titwaqqaf klassifikazzjoni nazzjonali skond dan l-Artikolu.

    L-Artikolu 4

    Flimkien mad-dispożizzjonijiet imsemmijja fl-Artikolu 3, fil-kaz ta' inkompatibilità bejn ċerti pożizzjonijiet tal-NACE Rev. 1 u l-istruttura ekonomika nazzjonali, il-Kummissjoni tista' tawtorizza lill-Istati Membri illi jużaw f'ċertu livell, aggregat ta' pożizzjonijiet tal-NACE Rev. 1 f'settur speċifiku.

    Sabiex tinkiseb din l-awtorizzazzjoni, l-Istat Membru ikkonċernat għandhu jipprovdi lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha neċessarja sabiex tilqa' t-talba tiegħu.

    Madankollu, minkejja d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 3(2)(a), din l-awtorizzazzjoni ma tagħtix il-jedd lill-Istat Membru ikkonċernat illi jissuddividi l-intestaturi aggregati b'mogħod differenti mill-NACE Rev. 1.

    Il-Kummissjoni għandha, flimkien mal-Istat Membru ikkonċernat, tirrevedi perjodikament l-applikazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet sabiex tivverifika jekk għadhomx iġġustifikati.

    L-Artikolu 5

    Il-Kummissjoni għandha tieħu il-miżuri kollha meħtieġa sabiex tassigura l-implimentazzjoni u l-immaniġġjar tal-NACERev. 1.

    L-Artikolu 6

    Il-Kummissjoni għandha, fuq it-talba ta' Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha, u wara li tikkonsulta mal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 7, tieħu l-passi neċessarji sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tal-NACE Rev. 1.

    L-Artikolu 7

    Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat tal-programm Statistiku, hawnhekk iżjed il-quddiem imsejjaħ "il-Kumitat", kompost minn rappreżentanti ta' l-Istati Membri u presedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni.

    L-Artikolu 8

    Il-Kumitat jista' jeżamina kwalunkwe mistoqsija illi tikkonċerna l-NACE Rev. 1 magħmula mill-president tiegħu, jew fuq l-inizjattiva tiegħu jew fuq it-talba ta' rappreżentant ta' Stat Membru, illi għandha effett fuq l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, speċjalment fir-rigward ta':

    (a) interpretazzjoni tal-NACE Rev. 1;

    (b) inkorporazzjoni ta' emendi żgħar lill-NACE Rev. 1:

    - imfassla sabiex jiġu kkunsidrati żviluppi teknoloġiċi jew ekonomiċi,

    - imfassla sabiex it-test jiġi imqabbel u ikkjarifikat,

    - li jirriżultaw minn emendi magħmula lill-klassifiakzzjonijiet oħra ekonomiċi, b'mod partikolari l-ISIC Rev. 3;

    (ċ) preparazzjoni u kordinament ta' xogħol ta' reviżjoni ta' NACE Rev. 1;

    (d) kitba u aġġornament ta' noti esplikattivi tal-NACE Rev. 1;

    (e) elaborazzjoni ta' gwidi għall-klassifikazzjoni ta' kejl statistiċi skond l-NACE Rev. 1;

    (f) eżami ta' problemi ġejjin mill-implimentazzjoni tal-NACE Rev. 1 fil-klassifikazzjonijiet ta' l-attivitajiet ekonomiċi ta' l-Istati Membri;

    (g) fil-prova sabiex tiġi ppreparata, kif xieraq, posizzjoni komuni illi tikkonċerna ix-xogħol ta' l-organizzazzjonijiet internazzjonali dwar klassifikazzjonijiet ta' attivitajiet ekonomiċi, speċjalment l-ISIC u in-noti esplikattivi tagħha.

    Il-miżuri li għandhom jittieħdu taħt l-(a) sal-(g) għandhom jiġu addottati skond il-proċedura spjegata fl-Artikolu 9.

    L-Artikolu 9

    1. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lill Kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jiġu addottati. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz fiż-żmien li l-President jista' jistipula skond l-urġenza tal-każ. L-opinjoni għandha tiġi formulata mill-maġġoranza prevista mill-Artikolu 148(2) tat-Trattat fil-kas ta' deċiżjonijiet li l-Kunsill huwa mitlub li jaddotta fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri fi ħdan il-Kumitat għandhom jiġu mqassma fil-mod spjegat f'dak l-Artikolu. Il-President m'għandux jivvota.

    2. Il-Kummissjoni għandha taddotta il-miżuri, li għandhom japplikaw immedjatament. Madankollu, jekk dawk il-miżuri mhumiex skond l-opinjoni tal-Kumitat, għandhom jiġu kkomunikati mill-Kummissjoni lill-Kunsill minnufih. F'dan il-każ, il-Kummissjoni għandha tiddeferixxi l-applikazzjoni tal-miżuri li hija ddeċidiet dwarhom għal tliet xhur mid-data ta' din il-komunikazzjoni.

    3. Il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza ikkwalifikata, jista' jieħu deċiżjoni differenti fiż-żmien imsemmi fil-paragrafu 2.

    L-Artikolu 10

    1. Statistika miġbura wara l-1 ta' Jannar 1993 mill-Istati Membri kollha u li tinvolvi klassifikazzjoni ta' attività ekonomika, għandha tiġi kkompilata bl-użu tal-NACE Rev. 1 jew bl-użu ta' klassifikazzjoni nazzjonali mnissla minnha in konformità mal-Artikolu 3.

    2. L-Istati Membri għandhom jużaw l-NACE Rev. 1 sabiex jagħddu lill-Kummissjoni statistika miġbura wara l-1 ta' Jannar 1993 ikklassifikata skond l-attività ekonomika.

    L-Artikolu 11

    1. Għandu jkun hemm perjodu ta' transizzjoni illi jibda mill-1 ta' Jannar tas-sena 1993 u li jispiċċa fil-31 ta' Diċembru 1994. Waqt dan il-perjodu il-Kummissjoni tista', fil-każ ta' ċertu informazzjoni miġbura wara l-1 ta' Jannar tas-sena 1993, t'awtorizza Stat Membru, fuq il-bażi ta' raġunijiet tekniċi jew operattivi issostanzjati b'mod xieraq, li juża klassifikazzjoni differenti minn dik ipprovduta skond l-Artikolu 3.

    2. Il-Kummissjoni tistà testendi il-perjodu ta' transizzjoni fuq it-talba ta' Stat Membru.

    L-Artikolu 12

    1. Jekk ikunu qed jgħaddu l-informazzjoni imsemmija fl-Artikolu 11 lill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom, fuq it-talba tal-Kummissjoni, jagħmlu mod illi jgħadduhom f'format addattat għall-NACE Rev. 1.

    2. l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) bl-informazzjoni rikjesta fl-iskedi ta' korrelazzjoni illi jintużaw għall-din l-informazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika dawn l-iskedi ta' korrelazzjoni.

    L-Artikolu 13

    Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-iskeda ta' korrelazzjoni bejn l-NACE korrenti u l-NACE Rev.1 fiż-żmien is-sitt xhur ta' wara id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

    L-Artikolu 14

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum minn meta jkun ġie ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tieghu u japplika direttament lill-Istati Membri kollha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, fid-9 ta' Ottubru 1990.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    P. Romita

    [1] ĠU C 58, tat-8. 3. 1990, p. 25.

    [2] ĠU C 175, tas-16. 7. 1990, p. 84, u d-Deċiżjoni tat-12 ta' Settembru 1990 (għad mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

    [3] ĠU C 182, tat-23. 7. 1990, p. 1.

    [4] ĠU L 181, tat-28. 6. 1989, p. 47.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    Klassifikazzjonijiet

    NACE Rev. 1

    Dan l-Anness ġie mibdul bir-Regolament tal-Kummissjoni 29/2002, ĠU L 6, 10.1.2002, p. 3.

    --------------------------------------------------

    Top