Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31990R1906

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1906/90 tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-istandards tal-marketing għal-laħam tat-tjur

    ĠU L 173, 6.7.1990, p. 1–4 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2008; Imħassar b' 32007R1234

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1990/1906/oj

    31990R1906



    Official Journal L 173 , 06/07/1990 P. 0001 - 0004
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 33 P. 0038
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 33 P. 0038


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1906/90

    tas-26 ta’ Ġunju 1990

    dwar l-istandards tal-marketing għal-laħam tat-tjur

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tat-tjur [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1235/89 [2], u partikolarment l-Artikolu 2 (2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi r-Regolament (KEE) Nru 2777/75 jipprovdi għat-twaqqif ta’ l-istandards tal-marketing li jistgħu jirrelataw partikolarment mal-klassifikar skond il-kwalità u l-piż, l-ippakkjar, il-hażna, it-trasport, il-preżentazzjoni u l-immarkar ta’ xi tipi ta’ laħam tat-tjur;

    Billi dawn in-normi jistgħu jikkontribwixxu biex itejbu l-kwalità tal-laħam tat-tjur u, konsegwentement, jiffaċilitaw il-bejgħ ta’ dan il-laħam; billi huwa għalhekk fl-interess tal-produtturi, tan-negozjanti u tal-konsumaturi li l-istandards tal-marketing għandhom ikunu applikati għal-laħam tat-tjur addattat għall-konsum mill-bniedem;

    Billi dawn l-istandards għandhom għalhekk ikunu applikabbli għat-tipi ta’ laħam tat-tjur in kwistjoni mmarkitjat fit-territorju tal-Komunità fi stadji differenti tan-negozju; billi, b’dankollu, jidher li huwa wkoll meħtieġ li jintgħażel il-laħam tat-tjur kollu f’żewġ kategoriji skond il-konformità u d-dehra; billi b’dankollu jidher li jkun aħjar li jkun eskluż mill-applikar ta’ dawn l-istandards, bejgħ lokali fuq skala żgħira, il-qtugħ u l-iddissusar fil-lok tal-bejgħ hekk kif ipprovdut fl-Artikolu 3(5) u (7) tad-Direttiva tal-Kunsill 71/118/KEE tal-15 ta’ Frar 1971 dwar problemi tas-saħħa li jaffettwaw in-negozju tal-laħam tat-tjur frisk [3], kif l-aħħar emendat bid-Direttiva 88/657/KEE [4], u t-tqassim lejn l-industrija ta’ l-ikel;

    Billi t-tikkettar tal-laħam tat-tjur huwa suġġett għar-regoli ġenerali stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 79/112/KEE tat-18 ta’ Diċembru 1978 dwar l-avviċinar tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar it-tikkettjar, il-preżentazzjoni u r-reklamar ta’ l-affarijiet ta’ l-ikel għall-bejgħ lejn il-konsumatur aħħari [5], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 89/395/KEE [6]; billi, invista tan-natura tal-prodotti f’dan il-każ u sabiex il-konsumatur ikollu informazzjoni aktar sħiħa, u sabiex tiffaċilita n-negozju, xi miżuri bżonjużi addizzjonali għandhom jiġu stabbiliti bi qbil mal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 79/112/KEE, u partikolarment il-laħam tat-tjur għandu jkun ikklassifikat f’żewġ klassijiet ta’ konformità, u l-kondizzjonijiet tal-klassifikazzjoni tal-laħam għall-bejgħ għandhom ikunu definiti; billi huwa wkoll mixtieq, għall-istess raġunijiet, li d-dettalji dwar il-metodu ta’ l-iffriżar u t-tip ta’ trobbija wżata għall-produzzjoni tat-tjur ikunu użati biss skond ir-regoli Komunitarji li għandhom jiġu mniżżla;

    Billi l-laħam tat-tjur frisk għandu jiġi kkunsidrat mil-lat mikrobioloġiku bħala ikel li jmur malajr ħafna; billi huwa għalhekk neċessarju fil-każ ta’ dan il-laħam tat-tjur li d-data tad-durabilità minima tiġi mibdula bid-data "uża sa" skond l-Artikolu 9a(1) tad-Direttiva 79/112/KEE;

    Billi huwa essenzjali fl-interess tal-produttur u tal-konsumatur, li l-laħam tat-tjur importat minn pajjiżi terzi jkun konformi mal-livelli tal-Komunità; billi b’dankollu jidher li jkun aħjar jekk il-laħam tat-tjur għall-esportazzjoni mill-Komunità jkun eskluż minn din l-applikazzjoni;

    Billi huwa neċessarju li jsiru regoli aktar dettaljati dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament; billi, peress li din hija materja ta’ natura primarjament teknika, u l-probabilità ta’ bżonn ta’ emendi frekwenti, il-proċedura fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 2777/75 hija aktar xierqa; billi għall-istess raġunijiet jidher li huwa indispensabbli li jiġu adottati bl-istess proċeduri l-miżuri neċessarji sabiex jasiguraw l-applikazzjoni uniformi ta’ dan ir-Regolament;

    Billi huwa xieraq li jitniżżlu perċentwali ta’ ilma li jinxtorob mill-iġsma, liema proċess huwa teknikament inevitabbli, li m’għandhomx jiġu maqbuża waqt il-preparazzjoni ta’ iġsma friski, friżati u ffriżati malajr; billi huwa neċessarju li jiġu stabbiliti metodi uniformi għall-verifikar tal-konformità ta’ dan; billi n-natura teknika ta’ dawn ir-regoli tagħmilha xierqa li tifformahom skond il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 2777/75; billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2967/76 tat-23 ta’ Novembru 1976 li jwaqqaf livelli komuni għall-kontenut ta’ ilma fit-tiġieġ u sriedaq friski, friżati u aktar friżati [7], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 3204/83 [8], għandhu għalhekk jigi mibdul;

    Billi huwa f’idejn kull Stat Membru li jinnomina l-awtoritajiet responsabbli sabiex jassiguraw li d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jiġu mħarsa; billi l-proċedura għal din is-superviżjoni għandha tkun uniformi fl-Istati Membri kollha;

    Billi huwa f’idejn kull Stat Membru li jistabbilixxi penali li għandhom ikunu applikati f’każ ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    L-Artikolu 1

    1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi livelli tas-swieq Komunitarji għal ċerti tipi u preżentazzjonijiet ta’ laħam tat-tjur ta’ l- ispeċi li ġejjin kif imsemmi fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2777/75:

    - Gallus domesticus,

    - papri,

    - wiżż,

    - dundjani,

    - farawni.

    Dan il-laħam tat-tjur m’għandhux jigi mibjugħ b’negozju jew kummerċ sakemm ma jissodisfax id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

    2. Dan ir-Regolament japplika biss għall-dawk il-karkasi tat-tjur, partijiet mill-karkasi tat-tjur u fdalijiet, inkluz foie gras, liema lista għandha tkun addottata skond il-proċedura stabilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 2777/75.

    3. Dan ir-Regolament m’għandux japplika:

    - għal-laħam tat-tjur għall-esportazzjoni mill-Komunità, jew

    - għat-tipi ta’ bejgħ imsemmija fl-Artikolu 3(5) tad-Direttiva tal-Kunsill 71/118/KEE.

    4. Dan ir-Regolament m’għandux jaffetwa xi dispożizzjonijiet dwar suġġetti veterinarji u tas-saħħa u ta’ l-ikel stabiliti sabiex jassiguraw il-livell ta’ iġjene u saħħa fil-prodott jew sabiex jipproteġu s-saħħa ta’ l-annimali jew tal-pubbliku.

    L-Artikolu 2

    F’dan ir-Regolament:

    1. "laħam tat-tjur" tfisser: laħam tat-tjur addattat għall-konsum mill-bniedem, li ma jkunx għadda mill-ebda trattament hlief trattament ta’ kesħa sabiex tiġi assigurata l-preservazzjoni;

    2. "karkassa" tfisser: il-karkassa sħiħ ta’ l-għasfur ta’ l-ispeċi msemmija fl-Artikolu 1(1) wara t-tneħħija tad-demm, it-tneħħija tar-rix u ta’ l-imsaren; iżda t-tneħħija tal-qalb, il-fwied, il-pulmun, il-qansħa, il-ħawsla, il-kliewi, l-għadam tas-sieq jew ir-ras m’għandhomx ikunu mandatorji; karkassa mnaddfa mill-imsaren tista tkun ippreżentata għall-bejgħ bil-gewwieni jew mingħajru, jiġifieri il-qalb, il-fwied, il-qansħa u l-għonq imdaħħla fid-daħla abdominali;

    3. "qatgħat minnu" tfisser: laħam tat-tjur li minħabba d-daqs u l-karatteristiċi tat-tessut muskolari jkun jista jingħaraf li jkun miksub mill-parti rispettiva tal-karkassa;

    4. "laħam tat-tjur ippakkjat bil-lest" tfisser: laħam tat-tjur ippreżentat skond il-kondizzjonijiet stabiliti fl-Artikolu 1(3)(b) tad-Direttiva 79/112/KEE;

    5. "laħam tat-tjur frisk" tfisser: laħam tat-tjur mhux imwebes bil-proċess tal-kesħa, li għandu jinżamm f’temperatura ta’ mhux anqas minn - 2 °C u mhux aktar minn 4 °C f’kull ħin;

    6. "laħam tat-tjur friżat malajr" tfisser: laħam tat-tjur li għandu jkun iffriżat mill-aktar fis possibli fir-restrizzjonijiet tal-proċeduri normali tat-tbiċċir u li għandu jinżamm f’temperatura mhux għola minn - 12 °C f’kull ħin. Xi devjazzjonijiet jistgħu b’danakollhu jiġu magħmula, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 2777/75;

    7. "laħam tat-tjur friżat malajr" tfisser: laħam tat-tjur li għandu jinżamm f’temperatura ta’ mhux aktar minn - 18 °C f’kull ħin fit-tolleranzi hekk kif ipprovduti fid-Direttiva tal-Kunsill 89/108/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar ikel friżat malajr għall-konsum mill-bniedem [9];

    8. "laħam tat-tjur mingħajr pakkettjar bil-quddiem" tfisser: laħam tat-tjur ippreżentat għall-bejgħ lejn il-konsumatur aħħari bla pakkettjar bil-quddiem jew inkella ppakkjat fil-post tal-bejgħ fuq it-talba tal-konsumatur.

    L-Artikolu 3

    1. Laħam tat-tjur kif definit fl-Artikolu 1 għandu jiġi klassifikat bħala klassi "A" jew klassi "B" skond il-konformità u l-apparenza tal-karkassi jew tal-qatgħat. Il-klassi "A" għandha tiġi maqsuma f’A 1 u A 2 skond il-kriterji li għandhom jiġu definiti permezz tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 2777/75. Din il-klassifikazzjoni għandha tieħu f’kunsiderazzjoni, partikolarment l-iżvilupp tal-laħam, il-preżenza ta’ xaħam, u l-ammont ta’ ħsara u brix.

    2. Il-laħam tat-tjur għandu jiġi mibjugħ f’waħda minn dawn il-kondizzjonijiet:

    - frisk,

    - iffriżat, jew

    - friżat malajr.

    3. Laħam tat-tjur friżat jew friżat malajr ippakkjati bil-quddiem jista’ jiġi klassifikat f’kategoriji ta’ piż, dispożizzjonijiet dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ dan għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 2777/75.

    L-Artikolu 4

    B’żidea tal-konformità mal-liġijiet nazzjonali addottati skond id-Direttiva 79/112/KEE, l-indikazzjonijiet ulterjuri segwenti għandhom jintwerew fuq id-dokumenti kummerċjali fit-tifsira ta’ l-Artikolu 11(1)(b) ta’ dik id-Direttiva:

    (a) il-klassi kif imsemmija fl-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-Regolament;

    (b) il-kondizzjoni li fiha l-laħam tat-tjur ikun mibjugħ skond l-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-Regolament u t-temperatura tal-ħażna rrakkomandata.

    L-Artikolu 5

    1. B’żedia mal-konformità mal-liġijiet nazzjonali addottati skond id-Direttiva 79/112/KEE, it-tikkettjar, il-preżentazzjoni u r-reklamar tal-laħam tat-tjur maħsub għall-konsumatur aħħari għandu jsegwi l-bżonnijiet addizzjonali stabiliti fil-paragrafi 3, 4, 5 u 6 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 7(2).

    2. Fil-każ ta’ laħam tat-tjur frisk, id-data tad-durabilità minima għandha tiġi mibdula bid-data "uża sa" bi qbil ma l-Artikolu 9a(1) tad-Direttiva 79/112/KEE.

    3. Fil-każ ta’ laħam tat-tjur pakkettjati bil-quddiem, id-dettalji segwenti għandhom jidhru wkoll fuq l-ippakkettjar bil-quddiem jew fuq it-tikketta mwaħħla miegħu:

    (a) il-klassi kif imsemmija fl-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-Regolament;

    (b) fil-każ ta’ laħam tat-tjur frisk, il-prezz totali u l-prezz skond il-piż fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut;

    (ċ) il-kondizzjoni li fiha l-laħam tat-tjur ikun mibjugħ skond l-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-Regolament u t-temperatura tal-ħażna rrakkomandata;

    (d) in-numru tar-reġistrazzjoni tal-biċċerija jew l-impjant tal-qtugħ, sakemm il-qtugħ u l-iddissusar ma jkunx sar fil-post tal-bejgħ kif hemm provvediment fl-Artikolu 3(7) tad-Direttiva 71/118/KEE;

    (e) fil-każ ta’ laħam tat-tjur importat minn pajjiżi terzi, indikazzjoni tal-pajjiz.

    4. Meta l-laħam tat-tjur ikun offrut għall-bejgħ mingħajr pakkettjar bil-quddiem, sakemm il-qtugħ u l-iddissusar ma jkunx sar fil-post tal-bejgħ kif hemm ipprovdut fl-Artikolu 3(7) tad-Direttiva 71/118/KEE, sakemm il-qtugħ u l-iddissusar ikun intalab mill-konsumatur u jkun sar fil-preżenza tiegħu, l-Artikolu 12 tad-Direttiva 79/112/KEE għandu japplika għal dawn l-indikazzjonijiet addizzjonali segwenti:

    (a) il-klassi kif imsemmija fl-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-Regolament;

    (b) il-prezz skond il-piż fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut;

    (ċ) il-kondizzjoni li fiha l-laħam tat-tjur ikun mibjugħ bi qbil mal-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-Regolament u t-temperatura tal-ħażna rrakkomandata;

    (d) in-numru tar-reġistrazzjoni tal-biċċerija jew l-impjant tal-qtugħ;

    (e) fil-każ ta’ laħam tat-tjur impurtat minn pajjiżi terzi, indikazzjoni tal-pajjiż.

    5. Ir-regoli dettaljati dwar l-indikazzjoni ta’ l-isem taħt liema l-prodott qed jiġi mibjugħ fit-tifsira ta’ l-Artikolu 3(1)(1) tad-Direttiva 79/112/KEE jista’ jiġi stabbilit bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 2777/75.

    6. Regoli dettaljati dwar:

    (a) l-indikazzjoni mhux mandatorja fuq il-metodu ta’ friżar użat; u

    (b) l-indikazzjoni mhux mandatorja fuq it-tip ta’ trobbija użata, u l-kondizzjonijiet għall-kontrolli regolari li jsiru fuq l-użu ta’ dawn l-indikazzjonijiet

    għandhom jiġu addottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 2777/75.

    Il-kondizzjonijiet li taħthom il-kontrolli regolari msemmija f’(b) jistgħu jiġu magħmula minn persuna nominata mill-Istat Membru u jipprovdu l-garanziji neċessarji għall-indipendenza mill-produtturi kkonċernati, għandhom isiru skond l-istess proċedura.

    L-Artikolu 6

    Bħala deroga mill-Artikoli 3, 4 u 5 m’għandux ikun neċessarju li jiġi klassifikat il-laħam tat-tjur jew li jiġu indikati d-dettalji addizzjonali msemmija fl-Artikoli 3, 4 u 5 fil-każ ta’ tqassim lejn l-istabbilimenti tal-qtugħ u l-ipproċessar kif provdut fl-Artikoli 2 u 3 tad-Direttiva tal-Kummisjoni 80/879/KEE tat-3 ta’ Settembru 1980 dwar l-immarkar tas-saħħa fuq pakki kbar ta’ laħam tat-tjur [10].

    L-Artikolu 7

    1. Il-perċentwali ta’ ilma li jkun asorbit, teknikament inevitabbli li m’għandhomx ikunu misbuqa waqt il-preparazzjoni ta’ karkassi friski, iffriżati u ffriżati malajr għandu jkun iddeterminat skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 2777/75, kif ukoll metodi uniformi għall-ivverifikar tal-konformità ma’ dan.

    2. L-indikazzjoni tal-perċentwali ta’ l-ilma teknikament inevitabbli msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jsiru mandatorji skond l-istess proċedura.

    L-Artikolu 8

    1. L-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtoritajiet kompetenti, responsabbli għall-issorveljar tal-konformità ma’ dan ir-Regolament mhux inqas minn xahar qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

    2. In-nomina msemmija fil-paragrafu 1 għandha tintbagħat lejn il-Kummisjoni u lejn l-Istati Membri l-oħra flimkien ma’ kull tibdil.

    3. L-Awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jagħmlu kontrolli ta’:

    (a) kampjuni rappreżentattivi tal-laħam tat-tjur f’kull stadju tal-bejgħ kif ukoll waqt it-trasport:

    (b) kampjuni rappreżentattivi tal-laħam tat-tjur waqt iż-żmien li jkun għar-rilaxx tad-dwana għal-laħam tat-tjur li jkun ġej minn pajjiżi terzi.

    L-Artikolu 9

    Regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, partikolarment il-kriterji għall-klassifikazzjoni fit-tifsira ta’ l-Artikolu 3(1) ta’ dan kif ukoll miżuri mmirati sabiex jassiguraw l-applikazzjoni uniformi ta’ dan ir-Regolament, għandhom ikunu addottati skond il-proċedura stabilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 2777/75.

    L-Artikolu 10

    L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha sabiex jippenalizzaw il-ksur ta’ dan ir-Regolament.

    L-Artikolu 11

    L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkomunikaw ma’ xulxin l-informazzjoni neċessarja għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

    L-Artikolu 12

    Ir-Regolament (KEE) Nru 2967/76 għandu jkompli japplika sakemm issir l-implimentazzjoni tal-miżuri adottati fl-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament.

    L-Artikolu 13

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara li jkun ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu japplika b’effett mill-1 ta’ Lulju 1991.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, fis-26 ta’ Ġunju 1990.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. O'Kennedy

    [1] ĠU L 282, ta’ l-1.11.1975, p. 77.

    [2] ĠU L 128, tal-11.5.1989, p. 29.

    [3] ĠU L 55, tat-8.3.1971, p. 23.

    [4] ĠU L 382, tal-31.12.1988, p. 3.

    [5] ĠU L 33, tat-8.2.1979, p. 1.

    [6] ĠU L 186, tat-13.6.1989, p. 17.

    [7] ĠU L 339, tat-8.12.1976, p. 1.

    [8] ĠU L 315, tal-15.11.1983, p. 17.

    [9] ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 51.

    [10] ĠU L 251, ta’ l-24.9.1980, p. 10.

    --------------------------------------------------

    Top