Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31990L0658

    Id-Direttiva Tal-Kunsill ta' l-4 ta' Diċembru 1990 li temenda ċerti Direttivi dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali konsegwenti għall-unifikazzjoni tal-Ġermanja

    ĠU L 353, 17.12.1990, p. 73–76 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 19/10/2007: This act has been changed. Current consolidated version: 20/10/2007

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1990/658/oj

    31990L0658



    Official Journal L 353 , 17/12/1990 P. 0073 - 0076
    Finnish special edition: Chapter 6 Volume 3 P. 0079
    Swedish special edition: Chapter 6 Volume 3 P. 0079


    Id-Direttiva Tal-Kunsill

    ta’ l-4 ta’ Diċembru 1990

    li temenda ċerti Direttivi dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali konsegwenti għall-unifikazzjoni tal-Ġermanja

    (90/658/KEE)

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 49, l-Artikolu 57(1) u (2), l-ewwel u t-tielet sentenzi, u l-Artikolu 66 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1];

    B’kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew [2],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

    Billi, għar-raġuni ta’ l-unifikazzjoni tal-Ġermanja, ċerti emendi għandhom isiru lid-Direttivi 75/362/KEE [4], 77/452/KEE [5], 78/686/KEE [6], 78/1026/KEE [7] u 80/154/KEE [8], kif l-aħħar emendati bid-Direttiva 89/594/KEE [9] u d-Direttiva 89/595/KEE [10] dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ diplomi, ċertifikati u provi oħrajn ta’ kwalifiki formali bħala tobba, infermiera responsabbli għall-kura ġenerali, dentisti prattikanti, kirurgi veterinarji u qwiebel rispettivament, u lid-Direttiva 85/433/KEE [11], kif emendata bid-Direttiva 85/584/KEE [12], u d-Direttiva 85/384/KEE [13], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 86/17/KEE [14], dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ diplomi, ċertifikati u provi oħrajn ta’ kwalifiki formali fil-qasam tal-farmaċija u l-arkitettura rispettivament u lid-Direttiva 75/363/KEE [15], kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 89/594/KEE, dwar il-koordinazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’ regolament jew b’azzjoni amministrattiva fir-rigward ta’ l-attivitajiet tat-tobba;

    Billi mid-data ta’ l-unifikazzjoni tal-Ġermanja il-liġi Komunitarja tkun kompletament applikabbli għat-territorju ta’ dik li qabel kienet ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja;

    Billi huwa neċessarju li jsiru bidliet lid-Direttivi msemmija sabiex jittieħed kont tas-sitwazzjoni speċifika fit-territorju msemmi;

    Billi, skond il-prinċipju tad-drittijiet akkwistati, id-diplomi, iċ-ċertifikati u provi oħrajn ta’ kwalifiki formali fil-pussess ta’ ċittadini Ġermaniżi f’ dak it-territorju li qegħdin iwettqu l-attivitajiet professjonali tagħhom abbażi ta’ taħriġ li beda qabel l-unifikazzjoni u li ma jikkonformax mar-regoli Komunitarji dwar it-taħriġ għandhom jingħataw rikonoxximent taħt kondizzjonijiet simili għal dawk applikati lil ċittadini oħrajn ta’ l-Istati Membri fil-ħin ta’ l-adozzjoni tad-Direttivi jew l-adeżjonijiet imsemmija għall-Komunità;

    Billi huwa neċessarju li jiġu protetti fil-livell Komunitarju d-drittijiet akkwistati mit-titolari ta’ kwalifiki preċedenti li m’għadhomx jingħataw bħala riżultat ta’ bidliet li seħħew fir-regoli ta’ l-Istati Membri li tawhom il-kwalifika; billi din id-dispożizzjoni ġiet introdotta mid-Direttiva 89/594/KEE f’ ħafna mid-Direttivi dwar ir-rikonoxximent reċiproku tad-diplomi, iċ-ċertifikati u provi oħrajn ta’ kwalifiki formali; billi tista’ wkoll tiġi applikata, mingħajr emendi, għal ċittadini Ġermaniżi mit-territorju ta’ dik li qabel kienet ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja; billi dispożizzjoni simili għandha wkoll tiġi inkorporata fid-Direttiva 85/433/KEE dwar ir-rikonxximent reċiproku ta’ diplomi, ċertifikati u provi oħrajn ta’ kwalifiki formali fil-farmaċija;

    Billi ħafna mid-dispożizzjonijiet speċifiċi fir-rigward tar-rikonoxximent tad-diplomi, ċertifikati u provi oħrajn ta’ kwalifiki formali mogħtija minn dik li qabel kienet ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja ma jibqgħux relevanti bħala riżultat ta’ l-unifikazzjoni tal-Ġermanja; billi dawn għandhom jitħassru,

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

    L-Artikolu 1

    Id-Direttiva 75/362/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:

    1. Fl-Artikolu 3(a), il-punt 3, "fil-Ġermanja" għandu jitħassar.

    2. L-Artikolu li ġej għandu jiġi inserit:

    "L-Artikolu 9a

    1. Fil-każ ta’ ċittadini ta’ Stati Membri li d-diplomi, iċ-ċertifikati u provi oħrajn ta’ kwalifiki formali tagħhom fil-mediċina jiċċertifikaw taħriġ mogħti fit-territorju ta’ dik li qabel kienet ir-Repubblika Demokratika tal-Ġermanja li ma jissodisfawx il-ħtiġiet minimi kollha ta’ taħriġ stabbiliti fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 75/363/KEE, l-Istati Membri ta’ xort’oħra mill-Ġermanja għandhom jirrikonoxxu dawk id-diplomi, iċ-ċertifikati u provi oħrajn ta’ kwalifiki formali bħala prova suffiċjenti jekk:

    - dawn jiċċertifikaw taħriġ li jkun beda qabel l-unifikazzjoni tal-Ġermanja,

    - dawn jintitolaw lit-titolari biex isegwi l-attivitajiet ta’ tabib fit-territorju kollu tal-Ġermanja taħt l-istess kondizzjonijiet bħall-kwalifiki mogħtija mill-awtoritajiet Ġermaniżi kompetenti u msemmija fil-punti 1 u 2 ta’ l-Artikolu 3(a), u

    - dawn ikunu akkumpanjati minn ċertifikat maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti Ġermaniżi li jgħid li dawk iċ-ċittadini jkunu effettivament u legalment involuti fl-attivitjaiet inkwistjoni fil-Ġermanja għal mill-inqas tliet snin konsekuttivi matul il-ħames snin qabel id-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat.

    2. Fil-każ ta’ ċittadini ta’ Stati Membri li d-diplomi, iċ-ċertifikati u provi oħrajn ta’ kwalifiki formali tagħhom fil-mediċina speċjalizzata jiċċertifikaw taħriġ riċevut fit-territorju ta’ dik li qabel kienet ir-Repubblika Demokratika tal-Ġermanja li ma jissodisfax il-ħtiġiet minimi ta’ taħriġ stabbiliti fl-Artikoli 2 sa 5 tad-Direttiva 75/363/KEE, l-Istati Membri ta’ xort’oħra mill-Ġermanja għandhom jirrikonoxxu dawk id-diplomi, iċ-ċertifikati u provi oħrajn ta’ kwalifiki formali bħala prova biżżejjed jekk:

    - dawn jiċċertifikaw taħriġ li beda qabel l-iskadenza tal-limitu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 9(1), it-tieni subparagrafu, tad-Direttiva 75/363/KEE, u

    - dawn jippermettu t-twettiq, bħala speċjalista, ta’ l-attività inkwistjoni fit-territorju kollu tal-Ġermanja taħt l-istess kondizzjonijiet bħall-kwalifiki mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti Ġermaniżi u msemmija fl-Artikoli 5 u 7.

    Jistgħu, madanakollu, jitolbu li dawn id-diplomi, iċ-ċertifikati u provi oħrajn ta’ kwalifiki formali jkunu akkumpanjati minn ċertifikat maħruġ mill-awtoritajiet jew il-korpi kompetenti Ġermaniżi li jgħid li t-titolari kienu, bħala speċjalisti, involuti fl-attività inkwistjoni għal perjodu ekwivalenti għal darbtejn id-differenza bejn il-perjodu ta’ taħriġ speċjalizzat mogħti fit-territorji Ġermaniż u t-tul minimu ta’ taħriġ stabbilit fid-Direttiva 75/363/KEE, meta dawn ma jissodisfawx il-ħtiġiet minimi fir-rigward tat-tul ta’ taħriġ stabbilit fl-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 75/363/KEE."

    L-Artikolu 2

    "Għat-territorju ta’ dik li qabel kienet ir-Repubblika Demokratika tal-Ġermanja, madanakollu, il-Ġermanja għandha tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tikkonforma ma’ l-Artikoli 2 sa 5 fi żmien 18-il xahar mill-unifikazzjoni."

    L-Artikolu 3

    Id-Direttiva 77/452/KEE qiegħda hawnhekk tiġi emendata kif ġej:

    1. Fl-Artikolu 3(a), it-tieni inċiż, "fil-Ġermanja" għandu jitħassar;

    2. Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

    "Artikolu 4a

    Fil-każ ta’ ċittadini ta’ Stati Membri li d-diplomi, iċ-ċertifikati u provi oħrajn ta’ kwalifiki formali tagħhom bħala infermiera responsabbli għall-kura ġenerali jiċċertifikaw taħriġ mogħti fit-territorju ta’ dik li qabel kienet ir-Repubblika Demokratika tal-Ġermanja li ma jissodisfax il-ħtiġiet minimi kollha ta’ taħriġ stabbiliti fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 77/453/KEE, l-Istati Membri ta’ xort’oħra mill-Ġermanja għandhom jirrikonoxxu dawk id-diplomi, iċ-ċertifikati u provi oħrajn ta’ kwalifiki formali preċedenti bħala prova suffiċjenti jekk:

    - dawn jiċċertifikaw taħriġ li jkun beda qabel l-unifikazzjoni tal-Ġermanja,

    - dawn jintitolaw lit-titolari biex isegwi l-attivitajiet ta’ infermiera responsabbli għall-kura ġenerali fit-territorju kollu tal-Ġermanja taħt l-istess kondizzjonijiet bħall-kwalifiki mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti Ġermaniżi u msemmija fl-Artikolu 3(a), u

    - dawn ikunu akkumpanjati minn ċertifikat maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti Ġermaniżi li jgħid li dawk iċ-ċittadini kienu effettivament u legalment involuti fl-attivitajiet ta’ infermiera responsabbli għall-kura ġenerali fil-Ġermanja għal mill-inqas tliet snin konsekuttivi matul il-ħames snin qabel id-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat. Dawn l-attivitajiet għandhom ikunu nkludew ir-responsabbiltà kompleta għall-ippjanar, l-organizzazzjoni u t-twettiq tal-kura mill-infermiera, tal-pazjent."

    L-Artikolu 4

    Id-Direttiva 78/686/KEE qiegħda hawn tiġi emendata kif ġej:

    1. Fl-Artikolu 3(a), "fil-Ġermanja", dan li ġej għandu jitħassar:

    - preżentazzjoni fil-forma ta’ żewġ punti enumerati,

    - it-test tal-punt 2;

    2. L-Artikolu li ġej għandu jiġi inserit:

    "L-Artikolu 7a

    1. Fil-każ ta’ ċittadini ta’ Stati Membri li d-diplomi, iċ-ċertifikati u provi oħrajn ta’ kwalifiki formali tagħhom bħala prattikant dentist jiċċertifikaw taħriġ riċevut fit-territorju ta’ dik li qabel kienet ir-Repubblika Demokratika tal-Ġermanja li ma jissodisfax il-ħtiġiet minimi kollha ta’ taħriġ stabbiliti fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 78/687/KEE, l-Istati Membri ta’ xort’oħra mill-Ġermanja għandhom jirrikonoxxu dawk id-diplomi, ċ-ċertifikati u provi oħrajn ta’ kwalifiki formali bħala prova suffiċjenti jekk:

    - dawn jiċċertifikaw taħriġ li jkun beda qabel l-unifikazzjoni tal-Ġermanja,

    - dawn jintitolaw lit-titolari biex isegwi l-attivitajiet ta’ dentist prattikant fit-territorju kollu tal-Ġermanja taħt l-istess kondizzjonijiet bħall-kwalifiki mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti Ġermaniżi u msemmija fl-Artikolu 3(a), u

    - dawn ikunu akkumpanjati minn ċertifikat maħruġ mill-awtoritajiet kompeteni Ġermaniżi li dawk iċ-ċittadini kienu effettivament u legalment involuti fl-attivitajiet inkwistjoni fil-Ġermanja għal mill-inqas tliet snin konsekuttivi matul il-ħames snin ta’ qabel id-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat.

    2. Fil-każ ta’ ċittadini ta’ Stati Membri li d-diplomi, iċ-ċertifikati u provi oħrajn ta’ kwalifiki formali tagħhom bħala dentisti prattikanti speċjalizzati jiċċertifikaw taħriġ riċevut fit-territorju ta’ dik li qabel kienet ir-Repubblika Demokratika tal-Ġermanja li ma jissodisfax il-ħtiġiet minimi ta’ taħriġ stabbilit fl-Artikoli 2 u 3 tad-Direttiva 78/687/KEE, l-Istati Membri ta’ xort’oħra mill-Ġermanja għandhom jirrikonoxxu dawk id-diplomi, iċ-ċertifikati u provi oħrajn ta’ kwalifiki formali bħala prova suffiċjenti jekk:

    - dawn jiċċertifikaw taħriġ li jkun beda qabel l-unifikazzjoni tal-Ġermanja, u

    - dawn jintitolaw lit-titolari biex iwettaq, bħala dentist prattikant speċjalista, l-attività inkwistjoni fit-territorju kollu tal-Ġermanja taħt l-istess kondizzjonijiet tal-kwalifiki mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti Ġermaniżi u msemmija fl-Artikolu 5(1) u (2).

    Jistgħu, madanakollu, jeħtieġu li dawn id-diplomi, iċ-ċertifikati u provi oħrajn ta’ kwalifiki formali jkunu akkumpanjati minn ċertifikat maħruġ mill-awtoritajiet jew mill-korpi kompetenti Ġermaniżi li jgħid li t-titolari kien, bħala dentist prattikant speċjalista, involut fl-attività inkwistjoni għall-perjodu ekwivalenti għal darbtejn id-differenza bejn il-perjodu ta’ taħriġ speċjalizzat riċevut fit-territorju Ġermaniż u t-tul minimu ta’ taħriġ stabbilit fid-Direttiva 78/687/KEE, meta dawn ma jissodisfawx il-ħtiġiet minimi fir-rigward tat-tul ta’ taħriġ stabbilit fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 78/687/KEE."

    L-Artikolu 5

    Id-Direttiva 78/1026/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:

    1. Fl-Artikolu 3(a), "fil-Ġermanja", dan li ġej għandu jitħassar:

    - il-preżentazzjoni fil-forma ta’ żewġ punti enumerati,

    - it-test tal-punt 2.

    2. L-Artikolu li ġej għandu jiġi inserit:

    "L-Artikolu 4a

    Fil-każ ta’ ċittadini ta’ Stati Membri li d-diplomi, ċ-ċertifikati u provi oħrajn ta’ kwalifiki formali tagħhom bħala kirurġi veterinarji jiċċertifikaw taħriġ riċevut fit-territorju ta’ dik li qabel kienet ir-Repubblika Demokratika tal-Ġermanja li ma jissodisfax il-ħtiġiet minimi kollha ta’ taħriġ stabbiliti fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 78/1027/KEE, l-Istati Membri ta’ xort’oħra mill-Ġermanja għandhom jirrikonoxxu dawk id-diplomi, iċ-ċertifikati u provi oħrajn ta’ kwalifiki formali, bħala prova suffiċjenti jekk:

    - dawn jiċċertifikaw taħriġ li jkun beda qabel l-unifikazzjoni tal-Ġermanja;

    - dawn jintitolaw lit-titolari biex isegwi l-attivitajiet ta’ kirurgu veterinarju fit-territorju kollu tal-Ġermanja taħt l-istess kondizzjonijiet bħall-kwalifiki mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti Ġermaniżi u msemmija fl-Artikolu 3(a), u

    - dawn ikunu akkumpanjati minn ċertifikat maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti Ġermaniżi li jgħid li dawk iċ-ċittadini kienu effettivament u legalment involuti fl-attivitjaiet inkwistjoni fil-Ġermanja għal mill-inqas tliet snin konsekuttivi matul il-ħames snin qabel id-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat."

    L-Artikolu 6

    Id-Direttiva 80/154/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:

    1. Fl-Artikolu 3(a) "fil-Ġermanja" dan li ġej għandu jitħassar:

    - il-preżentazzjoni fil-forma ta’ żewġ inċiżi,

    - it-test tat-tieni inċiż.

    2. Għandu jiżdied l-Artikolu li ġej:

    "L-Artikolu 5a

    1. Fil-każ ta’ Stati Membri li d-diplomi, iċ-ċertifikati u provi oħrajn ta’ kwalifiki formali tagħhom bħala qwiebel jiċċertifikaw taħriġ riċevut fit-territorju ta’ dik li qabel kienet ir-Repubblika Demokratika tal-Ġermanja li ma jissodisfax il-ħtiġiet minimi kollha ta’ taħriġ stabbiliti fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 80/155/KEE, l-Istati Membri ta’ xort’oħra mill-Ġermanja għandhom jirrikonoxxu dawk id-diplomi, iċ-ċertifikati u provi oħrajn ta’ kwalifiki formali bħala prova suffiċjenti jekk:

    - dawn jiċċertifikaw taħriġ li jkun beda qabel l-unifikazzjoni tal-Ġermanja;

    - dawn jintitolaw lit-titolari biex isegwi l-attivitajiet ta’ qabla fit-territorju kollu tal-Ġermanja taħt l-istess kondizzjonijiet bħall-kwalifiki mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti Ġermaniżi u msemmija fl-Artikolu 3(a), u

    - dawn ikunu akkumpanjati minn ċertifikat maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti Ġermaniżi li jgħid li dawk iċ-ċittadini kienu effettivament u legalment involuti fl-attivitjajiet inkwistjoni fil-Ġermanja għal mill-inqas tliet snin matul il-ħames snin qabel id-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat.

    2. Fil-każ ta’ ċittadini ta’ Stati Membri li d-diplomi, iċ-ċertifikati u provi oħrajn ta’ kwalifiki formali tagħhom bħala qwiebel jiċċertifikaw taħriġ riċevut fit-territorju ta’ dik li qabel kienet ir-Repubblika Demokratika tal-Ġermanja li jissodisfa il-ħtiġiet minimi kollha ta’ taħriġ stabbiliti fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 80/155/KEE, iżda li, skond l-Artikolu 2, għandu jkun rikonoxxut biss jekk dan ikun ikkumplimentat mill-prattika professjonali msemmija fl-Artikolu 4, l-Istati Membri ta’ xort’oħra mill-Ġermanja għandhom jirrikonoxxu dawk id-diplomi, iċ-ċertifikati u provi oħrajn ta’ kwalifiki formali bħala prova suffiċjenti jekk:

    - dawn jiċċertifikaw taħriġ li jkun beda qabel l-unifikazzjoni tal-Ġermanja, u

    - dawn ikunu akkumpanjati minn ċertifikat li jiddikjara li dawk iċ-ċittadini kienu effettivament u legalment involuti fl-attivitajiet inkwistjoni fil-Ġermanja għal mill-inqas sentejn matul il-ħames snin ta’ qabel id-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat."

    L-Artikolu 7

    Id-Direttiva 85/433/KEE huwa hawnhekk emendat kif ġej:

    1. Fl-Artikolu 4(a), "fil-Ġermanja", dan li ġej għandu jitħassar:

    - il-preżentazzjoni fil-forma ta’ żewġ punti enumerati,

    - it-test tal-punt 2.

    2. Fl-Artikolu 6:

    - it-test preżenti jsir il-paragrafu 1,

    - il-paragrafu 2 li ġej għandu jiżdied:

    "2. Id-diplomi, iċ-ċertifikati u kwalifiki universitarji jew ekwivalenti oħrajn fil-farmaċija li ingħataw lil ċittadini ta’ Stati Membri minn Stati Membri u li jissodisfaw il-ħtiġiet minimi kollha ta’ taħriġ stabbiliti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 85/432/KEE iżda li ma jikkonformawx mad-deskrizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4 għandhom jiġu ttrattati, għall-iskopijiet tad-Direttiva, bħad-diplomi elenkati f’dak l-Artikolu jekk dawn ikunu akkumpanjati minn ċertifikat li jiddikjara li dawn jiċċertifikaw taħriġ li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 85/432/KEE msemmija fl-Artikolu 2 ta’ din id-Direttiva u għandhom jiġu ttrattati mill-Istati Membri li tawhom bħala dawk id-deskrizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4 ta’ din id-Direttiva."

    3. Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

    "L-Artikolu 6a

    Id-diplomi, iċ-ċertifikati u l-kwalifiki oħrajn universitarji jew ekwivalenti fil-farmaċija li jiċċertifikaw taħriġ riċevut minn ċittadini ta’ Stati Membri fit-territorju ta’ dik li qabel kienet ir-Repubblika Demokratika tal-Ġermanja u li ma jissodosfawx il-ħtiġijiet minimi kollha ta’ taħriġ stabbiliti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 85/432/KEE għandhom jiġu ttrattati bħala diplomi li jissodisfaw dawn il-ħtiġiet jekk:

    - dawn jiċċertifikaw taħriġ li jkun beda qabel l-unifikazzjoni tal-Ġermanja,

    - dawn jintitolaw lit-titolari biex isegwi l-attivitajiet ta’ farmaċista fit-territorju kollu tal-Ġermanja taħt l-istess kondizzjonijiet tal-kwalifiki mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti Ġermaniżi u msemmija fl-Artikolu 4(ċ), u

    - dawn ikunu akkumpanjati minn ċertifikat li jiddikjara li t-titolari tagħhom kienu effetivament u legalment involuti fil-Ġermanja f’waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 85/432/KEE għal mill-inqas tliet snin konsekuttivi matul il-ħames snin ta’ qabel id-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat, sakemm din l-attività tkun irregolata fl-Istat Membru inkwistjoni."

    L-Artikolu 8

    L-Artikolu 6 tad-Direttiva 85/384/KEE huwa hawnhekk imħassar.

    L-Artikolu 9

    L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa l-1 ta’ Lulju 1991. Huma għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni bihom.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi li bihom issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

    L-Artikolu 10

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fl-4 ta’ Diċembru 1990.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    G. De Michelis

    [1] ĠU L 266, tat-28.9.1990, p. 12, kif emendat fit-28 ta’ Novembru 1990.

    [2] Opinjoni mogħtija fl-24 ta’ Ottubru 1990 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-21 ta’ Novembru 1990 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    [3] Opinjoni mogħtija fl-20 ta’ Novembru 1990 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    [4] ĠU L 167, tat-30.6.1975, p. 1.

    [5] ĠU L 176, tal-15.7.1977, p. 1.

    [6] ĠU L 233, ta’ l-24.8.1978, p. 1.

    [7] ĠU L 362, tat-23.12.1978, p. 1.

    [8] ĠU L 33, tal-11.2.1980, p. 1.

    [9] ĠU L 341, tat-23.11.1989, p. 19.

    [10] ĠU L 341, tat-23.11.1989, p. 30.

    [11] ĠU L 253, ta’ l-24.9.1985, p. 37.

    [12] ĠU L 372, tal-31.12.1985, p. 42.

    [13] ĠU L 223, tal-21.8.1985, p. 15.

    [14] ĠU L 27, ta’ l-1.2.1986, p. 71.

    [15] ĠU L 167, tat-30.6.1975, p. 14.

    --------------------------------------------------

    Top