Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31990L0517

    Id-Direttiva tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 1990 li taddatta għall-progress tekniku għall-11-il darba d-Direttiva 67/548/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkjettar tas-sustanzi perikolużi

    ĠU L 287, 19.10.1990, p. 37–38 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/05/2015; Impliċitament imħassar minn 32008R1272

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1990/517/oj

    31990L0517



    Official Journal L 287 , 19/10/1990 P. 0037 - 0038


    Id-Direttiva tal-Kunsill

    tad-9 ta’ Ottubru 1990

    li taddatta għall-progress tekniku għall-11-il darba d-Direttiva 67/548/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkjettar tas-sustanzi perikolużi

    (90/517/KEE)

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidra d-Direttiva 67/548/KEE [1], kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 79/831/KEE [2], u partikolarment l-Artikoli 19, 20 u 21 tagħha,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

    Billi d-Danimarka tablet bidla fl-ittikkettjar tad-dichloromethane u avżat hawn lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 23 tad-Direttiva 67/548/KEE;

    Billi l-Kummissjoni eżaminat l-evidenza għall-karċinoġeniċità tad-dichloromethane, u kkonsultat l-esperti xierqa nnominati mill-Istati Membri u li għandhom kwalifiċi speċjali rigward il-karċinoġeniċità;

    Billi din il-klassifikazzjoni tirrifletti maġġoranza ta’ opinjoni xjentifika kurrenti; Billi huwa rikonoxxut li ftehim akbar tal-mekkaniżmi ta’ l-azzjoni tas-sustanzi kimiċi fil-bniedem u l-estrapolazzjoni ta’ l-effetti li dehru fi speċi oħra barra l-bniedem huwa taħt żvilupp kontinwu; billi fil-każ ta’ aktar evidenza xjentifika jew bidla fil-kriterja għall-klassifikazzjoni rigward speċjalment għall-effetti karċinoġeniku jew newrotossikoloġiċi ta’ din is-sustanza, il-klassifikazzjoni tkun riveduta fuq bażi ta’ din l-informazzjoni ġdida;

    Billi l-Kumitat għall-Adattament għall-Progress Tekniku tad-Direttiva għall-Eliminazzjoni tal-Barrieri Tekniċi tal-Kummerċ f’Sustanzi u Preparazzjonijiet Perikolużi ta opinjoni mhux favorevoli fuq l-abbozz tal-miżuri li ntbagħet lilu mill-Kummissjoni,

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    L-Anness I (lista tas-sustanzi perikolużi) tad-Direttiva 67/548/KEE:

    Nru 602-004-00-3: L-isem, in-numru tas-CAS, il-klassifikazzjoni u t-tikkettjarr tas-sustanza jitbiddlu b’li ġej:

    +++++ TIFF +++++

    Artikolu 2

    Mhux aktar tard mis-7 ta’ Ġunju 1991 l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw id-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva u wara javżaw il-Kummissjoni b’dan. Huma għandhom japplikaw it-tali dispożizzjonijiet b’effett mis-7 ta’ Diċembru 1991.

    Artikolu 3

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fil-Lussemburgu, fid-9 ta’ Ottubru 1990.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    P. Romita

    [1] ĠU 196, tas- 16.8.1967, p. 1.

    [2] ĠU L 259, tal-15.10.1979, p. 10.

    --------------------------------------------------

    Top