This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31990L0435
Council Directive 90/435/EEC of 23 July 1990 on the common system of taxation applicable in the case of parent companies and subsidiaries of different Member States
Id-Direttiva tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 1990 dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta' Stati Membri differenti
Id-Direttiva tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 1990 dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta' Stati Membri differenti
ĠU L 225, 20.8.1990, p. 6–9
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 17/01/2012; Imħassar b' 32011L0096
Official Journal L 225 , 20/08/1990 P. 0006 - 0009
Finnish special edition: Chapter 9 Volume 2 P. 0025
Swedish special edition: Chapter 9 Volume 2 P. 0025
Id-Direttiva tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 1990 dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta' Stati Membri differenti (90/435/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Wara li kkunsidra l-opinoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3], Billi r-raggruppament tal-kumpanniji ta' Stati Membri differenti jista' jkun meħtieġ sabiex jinħolqu ġewwa l-Komunità l-kondizzjonijiet analogi għal dawk ta' suq intern u sabiex b'hekk jiġi żgurat il-mod kif jiġi stabbilit u jiffunzjona b'mof effettiv is-suq komuni; billi dawn il-ħidmiet ma għandhomx jiġu mfixkla bir-restrizzjonijiiet, l-iżvantaġġi jew it-tagħwiġ li jinħolqu b'mod partikolari mid-dispożizzjonijiet tat-taxxi ta' l-Istati Membri; billi huwa għalhekk meħtieġ li rigward dan ir-raggruppament ta' kumpanniji fl-Istati Membri differenti jiddaħħlu regoli tat-taxxa li jkunu newtri mill-lat tal-kompetizzjoni, sabiex l-intrapriżi jitħallew jaddattaw lilhom infushom għall-ħtiġiet tas-suq komuni, biex iżidu l-produttività tagħhom u sabiex itejbu s-saħħa kompetittiva tagħhom fil-livell internazzjonali; Billi din ir-raggruppament jista' jirriżulta fil-formazzjoni ta' gruppi ta' kumpanniji ġenituri u ta' sussidjarji; Billi d-dispożizzjonijiet eżistenti tat-taxxa li jirregolaw ir-relazzjonijiet bejn il-kumpanniji ġenituri u s-sussidjarji tagħhom fl-Istati Membri differenti ivarjaw b'mod apprezzabbli minn Stat Membru għall-ieħor u huma ġeneralment inqas vantaġġużi minn dawk li japplikaw għall-kumpanniji ġenituri u s-sussidjari fl-istess Stat Membru; billi l-kooperazzjoni bejn il-kumpanniji ta' Stati Membri differenti tiġi b'hekk żvantaġġata meta mqabbla mal-kooperazzjoni bejn il-kumpanniji fl-istess Stat Membru; billi huwa meħtieġ li jiġi eliminat dan l-iżvantaġġ bid-dħul ta' sistema komuni sabiex tiffaċilita r-raggruppament tal-kumpanniji; Billi meta, bis-saħħa ta' l-assoċjazzjoni tagħha mal-kumpannija sussidjarja tagħha, il-kumpannija ġenitur tirċievi profitti mqassma, l-Istat tal-kumpannija ġenitur irid: - jew jibqa' lura milli jintaxxa dan il-qligħ, - jew jintaxxa dan il-qligħ filwaqt li jawtorizza lill-kumpannija ġenitur li tnaqqas mill-ammont tat-taxxa mistħoqqa dak il-frazzjon tat-taxxa fuq il-korporazzjoni mħallas mill-kumpannija sussidjarja li jkollu xjtaqsam ma' dawn il-profitti; Billi huwa barra minn hekk meħieġ, sabiex tiġi żgurata n-newtralità fiskali, illi l-profitti li kumpannija sussidjarja tqassam lill-kumpannija ġenitur tagħha jiġu eżentati mit-taxxa mnaqqsa; billi, madankollu, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Ellenika, minħabba n-natura tas-sistemi tagħhom tat-taxxa fuq il-korporazzjonijiet, u r-Repubblika Portugiża, għal raġunijiet ta' l-estimi finanzjarji, għandhom jiġu awtorizzati li jżommu temporanjament taxxa mnaqqsa, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 1. Kull wieħed mill-Istati Membri għandu japplika din id-Direttiva: - għat-tqassim tal-qligħ irċevut mill-kumpanji ta' dan l-Istat li jkun ġej mill-kumpanniji sussidjarji fl-Istati Membri l-oħra, - għat-tqassim tal-qligħ mill-kumpanniji ta' dan l-Istat lill-kumpanniji fl-Istati Membri l-oħra li tagħhom il-kumpanniji ta' l-Istat ta' l-ewwel ikunu sussidjarji. 2. Din id-Direttiva ma għandhiex tipprekludi l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet domestiċi jew dawk imsejsa fuq ftehimijiet meħtieġa għall-prevenzjoni tal-frodi jew l-abbuż. Artikolu 2 Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, "kumpannija ta' Stat Membru" għandha tfisser kull kumpannija li: (a) tieħu waħda mill-għamliet elenkati fil-lista fl-Anness ta' ma' hawn; (b) skond il-liġijiet tat-taxxi ta' Stat Membru hija kkunsidrata bħala residenti f' dan l-Istat għall-għanijiet tat-taxxa u, skond it-termini ta' ftehim dwar it-taxxa doppja konkluż ma Stat terz, ma tkunx ikkunsidrata bħala residenti barra mill-Komunità għall-għanijiet tat-taxxa; (ċ) barra minn hekk, tkun bla ħsara għal waħda mit-taxxi li ġejjin, mingħajr il-possibbilità tal-għażla jew li tiġi eżentata minnhom: - l- impôt des sociétésvennootschapsbelasting fil-Belġju, - is- selskabsskat fid-Danimarka, - il- Körperschaftsteuer fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, - il- φόρος εισοδήματος νομικών προσώπων κερδοσκοπικού χαρακτήρα fil-Greċja, - l- impuesto sobre sociedades fi Spanja, - l- impôt sur les sociétés fi Franza, - il- corporation tax fl-Irlanda, - l- imposta sul reddito delle persone giuridiche fl-Italja, - l- impôt sur le revenu des collectivités fil-Lussemburgu, - il- vennootschapsbelasting fl-Olanda, - l- imposto sobre o rendimento das pessoas colectivas fil-Portugall, - il- corporation tax (it-taxxa fuq il-korporazjonijiet) fir-Renju Unit, jew għal kull taxxa oħra li tista tiddaħħal minflok it-taxxi msemmija hawn fuq. Artikolu 3 1. Għall-għanijiet sabiex tiġi applikata din id-Direttiva, (a) l-istatus tal-kumpannija ġenitur għandu jiġi attribwit għall-inqas lil kull kumpannija ta' Stat Membru li twettaq il-kondizzjonijiet iddikjarati fl-Artikolu 2 u li jkollha sehem minimu ta' 25 % fil-kapital ta' kumpannija ta' Stat Membru ieħor li twettaq l-istess kondizzjonijiet; (b) "(kumpannija) sussidjarja" għandha tfisser dik il-kumpannija li l-kapital tagħha jinkludi s-sehem riferit fil-(a). 2. Bħala deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri għandu jkollhom il-għażla li: - jibdlu, permezz ta' ftehim bilaterali, il-kriterju taż-żamma ta' sehem fil-kapital bil-kriterju ta' żamma ta' sehem bid-drittijiet għall-vot, - li ma japplikawx din id-Direttiva għall-kumpanniji ta' dan l-Istat Membru li għal perjodu taż-żmien mhux interrott ta' mill-inqas sentejn rigward iż-żamma ta' l-ishma li jikkwalifikawhom bħala kumpanniji ġenitur jew għal dawk mill-kumpanniji tagħhom li fihom kumpannija ta' Stat Membru ieħor ma jżommux ishma minn dawn għal-perjodu taż-żmien mhux interrott ta' mill-inqas sentejn. Artikolu 4 1. Meta kumpannija ġenitur, bis-saħħa ta' l-assoċjazzjoni tagħha mal-kumpannija sussidjarja tagħha, tirċievi profitti mqassma, l-Istat tal-kumpannija ġenitur għandu, għajr meta din ta' l-aħħar tiġi llikwidata, jew: - iżomm lura milli jintaxxa dawn il-profitti, jew - jintaxxa dan il-qligħ filwaqt li jawtorizza lill-kumpannija ġenitur biex tnaqqas mill-ammont tat-taxxa mistħoqqa dak il-frazzjon tat-taxxa fuq il-korporazzjonijiet imħallas mill-kumpannija sussidjarja li jkollu x'jaqsam ma' dawn il-profitti u, jekk ikun xieraq, l-ammont tat-taxxa mnaqqsa imposta mill-Istat Membru li fih tkun tirresjiedi l-kumpannija sussidjarja, skond id-derogi pprovvduti fl-Artikolu 5, sal-limitu ta' l-ammont tat-taxxa domestika korrispondenti. 2. Madankollu, kull wieħed mill-Istati Membri għandu jżomm il-għażla li jipprovdi illi kull impost li jkollu x'jaqsam ma' l-ishma u kull telf li jirriżulta mit-tqassim tal-qligħ tal-kumpannija sussidjarja jistgħu ma jitnaqqsux mill-profitti taxxabbli tal-kumpannija ġenitur. Meta l-ispejjeż tal-ġestjoni li jkollhom x'jaqsmu ma' l-ishma f'dan il-każ jiġu ffissati bħala rata waħda uniformi, l-ammont iffissat ma jistax jaqbeż il 5 % tal-profitti mqassma mill-kumpannija sussidjarja. 3. Il-paragrafu 1 għandu japplika sad-data tad-dħul fis-seħħ effettiv ta' sistema komuni ta' taxxi fuq il-kumpanniji. Il-Kunsill għandu fil-waqt xieraq jadotta r-regoli li jridu japplikaw mid-data riferita fl-ewwel subparagrafu. Artikolu 5 1. Il-profitti li kumpannija sussidjarja tkun qassmet lill-kumpannija ġenitur tagħha għandhom, għall-inqas fejn din ta' l-aħħar iżżomm minimu ta' 25 % tal-kapital tal-kumpannija sussidjarja, jiġu eżentati mit-taxxa mnaqqsa. 2. Minkejja l-paragrafu 1, ir-Repubblika Ellenika tista', għal sakemm ma tordnax il-ħlas ta' taxxa fuq il-korporazzjonijiet għall-profitti mqassma, timponi taxxa mnaqqsa fuq ill-profitti mqassma lill-kumpanniji ġenitur ta' Stati Membri oħra. Madankollu, it-taxxa mnaqqsa ma tridx taqbeż ir-rata pprovvduta fil-ftehimijiet bilaterali dwar it-taxxa doppja. 3. Minkejja l-paragrafu 1, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja tista', għal sakemm timponi t-taxxa tal-korporazzjinijiet fuq il-profitti mqassma b'rata ta' mill-inqas 11-il punt iktar baxxa mill-profitti miżmuma, u għal mhux iktar tard min-nofs is-sena 1996, timponi taxxa mnaqqsa kompensatorja ta' 5 % fuq il-profitti mqassma mill-kumpanniji sussidjarji tagħha (ir-Repubblika Federali Ġermaniża) 4. Minkejja l-paragrafu 1, ir-Repubblika Portugiża tista' timponi taxxa mnaqqsa fuq il-profitti mqassma mill-kumpanniji sussidjarji tagħha lill-kumpanniji ġenitur ta' l-Istati Membri l-oħra sa data mhux iktar tard mit-tmien sena wara d-data ta' l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Bla ħsara għall-ftehimijiet bilaterali eżistenti konklużi bejn il-Portugall u Stat Membru, ir-rata ta' din it-taxxa mnaqqsa ma tistax taqbeż il-15 % matul l-ewwel ħames snin u l-10 % matul l-aħħar tliet snin ta' dan il-perjodu taż-żmien. Qabel it-tmiem tat-tmien sena, il-Kunsill għandu jiddeċiedi b'mod unanimu, fuq proposta mill-Kummissjoni, dwar il-possibbilità ta' estensjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan il-paragrafu. Artikolu 6 L-Istati Membri ta' kumpannija ġenitur ma jistgħux jordnaw il-ħlas tat-taxxa mnaqqsa fuq il-profitti li din il-kumpannija tirċievi minn għand kumpannija sussidjarja. Artikolu 7 1. L-espressjoni "taxxa mnaqqsa" kif użata f'din id-Direttiva ma għandhiex tkopri ħlas minn qabel jew ħlas bil-quddiem ("précompte") tat-taxxa fuq il-korporazzjonijiet lill-Istat Membru tal-kumpannija sussidjarja li din tagħmel rigward it-tqassm tal-profitti lill-kumpannija ġenitur tagħha. 2. Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet domestiċi jew imsejsa fuq ftehim bil-ħsieb li telimina jew tnaqqas it-taxxa doppja ekonomika fuq id-dividendi, b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet li jkollhom x'jaqsmu mal-ħlas ta' krediti tat-taxxa lir-riċevituri ta' dawn id-dividendi. Artikolu 8 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għalihom sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva qabel l-1 ta' Jannar 1992. Għandhom jgħarrfu minnufih b'dan lill-Kummissjoni. 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi t-testi tad-dispożizzjonijiet ewliena tal-liġijiet domestiċi tagħhom li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttia jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni. Artikolu 9 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussell, fit-23 ta' Lulju 1990. Għall-Kunsill Il-President G. Carli [1] ĠU C 39, tat-22.3.1969, p. 7 u l-Emenda trasmessa fil-5 ta' Lulju 1985. [2] ĠU C 51, tad-29.4.1970, p. 6. [3] ĠU C 100, ta' l-1.8.1969, p. 7. -------------------------------------------------- L-ANNESS Il-lista tal-kumpanniji riferita fl-Artikolu 2(a) (a) il-kumpanniji skond il-liġijiet Belġjani magħrufa bħala "société anonyme""naamloze vennootschap", "société en commandite par actions""commanditaire vennootschap op aandelen", "société privée à responsabilité limitée""besloten vennootschap met beperkte aansprakelijkheid" u dawk il-korpi tal-liġi pubblika li jaħdmu skond il-liġi privata; (b) il-kumpanniji skond il-liġijiet Daniżi magħrufa bħala: "aktieselskab", "anpartsselskab"; (ċ) il-kumpanniji skond il-liġijiet Ġermaniżi magħrufa bħala: "Aktiengesellschaft", "Kommanditgesellschaft auf Aktien", "Gesellschaft mit beschraenkter Haftung", "bergrechtliche Gewerkschaft"; (d) il-kumpanniji skond il-liġijiet Griegi magħrufa bħala: "anonymi etairia"; (e) il-kumpanniji skond il-liġijiet Spanjoli magħrufa bħala: "sociedad anónima", "sociedad comanditaria por acciones", "sociedad de responsabilidad limitada" u dawk il-korpi tal-liġi pubblika li jaħdmu skond il-liġi privata; (f) il-kumpanniji skond il-liġijiet Franċiżi magħrufa bħala "société anonyme", "société en commandite par actions", "société à responsabilité limitée" u stabbilimenti u impriżi industrijali u kummerċjali; (g) il-kumpanniji skond il-liġijiet Irlandiżi magħrufa bħala kumpanniji pubbliċi limitati skond l-ishma jew b'garanzija, il-kumpanniji privati limitati skond l-ishma jew b'garanzija, il-korpi rreġistrati skond l-Industrial and Provident Societies Acts'(il-Liġijiet dwar is-Soċjetajiet tal-Bini u Istituzzjonijiet tal-Għajnuna) jew soċjetajiet tal-bini rreġistrati skond il-'Building Societies Acts (il-Liġijiet dwar is-Soċjetajiet tal-Bini); (h) il-kumpanjiji skond il-liġijiet Taljani magħrufa bħala "società per azioni", "società in accomandita per azioni", "società a responsabilità limitata", u entitajiet pubbliċi u privati li jwettqu attivitajiet industrijali u kummerċjali; (i) il-kumpanniji skond il-liġijiet tal-Lussemburgu magħrufa bħala "société anonyme", "société en commandite par actions", "société à responsabilité limitée"; (j) il-kumpanniji skond il-liġijiet Olandiżi magħrufa bħala: "naamloze vennootschap", "besloten vennootschap met beperkte aansprakelijkheid"; (k) il-kumpanniji kummerċjali jew il-kumpanniji skond il-liġi ċivili li għandhom il-għamla ta' kooperattivi u impriżi pubbliċi kummerċjali inkorporati skond il-liġijiet Portugiżi; (l) il-kumpanniji inkorporati skond il-liġijiet tar-Renju Unit. --------------------------------------------------