Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31990L0434

    Id-Direttiva tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 1990 dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika għall-inkorporazzjonijiet, id-diviżjonijiet, it-trasferimenti ta' l-attivi u l-iskambji ta' l-ishma li jirrigwardaw il-kumpanniji ta' Stati Membri differenti

    ĠU L 225, 20.8.1990, p. 1–5 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 14/12/2009; Imħassar b' 32009L0133

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1990/434/oj

    31990L0434



    Official Journal L 225 , 20/08/1990 P. 0001 - 0005
    Finnish special edition: Chapter 9 Volume 2 P. 0020
    Swedish special edition: Chapter 9 Volume 2 P. 0020


    Id-Direttiva tal-Kunsill

    tat-23 ta' Lulju 1990

    dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika għall-inkorporazzjonijiet, id-diviżjonijiet, it-trasferimenti ta' l-attivi u l-iskambji ta' l-ishma li jirrigwardaw il-kumpanniji ta' Stati Membri differenti

    (90/434/KEE)

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

    Billi l-inkorporazzjonijiet, id-diviżjonijiet, it-trasferimenti ta' l-attivi u l-iskambji ta' ishma li jirrigwardaw kumpanniji fi Stati Membri differenti jistgħu jkunu meħtieġa sabiex joħolqu ġewwa l-Komunità l-kondizzjonijiet analogi għal dawk tas-suq intern u sabiex b'hekk jiżguraw li jiġi stabbilit u jiffunzjona b'mod effettiv is-suq komuni; billi dawn il-ħidmiet ma għandhomx jiġu mfixkla b'restrizzjonijiet, żvantaġġi u tagħwiġ li jinħolqu b'mod partikolari mid-dispożizzjonijiet tat-taxxi fl-Istati Membri; billi għal dan l-iskop huwa meħtieġ li jiddaħħlu rigward dawn il-ħidmiet regoli tat-taxxa li jkunu newtri mill-lat tal-kompetizzjoni, sabiex iħallu lill-intrapriżi jadattaw lilhom infushom skond il-ħtiġiet tas-suq komuni, biex iżidu l-produttività tagħhom u jtejbu s-saħħa tagħhom tal-kompetittività fil-livell internazzjonali;

    Billi d-dispożizzjonijiet tat-taxxa jiżvantaġġaw dawn il-ħidmiet, meta mqabbla ma' dawk li jirrigwardaw il-kumpanniji fl-istess Stat Membru; billi huwa meħtieġ li jitneħħew dawn l-iżvantaġġi;

    Billi mhux possibbli li jinkiseb dan il-għan bl-estensjoni fil-livell Komunitarju tas-sistemi bħalissa fis-seħħ fl-Istati Membri, ġaladarba d-differenzi bejn dawn is-sistemi x'aktarx li jwasslu għal tagħwiġ; billi sistema komuni tat-taxxa biss hija kapaċi tipprovdi soluzzjoni sodisfaċenti f'dan ir-rigward;

    Billi s-sistema komuni tat-taxxi għandha tevita l-impożizzjoni tat-taxxi rigward l-inkorporazzjonijiet, id-diviżjonijiet, it-trasferimenti ta' l-attivi jew l-iskambji ta' l-ishma, filwaqt li fl-istess ħin tissalvagwarda l-interessi finanzjarji ta' l-Istat tal-kumpannija trasferitur jew ta' dik miksuba;

    Billi rigward l-inkorporazzjonijiet, id-diviżjonijiet jew it-trasferimenti ta' l-attiv, dawn il-ħidmiet normalment jirriżultaw jew fit-trasformazzjoni tal-kumpannija li tittrasferixxi l-attiv lejn stabbiliment permanenti tal-kumpannija li tirċievi l-attivi jew li l-attivi jiġu magħquda ma' stabbiliment permanenti tal-kumpannija ta' l-aħħar;

    Billi s-sistema tad-differiment tat-tassazzjoni tal-profitti fuq il-kapital li għandhom x'jaqsmu ma l-attivi ttrasferiti sad-disponiment attwali tagħhom, applikati għal dawk minn dawn l-attivi li jiġu ttrasferiti lil dan l-istabbiliment permanenti, tippermetti l-eżenzjoni mit-tassazzjoni tal-profitt fuq il-kapital korrispondenti, filwaqt li fl-istess ħin tiżgura li fl-aħħar mill-aħħar jiġu ntaxxati mill-Istat tal-kumpannija trasferitur fid-data tad-disponiment minnhom;

    Billi huwa wkoll meħtieġ li jiġi ddefinit ir-reġim tat-taxxi li japplika għal ċerti dispożizzjonijiet, riservi jew telf mill-kumpannija trasferitur u li jiġu solvuti l-problemi dwar it-taxxi li jinqalgħu meta waħda miż-żewġ kumpanniji jkollha sehem mill-kapital ta' l-oħra;

    Billi l-allokazzjoni lill-azzjonisti fil-kumpannija trasferitur tat-titoli tal-kumpannija riċevitur jew ta' dik li tikseb l-ishma ma għandha fiha nfisha toħloq l-ebda tassazzjoni f'idejn dawn l-azzjonisti;

    Billi huwa meħtieġ li l-Istati Membri jitħallew il-possibbilità li jirrifjutaw li japplikaw din id-Direttiva meta l-inkorporazzjoni, d-diviżjonijiet, it-trasferiment ta' l-attiv jew l-iskambji ta' l-ishma, il-ħidma għandha bħala l-għan tagħha l-evażjoni mit-taxxi jew il-ħarbien minnhom jew tirriżulta illi kumpannija, sewwa jekk tieħu parti jew le fil-ħidma, ma tibqax twettaq il-kondizzjonijiet meħtieġa għar-rappreżentati tal-ħaddiema fl-organi tal-kumpannija,

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

    IT-TITOLU I

    Dispożizzjonijiet ġenerali

    Artikolu 1

    Kull wieħed mill-Istati Membri għandu japplika din id-Direttiva għall-inkorporazzjonijiet, id-diviżjonijiet, it-trasferimenti ta' l-attiv u l-iskambji ta' l-ishma li fihom ikunu involuti żewġ Stati Membri jew iktar.

    Artikolu 2

    Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva:

    (a) "inkorporazzjoni" għandha tfisser ħidma li biha:

    - kumpannija waħda jew iktar, meta jiġu xolti mingħajr likwidazzjoni, jittrasferixxu l-attiv u l-passiv tagħhom lil kumpannija oħra eżistenti bi skambju għall-ħruġ lil dawk li jkollhom ishma tagħhom ta' titoli li jirrappreżentaw il-kapital ta' din il-kumpannija l-oħra, u, jekk japplika, ħlas fil-flus korrenti ta' 10 % tal-valur nominali, jew, fin-nuqqas ta' valur nominali, tal-valur par tal —kontijiet għal dawn it-titoli,

    - żewġ kumpanniji jew iktar li, meta jiġu xolti mingħajr likwidazzjoni, jittrasferixxu l-attiv u l-passiv kollu tagħhom lill-kumpannija li huma jwaqqfu, bi skambju għall-ħruġ lil dawk li jkollhom ishma fihom ta' titoli li jirrappreżentaw il-kapital f'din il-kumpannija l-ġdida, u, jekk japplika, ħlas fil-flus korrenti li ma jaqbiżx il-10 % tal-valur nominali, jew fin-nuqqas ta' valur nominali, il-valur par tal-kontijiet ta' dawn it-titoli,

    - kumpannija li, meta tiġi xolta mingħajr likwidazzjoni, tittrasferixxi l-attiv u l-passiv kollu tagħha lill-kumpannija li tkun iżżomm it-titoli kollha li jirrapreżentaw il-kapital tagħha;

    (b) "diviżjoni" għandha tfisser ħidma li biha kumpannija, meta tiġi xolta mingħajr likwidazzjoni, tittrasferixxi l-attiv u l-passiv kollu tagħha lil żewġ kumpanniji eżistenti jew iktar jew lil kumpanniji ġodda, bi skambju għall-ħruġ pro rata lil dawk li għandhom l-ishma fiha tat-titoli li jirrappreżentaw il-kapital tal-kumpanniji li jirċievu l-attiv u l-passiv, u, jekk japplika, ħlas fil-flus korrenti li ma jaqbiżx il-10 % tal-valur nominali jew, fin-nuqqas ta' valur nominali, tal-valur par tal-kontijiet ta' dawn it-titoli;

    (ċ) "trasferiment ta' l-attivi" għandha tfisser ħidma li biha kumpannija tittrasferixxi mingħajr ma tiġi xolta, il-friegħi kollha, jew waħda jew iktar minn waħda minnhom ta' l-attività tagħha lil kumpannija oħra bi skambju għat-titoli li jirrappreżentaw il-kapital tal-kumpannija li tirċievi t-trasferiment;

    (d) "skambju ta' ishma" għandha tfisser ħidma li biha kumpannija tikseb sehem/ishma fil-kapital ta' kumpannija oħra hekk li tikseb il-maġġoranza tad-drittijiet tal-voti f'din il-kumpannija bi skambju għall-ħruġ lil dawk li jkollhom l-ishma fil-kumpannija ta' l-aħħar, bi skambju tat-titoli tagħhom, titoli li jirrappreżentaw il-kapital tal-kumpannija ta' qabel, u, jekk japplika, il-ħlas fi flus korrenti li ma jaqbiżx il-10 % tal-valur nominali jew, fin-nuqqas ta' valur nominali, il-valur par tal-kontijiet tat-titoli maħruġa bi skambju;

    (e) "kumpannija trasferitur" għandha tfisser il-kumpannija li tittrasferixxi l-attiv u l-passv tagħha jew li tittrasferixxi l-friegħi kollha tagħha jew waħda jew iktar minn waħda ta' l-attività tagħha;

    (f) "kumpannija riċevitur" għandha tfisser il-kumpannija li tirċievi l-attiv u l-passiv jew il-friegħi kollha ta' l-attività jew waħda jew iktar minn waħda minnhom tal-kumpannija trasferitur;

    (g) "kumpannija miksuba" għandha tfisser il-kumpannija li fiha jiġi miksub sehem minn kumpannija oħra permezz ta' skambju tat-titoli;

    (h) "kumpannija li tikseb" għandha tfisser il-kumpannija li takkwista sehem permezz ta' l-iskambju tat-titoli;

    (i) "fergħa ta' l-attività" għandha tfisser l-attiv u l-passiv kollu ta' diviżjoni ta' kumpannija li mil-lat organizzattiv tikkostitwixxi negozju indipendenti, jiġifieri entità kapaċi li tiffunzjona bil-mezzi tagħha nfisha.

    Artikolu 3

    Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, "kumpannija minn Stat Membru" għandha tfisser kull kumpannija li:

    (a) tieħu waħda mill-għamliet elenkati fl-Anness ta' ma' hawn:

    (b) skond il-liġijiet tat-taxxi ta' Stat Membru hija kkunsidrata li hija residenti f'dan l-Istat għall-għanijiet tat-taxxa u, skond it-termini ta' ftehim dwar it-taxxa doppja konkluż ma Stat terz, mhix ikkunsidrata bħala residenti barra mill-Komunità għall-għanijiet tat-taxxa;

    (ċ) barra minn dan, hija bla ħsara għal waħda mit-taxxi li ġejjin, mingħajr il-possibbilità ta' għażla jew li tiġi eżentata minnhom:

    - l- impôt des sociétésvennootschapsbelasting fil-Belġju,

    - is- selskabsskat fid-Danimarka,

    - il- Körperschaftsteuer fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja,

    - il- φόρος εισοδήματος νομικών προσώπων κερδοκοπικού χαρακτήρα fil-Greċja,

    - l- impuesto sobre sociedades fi Spanja,

    - l- impôt sur les sociétés fi Franza,

    - il- corporation tax fl-Irlanda,

    - l- imposta sul reddito delle persone giuridiche fl-Italja,

    - l- impôt sur le revenu des collectivités fil-Lussemburgu,

    - il- vennootschapsbelasting fl-Olanda,

    - l- imposto sobre o rendimento das pessoas colectivas fil-Portugall,

    - il- corporation tax (taxxa fuq il-kumpanniji) fir-Renju Unit,

    jew għal kull taxxa oħra li tista tiddaħħal minflok kull waħda mit-taxxi ta' hawn fuq.

    IT-TITOLU II

    Ir-regoli li japplikaw għall-inkorporazzjonijiet, id-diviżjonijiet u l-iskambji ta' l-ishma

    Artikolu 4

    1. Inkorporazzjoni jew diviżjoni ma għandhom iwasslu għall-ebda tassazzjoni fuq il-profitt kapitali kkalkolat b'referenza għad-differenza bejn il-valuri reali ta' l-attiv u l-passiv ittrasferiti u tal-valuri tagħhom għall-għanijiet tat-taxxa. L-espressjonijiet li ġejjin għandu jkollhom it-tifsiriet assenjati lilhom:

    - valur għall-għanijiet tat-taxxa: il-valur li fuq il-bażi tiegħu kull qligħ jew telf ikunu ġew ikkomputati għall-għanijiet tat-taxxa fuq id-dħul, il-profitti jew il-profitti kapitali tal-kumpannija trasferitur jekk dawn l-attiv jew passiv ikunu ġew mibjugħa mal-waqt ta' l-inkorporazzjoni jew tad-diviżjoni imma indipendentement minnha,

    - l-attiv u l-passiv ittrasferiti: dawk l-attivi u passivi tal-kumpannija trasferitur li, bħala konsegwenza ta' l-inkorporazzjoni jew tad-diviżjoni, ikunu effettivament konnessi ma' stabbiliment permanenti tal-kumpannija riċevitur fl-Istat Membru tal-kumpannija trasferitur u taħdem il-parti li tiġġenera l-qligħ jew it-telf meqjusa għall-għanijiet tat-taxxa.

    2. L-Istati Membri għandhom japplikaw il-paragrafu 1 bil-kondizzjoni li l-kumpannija riċevitur tikkomputa kull deprezzament u kull qligħ jew telf rigward l-attivi u l-passivi ttrasferiti skond ir-regoli li kienu jkunu ġew applikati fuq il-kumpannija jew kumpanniji trasferituri li kieku ma kenux saru l-inkorporazzjoni jew id-diviżjoni.

    3. Meta, skond il-liġijiet ta' l-Istati Membri tal-kumpannija trasferitur, il-kumpannija riċevitur hija intitolata li jkollha deprezzament ġdid jew kull qligħ jew telf rigward l-attiv u l-passiv ittrasferiti kkomputati fuq bażi differenti minn dawk iddikjarati fil-paragrafu 2, il-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-attiv u l-passiv li rigward tagħhom tiġi eżerċitata din il-għażla.

    Artikolu 5

    L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jiżguraw illi, fejn il-provvisti jew ir-riservi kkostitwiti korrettement mill-kumpannija trasferitur ikunu eżentati fl-intier tagħhom jew f'parti minnhom mit-taxxi u ma jkunux idderivati minn stabbilimenti permanenti barra mill-pajjiż, dawn il-provvisti jew riservi jistgħu jinġarru 'l quddiem, bl-istess eżenzjoni mit-taxxa, mill-istabbilimenti permanenti l-istabbilimenti tal-kumpannija riċevitur li jkunu lokati fl-Istati Membri tal-kumpannija trasferitur, hekk li b'hekk il-kumpannija riċevitur iġġorr id-drittijiet u l-obbligi tal-kumpannija trasferitur.

    Artikolu 6

    Safejn u sakemm, jekk il-ħidmiet riferiti fl-Artikolu 1 ikunu ġew effettwati bejn kumpanniji mill-Istati Membri tal-kumpannija trasferitur, l-Istati Membri jkollhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li jippermettu lill-kumpannija riċevitur li tieħu fuqha t-telf tal-kumpannija trasferitur li ma jkunx għadu ġie eżawst għall-għanijiet tat-taxxa, l-Istat Membru għandu jestendi dawn id-dispożizzjonijiet biex jiġi kopert it-teħid ta' dan it-telf mill-istabbilimenti permanenti tal-kumpannija riċevitur fit-territorju tiegħu.

    Artikolu 7

    1. Meta l-kumpannija riċevitur ikollha sehem mill-kapital tal-kumpannija trasferitur, kull qligħ li jmiss lill-kumpannija riċevitur mal-kanċellazzjoni tas-sehem tagħha ma għandu ikun lijabbli għall-ebda tassazzjoni.

    2. L-Istati Membri jistgħu jidderogaw mill-paragrafu 1 fejn is-sehem tal-kumpannija riċevitur fil-kapital tal-kumpannija trasferitur ma jaqbiżx il-25 %.

    Artikolu 8

    1. Mal-waqt ta' inkorporazzjoni, diviżjoni jew skambju ta' l-ishma, l-allokazzjoni tat-titoli li jirrapreżentaw il-kapital tal-kumpannija riċevitur jew ta' dik tal-kisba lil azzjonist tal-kumpannija trasferitur jew ta' dik li tikseb bi skambju għat-titoli li jirrappreżentaw il-kapital tal-kumpannija ta' l-aħħar ma għandhom, minnhom infushom, joħolqu l-ebda tassazzjoni fuq id-dħul, il-profitti jew il-profitti kapitali ta' dan l-azzjonist.

    2. L-Istati Membri għandhom japplikaw il-paragrafu 1 bil-kondizzjoni li l-azzjonist ma jagħtix lit-titoli rċevuti valur ogħla għall-għanijiet tat-taxxa milli kellhom it-titoli skambjati immedjatament qabel l-inkorporazzjoni, id-diviżjoni jew l-iskambju.

    L-applikazzjoni tal-paragrafu 1 ma għandhiex tipprevjieni lill-Istati Membri milli jintaxxaw il-qligħ li jinħoloq mit-trasferiment sossegwanti tat-titoli rċevuti bl-istess mod bħall-qligħ li jiġi mit-trasferiment tat-titoli li kienu jeżistu qabel il-kisba.

    F'dan il-paragrafu, l-espressjoni "valur għall-għanijiet tat-taxxa" ifisser l-ammont li fuq il-bażi tiegħu kull qligħ jew telf jiġu kkomputati għall-għanijiet tat-taxxa fuq id-dħul, il-qligħ jew il-profitt kapitali ta' azzjonist tal-kumpannija.

    3. Meta, skond il-liġijiet ta' l-Istat Membru li fih ikun jirresjiedi, azzjonist jista' jagħżel trattament differenti fit-taxxa minn dak iddikjarat fil-paragrafu 2, il-paragrafu 1 ma għandux japplika għat-titoli li rigward tagħhom tista' tiġi eżerċitata l-għażla.

    4. Il-paragrafi 1, 2 u 3 ma għandhomx jipprevjienu Stat Membru milli jqis, meta jintaxxa l-azzjonisti, kull ħlas fil-flus korrenti li jista' jintgħamel fuq l-inkorporazzjoni, id-diviżjoni jew l-iskambju.

    IT-TITOLU III

    Ir-regoli li japplikaw għat-trasferiment ta' l-attiv

    Artikolu 9

    Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 4, 5 u 6 għandhom japplikaw għat-trasferimenti ta' l-attiv.

    IT-TITOLU IV

    Il-każ speċjali tat-trasferiment ta' stabbiliment permanenti

    Artikolu 10

    1. Meta l-attiv ittrasferit f'inkorporazzjoni, diviżjoni jew trasferiment ta' l-attiv jinkludi stabbiliment permanenti tal-kumpannija trasferitur li jkun lokat fi Stat Membru ieħor għajr dak tal-kumpannija trasferitur, dan l-Istat ta' l-aħħar għandu jirrinunzja għal kull dritt li jintaxxa lill-istabbiliment permanenti. Madankollu, l-Istat ta' kumpannija trasferitur jista' jerġa' jistabbilixxi fil-qligħ taxxabbli ta' din il-kumpannija dak it-telf ta' l-istabbiliment permanenti li jkun għamel tajjeb minn qabel għall-qligħ taxxabbli tal-kumpannija f'dan l-Istat u li ma jkunx ġie rkuprat. L-Istat li fih l-istabbiliment permanenti jkun stabbilit u l-Istat tal-kumpannija riċevitur għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għal dan it-trasferiment daqs li kieku l-Istat ta' qabel kien l-Istat tal-kumpannija trasferitur.

    2. Bħala deroga mill-paragrafu 1, meta l-Istat Membru ta' kumpannija trasferitur japplika sistema li tintaxxa profitti mifruxa mad-dinja kollha, dan l-Istat Membru għandu jkollu d-dritt li jintaxxa kull qligħ jew profitti kapitali ta' l-istabbiliment permanenti li jirriżultaw mill-inkorporazzjoni, diviżjoni jew trasferiment ta' l-attiv, bil-kondizzjoni li jagħti solliev għal din it-taxxa li, li kieku ma kienx għad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, kienu jkunu mposti fuq dak il-qligħ jew dak il-profitt kapitali fl-Istat Membru li fih ikun lokat l-istabbiliment permanenti bħalma kien jagħmel jekk it-taxxa kienet attwalment imposta u ġiet imħallsa.

    IT-TITOLU V

    Dispożizzjonijiet finali

    Artikolu 11

    1. Stat Membru jista' jirrifjuta li japplika jew li jirtira l-benefiċċju tad-dispożizzjonijiet fl-intier tagħhom jew f'parti minnhom tat-Titoli II, IIIu IV meta jidher li l-inkorporazzjoni, id-diviżjoni, it-trasferiment ta' l-attiv jew l-iskambju ta' ishma:

    (a) ikollu bħala l-għan immedjat tiegħu jew bħala wieħed mill-għanijiet immedjati prinċipali tiegħu l-evażjoni tat-taxxa jew il-ħarbien minnha; il-fatt li waħda mill-ħidmiet riferiti fl-Artikolu 1 ma tiġix imwettqa għal raġunijiet kummerċjali validi bħalma huma l-istrutturazzjoni mill-ġdid jew ir-razzjonalizzazzjoni ta' l-attivitajiet tal-kumpanniji li jkunu qegħdin jieħdu sehem fil-ħidma jista' jikkostitwixxi preżunzjoni ta' evażjoni mit-taxxa jew ħarbien minnha bħala l-għan immedjat ewlieni tagħha jew wieħed mill-għanijiet immedjati ewliena tagħha;

    (b) jirriżulta f'kumpannija, sewwa jekk tkun qiegħda tieħu sehem fil-ħidma u sewwa jekk le, li ma tibqax twettaq iktar il-kondizzjonijiet meħtieġa sabiex l-impjegati tagħha jiġu rrappreżentati fuq l-organi tal-kumpannija skond l-arranġamenti fis-seħħ qabel din il-ħidma.

    2. Il-paragrafu 1 (b) għandu jibqa' japplika sakemm u safejn l-ebda dispożizzjoni fil-liġi Komunitarja li jkun fiha l-ekwivalenti dwar ir-rappreżentanza ta' l-impjegati fuq l-organi tal-kumpannija ma tapplika għall-kumpanniji koperti b'din id-Direttiva.

    Artikolu 12

    1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għalbiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva mhux iktar tard mill-1 ta' Jannar 1992 u għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan minnufih.

    2. Bħala deroga mill-paragrafu 1, ir-Repubblika Portugiża tista' ddewwem l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet involuti rigward it-trasferiment ta' l-attiv u l-iskambji ta' l-ishma sa l-1 ta' Jannar 1993.

    3. L-Istati Membri għandhom jikkomunkaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet ewliena tal-liġijiet nazzjonali tagħhom li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

    Artikolu 13

    Din id-Direttva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fit-23 ta' Lulju 1990.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    G. Carli

    [1] ĠU C 39, tat-22.3.1969, p. 1.

    [2] ĠU C 51, tad-29.4.1970, p. 12.

    [3] ĠU C 100, ta' l-1.8.1969, p. 4.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    Il-lista tal-kumpanniji riferiti fl-Artikolu 3(a)

    (a) il-kumpanniji skond il-liġijiet Belġjani magħrufa bħala "société anonyme""naamloze vennootschap", "société en commandite par actions""commanditaire vennootschap op aandelen", "société privée à responsabilité limitée""besloten vennootschap met beperkte aansprakelijkheid" u dawk il-korpi tal-liġi pubblika li joperaw skond il-liġi privata;

    (b) il-kumpanniji skond il-liġijiet Daniżi magħrufa bħala: "aktieselskab", "anpartsselskab";

    (ċ) il-kumpanniji skond il-liġijiet Ġermaniżi magħrufa bħala: "Aktiengesellschaft", "Kommanditgesellschaft auf Aktien", "Gesellschaft mit beschraenkter Haftung", "bergrechtliche Gewerkschaft";

    (d) il-kumpanniji skond il-liġijiet Griegi magħrufa bħala: "anonymi etaireia";

    (e) il-kumpanniji skond il-liġijiet Spanjoli magħrufa bħala: "sociedad anónima", "sociedad comanditaria por acciones", "sociedad de responsabilidad limitada" u dawk il-korpi tal-liġi pubblika li joperaw skond il-liġi privata;

    (f) il-kumpanniji skond il-liġijiet Franċiżi magħrufa bħala: "société anonyme", "société en commandite par actions", "société à responsabilité limitée" u l-istabbilimenti u l-impriżi pubbliċi industrijali u kummerċjali;

    (g) il-kumpanniji fil-liġijiet Irlandiżi magħrufa bħala kumpanniji pubbliċi limitati skond l-ishma jew b'garanziji, il-kumpanniji privati limitati skond l-ishma jew bil-garanziji, il-korpi rreġistrati skond l-"Industrial and Provident Societies Acts" (l-Atti dwar is-Soċjetajiet Industrijali u l-Istituzzjonijiet ta' Għajnuna) jew soċjetajiet tal-bini rreġistrati skond il-"Building Societies Acts" (l-Atti dwar is-Soċjetajiet tal-Bini);

    (h) il-kumpanniji skond il-liġijiet Taljani magħrufa bħala "società per azioni", "società in accomandita per azioni", "società a responsabilità limitata", u entitajiet pubbliċi u privati li jwettqu attivitajiet industrijali u kummerċjali;

    (h) il-kumpanniji skond il-liġijiet tal-Lussemburgu magħrufa bħala "société anonyme", "société en commandite par actions", "société à responsabilité limitée";

    (j) il-kumpanniji skond il-liġijiet Daniżi magħrufa bħala: "naamloze vennootschap", "besloten vennootschap met beperkte aansprakelijkheid";

    (k) il-kumpanniji kummerċjali jew il-kumpanniji tal-liġi ċivili li għandhom għamla kummerċjali kif ukoll persuni legali oħra li jwettqu attivitajiet kummerċjali jew industrijali, li huma inkorporati skond il-liġijiet Portugiżi;

    (l) il-kumpanniji inkorporati skond il-liġijiet tar-Renju Unit.

    --------------------------------------------------

    Top