Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31990L0398

    Id-Direttiva tal-Kunsill ta' l-24 ta' Lulju 1990 li temenda d-Direttiva 84/647/EEC dwar l-użu ta' vetturi mikrija mingħajr is-sewwieq għat-trasport ta' merkanzija bit-triq

    ĠU L 202, 31.7.1990, p. 46–46 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 23/02/2006

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1990/398/oj

    31990L0398



    Official Journal L 202 , 31/07/1990 P. 0046 - 0046
    Finnish special edition: Chapter 7 Volume 3 P. 0205
    Swedish special edition: Chapter 7 Volume 3 P. 0205


    Id-Direttiva tal-Kunsill

    ta' l-24 ta' Lulju 1990

    li temenda d-Direttiva 84/647/EEC dwar l-użu ta' vetturi mikrija mingħajr is-sewwieq għat-trasport ta' merkanzija bit-triq

    (90/398/EEC)

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod speċjali l-Artikolu 75 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku [3],

    Billi l-Artikolu 8 tad-Direttiva 84/647/KEE [4] jeħtieġ illi l-Kunsill jerġa' jeżamina l-Artikoli 3(2) u 4(2) tad-Direttiva hawn fuq imsemmija li fihom klawsoli restrittivi;

    Billi l-klawsoli restrittivi rriżultaw illi d-Direttiva ma ġietx applikata ugwalment fil-Komunità; billi l-abolizzjoni, għallinqas f'parti, ta' dawn il-klawsoli tippermetti l-maniġġjar finanzjarju aħjar u tnaqqas l-ispejjeż tal-burdnara li joperaw għal rashom jew bil-kiri jew għal kumpens;

    Billi d-Direttiva msemmija hawn fuq għandha għalhekk tiġi emendata,

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

    L-Artikolu 1

    Id-Direttiva 84/647/EEC hija hawnhekk emendata kif ġej:

    1. L-Artikolu 3(2) jiġi mibdul b'dan li ġej:

    "2. L-Istati Membri jistgħu jeskludu mid-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 il-ħidmiet tat-trasport għal rasu li jsir minn vetturi ta' toqol totali permissibbli bit-tagħbija ta' mhux aktar minn 6 tunnellati metriċi."

    2. L-Artikolu 4(2) huwa mħassar.

    L-Artikolu 2

    1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 1990 u għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan minnufih.

    L-Artikolu 3

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fl-24 ta' Lulju 1990.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    C. Mannino

    [1] ĠU C 296, ta' l-24.11.1989, p. 7 u ĠU C 150, tad-19. 6. 1990, p. 4.

    [2] ĠU C 96, tas-17.4.1990, p. 352.

    [3] ĠU C 124, tal-21.5.1990, p. 20.

    [4] ĠU L 335, tat-22.12.1984, p. 72.

    --------------------------------------------------

    Top