EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31990L0335
Commission Directive 90/335/EEC of 7 June 1990 amending for the fourth time the Annex to Council Directive 79/117/EEC prohibiting the placing on the market and use of plant protection products containing certain active substances
Direttiva tal-kummissjoni tas-7 ta’ Ġunju 1990 li temenda għar-raba’ darba l-Anness għad-Direttiva tal-Kunsill 79/117/KEE li jipprojbixxi t-tpoġġija fuq is-suq u l-użu ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom ċerti sustanzi attivi
Direttiva tal-kummissjoni tas-7 ta’ Ġunju 1990 li temenda għar-raba’ darba l-Anness għad-Direttiva tal-Kunsill 79/117/KEE li jipprojbixxi t-tpoġġija fuq is-suq u l-użu ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom ċerti sustanzi attivi
ĠU L 162, 28.6.1990, p. 37–37
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 27/11/2009; Imħassar b' 32009R1128
Official Journal L 162 , 28/06/1990 P. 0037 - 0037
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 33 P. 0012
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 33 P. 0012
Direttiva tal-kummissjoni tas-7 ta’ Ġunju 1990 li temenda għar-raba’ darba l-Anness għad-Direttiva tal-Kunsill 79/117/KEE li jipprojbixxi t-tpoġġija fuq is-suq u l-użu ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom ċerti sustanzi attivi (90/335/KEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 79/117/KEE ta’ l-21 ta’ Diċembru 1978 li tipprojbixxi t-tpoġġija fuq is-suq u l-użu ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom ċerti sustanzi attivi [1], kif l-aħħar emendata permezz tad-Direttiva 89/365/KEE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha, Billi l-iżvilupp ta’ l-għarfien xjentifiku u tekniku joħloq il-bżonn li jsiru ċerti emendi għall-Anness għad-Direttiva 79/117/KEE; Billi jidher ta’ min wieħed jixtieq li jitħassru ċertu numru ta’ derogi temporanji mill-projbizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva billi issa huma disponibbli tipi ta’ kura anqas perikolużi; Billi l-Istati Membri kollha infurmaw lill-Kummissjoni li m’għandhomx ħsieb li jew li m’għadx għandhom ħsieb li jagħmlu użu minn dawn id-derogi; Billi l-miżuri li hemm provduti f’din id-Direttiva huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq is-Saħħa tal-Pjanti, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 L-Anness għad-Direttiva 79/117/KEE huwa permezz ta’ din id-Direttiva emendat kif ġej: 1. Fil-Parti A, "Il-komposti tal-Merkurju": (a) taħt l-oġġett 4, "Il-komposti tal-merkurju Alkil", it-test fil-kolonna 2 huwa mħassar; (b) taħt l-oġġett 5, "Il-komposti tal-merkurju Alkoksialkil u aril", it-test fil-kolonna 2 huwa sostitwit permezz ta’:"Ċereali għat-trattament taż-żerriegħa". 2. Fil-parti B, "Il-komposti ta’ l-organokloru persistenti": (a) taħt l-oġġett 1, "L-aldrin", it-test fil-kolonna 2 huwa mħassar; (b) taħt l-oġġett 5, "L-endrin", it-test fil-kolonna 2 huwa mħassar. Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom, mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 1991, iġibu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet meħtieġa sabiex iħarsu din id-Direttiva. Huma għandhom jinfurmaw b’dan lill-Kummissjoni immedjatemnt. Artikolu 3 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fis-7 ta’ Ġunju 1990. Għall-Kummissjoni Ray Mac Sharry Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 33, tat-8.2.1979, pġ. 36. [2] ĠU L 159, ta’ l-10.6.1989, pġ. 58. --------------------------------------------------