EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31990D0637

Id-Deċiżjoni Tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 1990 li tirrigwarda l-konklużjoni ta’ Protokoll li jġedded il-Ftehim ta’ Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tat-Tajlandja dwar il-produzzjoni, il-marketing u l-kummerċ tal-manjoka

ĠU L 347, 12.12.1990, p. 23–23 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1990/637/oj

Related international agreement

31990D0637



Official Journal L 347 , 12/12/1990 P. 0023 - 0023


Id-Deċiżjoni Tal-Kunsill

tat-22 ta’ Ottubru 1990

li tirrigwarda l-konklużjoni ta’ Protokoll li jġedded il-Ftehim ta’ Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tat-Tajlandja dwar il-produzzjoni, il-marketing u l-kummerċ tal-manjoka

(90/637/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi l-konklużjoni ta’ Protokoll li jġedded il-Ftehim ta’ Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tat-Tajlandja dwar il-produzzjoni, il-marketing u l-kummerċ tal-manjoka [1] hija fl-interess reċiproku tagħhom;

Billi l-Protokoll imsemmi għandu jiġi approvat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

L-Artikolu 1

Il-Protokoll li jġedded il-Ftehim ta’ Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tat-Tajlandja dwar il-produzzjoni, il-marketing u l-kummerċ tal-manjoka huwa hawnhekk approvat f’isem il-Komunità.

It-test ta’ dan il-Protokoll huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

L-Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat li jinnomina l-persuna mogħtija l-poter li tiffirma l-Ftehim riferit fl-Artikolu 1 sabiex jorbot lill-Komunità.

Magħmul fil-Lussemburgu, fit-22 ta’ Ottubru 1990.

Għall-Kunsill

Il-President

G. de Michelis

[1] ĠU L 219, tat-28.7.1982, p. 53.

--------------------------------------------------

Top