Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31989R2053

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE)Nru 2053/89 tal-10 ta’ Lulju 1989 li jistabilixxi liġijiet dettaljati għall-applikazzjoni ta’ sistema ta’ prezzijiet minimi għall-importazzjoni ta’ xi ċirasa pproċessata

    ĠU L 195, 11.7.1989, p. 11–13 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 06/02/2009: This act has been changed. Current consolidated version: 12/11/1994

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1989/2053/oj

    31989R2053



    Official Journal L 195 , 11/07/1989 P. 0011 - 0013
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 29 P. 0202
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 29 P. 0202


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE)Nru 2053/89

    tal-10 ta’ Lulju 1989

    li jistabilixxi liġijiet dettaljati għall-applikazzjoni ta’ sistema ta’ prezzijiet minimi għall-importazzjoni ta’ xi ċirasa pproċessata

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 426/86 tal-24 ta’Frar 1986 fuq l-organiżżazzjoni komuni tas-suq fi prodotti proċessati mill-ħaxix u l-frott [1], kif l-aħħar emendat mir- Regolament (KEE) Nru 1125/89 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 9(6) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1676/85 tal-11 ta’Ġunju 1985 fuq il-valuta monetarja u r-rati tal-kambju li għandhom jiġu mplimentati għal raġunijiet ta’ politika komuni ta’ l-agrikoltura [3], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 1636/87 [4], u b’mod partikolari l-Artikolu 10(2) tiegħu,

    Billi l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KEE) Nru 426/86 jipprovdi għall-applikazzjoni ta’ prezz minimu għall-importazzjoni ta’ xi prodotti elenkati fl-Anness I, parti B ta’ dak ir- Regolament; filwaqt li xi ċiras pproċessat ġiet mehmuża, mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2247/88 [5], mall-lista ta’ prodotti soġġetti għal dawn l-emendi;

    Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3225/88 [6] jistipula regoli ġenerali li jirrelataw mas-sistema ta’ prezzijiet minimi għall-importazzjoni ta’ xi ċiras pproċessat; billi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ din is-sistema għandhom jiġu stabbiliti; billi r-raġuni għal dawn ir-regoli għandha tkun li żżomm in-negozjanti milli jevitaw l-osservanza tal-prezzijiet minimi permezz ta’ prezzijiet qarrieqa li huma diffiċli li wieħed jiskoprihom u jiġġieldilhom b’mod effettiv; filwaqt li prezzijiet qarrieqa bħal dawn jista’ jkollhom konsegwenzi serji għas-suq tal-Komunità fejn jidħlu l-prodotti in kwistjoni, u n-nuqqas ta’ ċċarġjar ta’ taxxi kompensatorji li jirriżultaw joħloq telf konsiderevoli fejn jidħlu riżorsi tal-budget;

    Billi sabiex tiġi prevenuta frodi u l-konsegwenzi ta’ ħsara għas-suq taċ-ċiras pproċessat in kwistjoni ġġib magħha, sistemi ta’ kontrolli ta’ dwana sostanzjalment imsaħħa għandhom jiġu stabbiliti; filwaqt li l-awtoritajiet tad-dwana nazzjonali għandhom jivverifikaw jekk il-prezz minimu ta’ mportazzjoni huwiex osservat ma’ kull kunsinna mportata u, fl-eventwalità ta’ nuqqas ta’ osservazzjoni ta’ dak il-prezz jimponu t-taxxa kompensatorja li hija ekwivalenti għad-differenza bejn il-prezz minimu ta’ mportazzjoni u l-prezz ta’ mportazzjoni dikjarat;

    Billi madanakollu, l-iskop ewlieni ta’ sistema ta’ prezzijiet minimi għall-import,azzjoni, huwa li tiggarantixxi li prodotti minn pajjiżi tat-tielet dinja ma jfixklux is-suq tal-Komunità minħabba li l-prezzijiet li bihom qegħdin jiġu offruti huma baxxi wisq; filwaqt li l-istess osservazzjoni tal-prezz minimu ta’ mportazzjoni għandha konsegwentament tiġi verifikata sa l-istadju tal-bejgħ; billi għandu jkun hemm riferenza, bħala turija ta’ l-osservazzjoni tal-prezz minimu għall-importazzjoni, għad-dokumenti li jistabilixxu l-prezz għal bejgħ mill-ġdid;

    Billi r-riskji li prezzijiet għall-l-importazzjoni iddikjarati b’mod qarrieqi huma għoljin; billi proċedura speċjali għandha tiġi stabbilita li tikkonċerna każijiet sospetti ta’ dikjarazzjonijiet foloz;

    Billi f’każijiet fejn il-prezz minimu għall-importazzjoni ma ġiex osservat, għandu jiġi assigurat l-ġbir tal-ħlas kompensatorju; billi b’dak il-għan il-prodotti jistgħu jiġu mħollija skond l-Artikolu 13 tad-Direttiva tal-Kunsill 79/695/KEE [7], kif l-aħħar emendat mid-Direttiva 81853/KEE [8] u l-Artikolu 20 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 82/57/KEE [9], kif l-aħħar emendat mid-Direttiva 83/371/KEE( [10]; billi l-importatur għandu jforni prova ta’ konformità mall-prezz minimu; billi żmien limitat għall-forniment ta’ din l-istess prova għandu jiġi wkoll speċifikat;

    Billi huwa wkoll neċessarju li jiġu ntrodotti tfittxijiet a posteriori fuq l-importazzjonijiet; filwaqt illi l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom iwettqu tfittxijiet bl-addoċċ fuq xi 10 % mill-kunsenji mportati; filwaqt li huwa għalhekk meħtieġ li n-neguzjanti jżommu d-dokumenti rilevanti għal perijodu speċifiku, bl-iskop li jagħmluhom disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti; filwaqt li l-perijodu għandu jiġi limitat għal tlett snin wara s-sena li fiha d-dikjarazzjoni għall-ħelsien għal ċirkulazzjoni libera ġiet aċċettata;

    Filwaqt li l-Kummissjoni għandha tiġi nfurmata fuq it-tfittxijiet magħmula għall-verifikazzjoni ta’ l-osservanza tal-prezzijiet minimi għall-importazzjoni;

    Filwaqt li l-Kumitat ta’ Ġestjoni għal Prodotti Proċessati mill-Ħaxix u l-Frott ma tax opinjoni fil-limitu ta’ żmien stipulat mill-president tal-tiegħu,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Prinċipji u definizzjonijiet

    Artikolu 1

    Il-prezz minimu għall-importazzjoni ta’ xi ċiras pproċessat għandu jiġi maħsub li jkun osservat meta l-prezz minimu għall-importazzjoni m’huwiex inqas mill-prezz minimu għall-importazzjoni applikabbli fil-ġurnata li fiha d-dikjarazzjoni għall-ħelsien għal ċirkulazzjoni libera tiġi aċċettata.

    Artikolu 2

    1. Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, il-fatturi li ġejjin għandhom jikkonstitwixxu l-prezz għall-importazzjoni:

    (a) il-prezz fob fil-pajjiż ta’ oriġini; u

    (b) spejjeż ta’ assigurazzjoni u trasport għal raġuni ta’ ntroduzzjoni fit-territorju tad-dwana tal-Komunità.

    2. Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1, ‘il-prezz fob’ ifisser il-prezz imħallas fuq il-post jew li għandu jitħallas għall-kwantità ta’ prodotti miżmuma fil-kunsenja, li jinkludi l-ispiża biex il-kunsinja tiġi mqiegħda fuq meżż ta’ trasport fil-post ta’ tagħbija fil-pajjiż ta’ oriġini u spejjeż oħra li jsiru f’dak il-pajjiż. Il-prezz fob ma jinkludix l-ispiża ta’ kwalunkwe servizzi a karigu tal-bejjiegħ minn x’ħin il-prodotti jiġu mqiegħda abbord meżż ta’ trasport.

    3. Meta jinstab li l-prezzijiet fuq bejgħ mill-ġdid, b’mod dirett jew permezz ta’ kummerċ intermedjarju, huma aktar minn 15 % inqas mill-prezz minimu għal kunsinja mportata, il-medja miżuna ta’ dawk il-prezzijiet għandha tiġi meqjusa bħala l-prezz għall-importazzjoni.

    4. Meta l-fatturi msemmija fil-paragrafu 1 huma espressi f’munita oħra minn dik tal-Pajjiż Membru li fih il-prodotti huma rilaxxjati għal ċirkulazzjoni libera, ir-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 1766/85 [1] ĠU L 168, tat-28.6.1985, p. 21. fuq ir-rati tal-kambju li għandhom jintużaw fid-determinazzjoni tal-valur tad-dwana għandu japplika.

    5. Il-prezz għall-importazzjoni għandu jintwera fid-dikjarazzjoni għall-ħelsien għal ċirkulazzjoni libera.

    6. L-utent aħħari, għall-għanjiet ta’ dan ir-Regolament, għandu jkun jew manifattur li juża l-prodott imsemmi bil-għan li jipproċessah fi prodott ieħor li huwa skond il-kodiċi tal-KN xort’ oħra minn dawk murija fid-dikjarazzjoni għall-ħelsien għal dikjarazzjoni libera, jew negozjant li jbigħ b’mod esklussiv lill-konsumaturi.

    7. Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, kunsinja mportata għandha tiġi magħmula mill-prodotti kollha soġġetti għall-istess dikjarazzjoni kollha kemm hi għall-ħelsien għal ċirkulazzjoni libera.

    Artikolu 3

    Il-prezz minimu għall-importazzjoni għandu jiġi aġġustat minn koperazzjoni monetarja meqjusa b’tali mod li tikkonverti dak il-prezz bir-rata tal-kambju medja użata fit-twaqqif jew l-alterazzjoni ta’ l-ammonti monetarji kumpensatorji.

    Kontroll u taxxi fuq l-importazzjoni

    Artikolu 4

    L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom, kull meta dikjarazzjoni għall-ħelsien għal ċirkulazzjoni libera tiġi aċċettata, jikkumparaw il-prezz ta’ l-importazzjoni dikjarat mal-prezz minimu għall-import applikabbli għall-merkanzija fil-ġurnata li fiha d-dikjarazzjoni tiġi aċċettata.

    Meta l-prezz muri fuq il-fattura huwa għall-pagament differit għal perijodu li jeċċedi t-tlett xhur, il-prezz muri fuq il-fattura għandu jiġi mnaqqas b’1 % għal kull xahar ta’ differiment mogħti barra dawk it-tlett xhur.

    Artikolu 5

    Meta l-prezz tal-importazzjoni huwa inqas mil-prezz minimu tal-importazzjoni applikabbli għall-merkanzija, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jiċċarġjaw somma kumpensatorja ekwivalenti għad-differenza bejn dawk il-prezzijiet.

    Proċedura speċjali ta’ kontroll

    Artikolu 6

    1. Meta l-awtoritajiet tad-dwana għandhom dubji validi li l-prezz li jidher fid-dikjarazzjoni għall-ħelsien għal ċirkulazzjoni libera jirrifletti l-prezz għall-importazzjoni attwali, għandhom jinħtieġu l-importatur li jforni fi żmien sitt xhur prova li l-prodott ġie mibjugħ b’kundizzjonijiet li jassikuraw li l-prezz minimu għall-importazzjoni kien osservat, bla preġudizzju lejn l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 13 tad-Direttiva 79/695/KEE u l-Artikolu 20 tad-Direttiva 82/57/KEE.

    2. Iż-żmien limitat stipulat fil-paragrafu 1 jista’ jiġi estiż mill-awtorità kompetenti bi tlett xhur l-iktar f’applikazzjoni mill-operatur ġustifikata kif xieraq.

    Artikolu 7

    1. Il-prezz tal-importazzjoni minimu għandu jiġi meqjus li jkun osservat jekk l-importatur iforni prova fejn jidħlu mqar 95 % tal-kunsinja mportata li l-prodott ġie mibjugħ lill-utent aħħari mingħajr aktar ipproċessar, wara li ġie ppakkjat, b’mod dirett jew permezz ta’ intermedjarji kummerċjali bi prezz għall-inqas ekwivalenti għall-prezz minimu tal-importazzjoni.

    2. Jekk il-prova mill-uitent aħħari ma tistax tiġi ppreżentata minkejja l-passi kollha meħudha mill-importatur, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jaċċettaw provi oħra bl-iskop li juru li l-prodott kien mibjugħ b’ kundizzjonijiet li jindikaw li l-prezz minimu għall-importazzjoni ġie osservat.

    3. L-applikazzjoni għall-proċedura speċjali ta’ kontroll għandha tkun mingħajr preġudizzju lejn it-tfittxijiet a posteriori msemmija fl-Artikoli 8, 9 u 10.

    Tfittxijiet a posteriori

    Artikolu 8

    L-importatur għandu jżomm disponibbli għall-eżami mill-awtoritajiet kompetenti, bi skop ta’ tfittxijiet a posteriori, prova ta’ pagament lill-bejjiegħ u d-dokumenti kummerċjali kollha bħal fatturi, kuntratti u korrispondenza li tikkonċerna x-xiri u l-bejgħ tal-prodotti msemmija għal mill-inqas tlett snin wara s-sena li fiha d-dikjarazzjoni għal ċirkulazzjoni libera ġiet aċċettata.

    Artikolu 9

    1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu tfittxijiet bl-addoċċ.

    2. Tfittxijiet għandhom jitwettqu kull sena fuq xi 10 % mill-kunsinni mportati.

    Artikolu 10

    Meta, matul it-tfittxija, l-awtoritajiet kompetenti isibu li l-prezz minimu tal-importazzjoni ma ġiex osservat, dawn għandhom jiċċarġjaw somma kompensatorja mnaqqsa bl-ammont diġa mħallas bħala somma kompensatorja.

    Provvedimenti Finali

    Artikolu 11

    Stati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni darba f’sena, qabel l-aħħar ta’ l-ewwel sitt xhur, fuq it-tfittxijiet imwettqa fis-sena preċedenti biex jivverifikaw l-osservanza tal-prezzijiet minimi tal-importazzjoni.

    Artikolu 12

    Dan ir-Regolament għandu jibda jseħħ fit-tmien ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fl-10 ta’ Lulju 1989.

    Għall-Kummissjoni

    Ray Mac Sharry

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 49, tas-27.2.1986, p. 1.

    [2] ĠU L 118, tad-29.4.1989, p. 29.

    [3] ĠU L 164, ta’ l-24.6.1985, p. 1.

    [4] ĠU L 153, tat-13.6.1987, p. 1.

    [5] ĠU L 198, tas-26.7.1988, p. 21.

    [6] ĠU L 288, tal-21.10.1988, p. 11.

    [7] ĠU L 205, tat-13.8.1979, p. 19.

    [8] ĠU L 319, tas-7.11.1981, p. 1.

    [9] ĠU L 28, tal-5.2.1982, p. 38.

    [10] ĠU L 204, tat-28.7.1983, p. 63.

    --------------------------------------------------

    Top