EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31989L0682

Id-Direttiva tal-Kunsill tal-21 ta’ Diċembru 1989 li temenda d-Direttiva 86/298/KEE dwar strutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib immuntati fuq in-naħa ta’ wara ta’ tratturi bir-roti għall-agrikultura jew għall-foresterija, b’karreġġjata dejqa

ĠU L 398, 30.12.1989, p. 29–30 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2015; Imħassar b' 32013R0167

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1989/682/oj

31989L0682



Official Journal L 398 , 30/12/1989 P. 0029 - 0030
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 19 P. 0127
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 19 P. 0127


Id-Direttiva tal-Kunsill

tal-21 ta’ Diċembru 1989

li temenda d-Direttiva 86/298/KEE dwar strutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib immuntati fuq in-naħa ta’ wara ta’ tratturi bir-roti għall-agrikultura jew għall-foresterija, b’karreġġjata dejqa

(89/682/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 100a tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

B’kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku [3];

Billi jeħtieġ li jkunu adottati miżuri bl-għan li jistabbilixxu progressivament is-suq intern matul perjodu li jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 1992; billi s-suq intern hu magħmul minn żona mingħajr fruntieri interni li fiha hu assigurat il-moviment liberu tal-merkanzija, persuni, servizzi u kapital;

Billi l-Artikolu 13 tad-Direttiva 86/298/KEE [4] jistabbilixxi li d-dispożizzjonijiet li bħalissa huma fis-seħħ għandhom ikunu ssuplimentati b’dispożizzjonijiet li jintroduċu t-testijiet ta’ l-impatt fil-proċedura tat-test dinamiku;

Billi, minħabba li diġà hemm dispożizzjoni għal test addizzjonali fil-każ tal-proċedura tat-test statiku, huwa meħtieġ li anki fil-proċedura tat-test dinamiku jkun hemm provvediment għal test ieħor li b’mod iktar preċiż jirrifletti s-sitwazzjoni fil-każ li jinqaleb xi tractor sabiex dawn iż-żewġ proċeduri ta’ test ikunu jistgħu jsiru ekwivalenti u l-iżbilanċ preżenti li hemm bejniethom ikun eliminat;

Billi l-parametri purament teoretiċi u l-kalkoli li fuqhom kien inizjalment ibbażat it-test dinamiku ta’ l-impatt kien is-suġġett ta’ l-esperimenti prattiċi li ma jħallux dubju dwar il-fiduċja tagħhom;

Billi huwa meħtieġ ukoll li jkun emendat l-iskop tad-Direttiva 86/298/KEE sabiex ikun iċċarat il-kliem tat-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 1 li jikkonċerna t-tyres immuntati fuq il-fusien ta’ quddiem u ta’ wara, u b’hekk tkun eliminata kull possibbiltà ta’ interpretazzjonijiet differenti,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

Id-Direttiva 86/298/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:

1. It-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 1 huwa mibdul b’dan li ġej:

"- wisa’ ta’ l-ispessur tal-fus fissa jew li tista’ tkun aġġustata ta’ anqas minn 1150 mm għall-fusien mgħammra bl-aktar tyres wesgħin; ladarba l-fus mgħammar bl-aktar tyres wesgħin hu meqjus li jista’ jkun aġġustat għal spessur ta’ wisa’ massima ta’ 1150 mm, il-fus l-ieħor għandu jkun jista’ jiġi aġġustat b’tali mod li t-trufijiet ta’ barra ta’ l-idjaq tyres ma joħorġux lil hemm mit-trufijiet ta’ barra tat-tyres fuq il-fus bl-aktar tyres wesgħin. Meta ż-żewġ fusien huma mgħammra b’roti u tyres ta’ l-istess daqs, il-wisa’ fissa jew aġġustata ta’ l-ispessur taż-żewġ fusien għandha tkun anqas minn 1150 mm;"

2. Fl-Anness II, il-punt 3.1.1 huwa mibdul b’dan li ġej:

"3.1.1.Wara kull test parzjali fil-proċedura tat-test dinamiku, għandu jkun ħieles minn tiċrit jew xquq kif deskritti fil-punt 3.1 ta’ l-Anness III (A).

Jekk, matul it-test dinamiku, jidhru ammont ta’ tiċrit jew xquq, test addizzjonali dwar l-impatt jew it-tgħaffiġ kif definit fil-punt 1.6 ta’ l-Anness III (A) għandu jkun imwettaq immedjatament wara t-test li jkun ikkaġuna dawn it-tiċritiet jew xquq li jidhru";

3. Fl-Anness III (A), il-punt 1.6 huwa mibdul b’dan li ġej:

"1.6. Test addizzjonali

1.6.1. Jekk tiċritiet jew xquq li ma jistgħux jitqiesu negliġibbli jidhru waqt it-test ta’ l-impatt, it-tieni test simili, iżda b’għoli ta’ waqgħa ta’:

H′ =

×

għandu jitwettaq immedjatament wara t-test ta’ l-impatt li jkun ħoloq dawn it-tiċritiet jew xquq li jidhru, "a"; hija r-relattività tad-diformazzjoni permanenti għad-diformazzjoni elastika (a = Dp/De) meta mkejla fil-punt ta’ l-impatt.

Iż-żieda fid-diformazzjoni permanenti minħabba t-tieni impatt ma tridx teċċedi t-30 % tad-diformazzjoni permanenti kkawżata mill-ewwel impatt.

Sabiex ikun jista’ jitwettaq test ieħor, jeħtieġ li titkejjel id-diformazzjoni elastika waqt it-testijiet kollha ta’ l-impatt.

1.6.2. Jekk, waqt it-test tat-tgħaffiġ, jidhru ammont ta’ tiċritiet jew xquq, it-tieni test simili ta’ tgħaffiġ, iżda b’saħħa ekwivalenti għal 1,2 Fv, għandu jitwettaq immedjatament wara t-test tat-tgħaffiġ li kkaġuna dawn it-tiċritiet jew xquq li jidhru.";

4. Fl-Anness VI, il-punt li ġej huwa miżjud:

"7.3. Indikazzjoni u riżultati ta’ xi test dinamiku addizzjonali."

L-Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn 12-il xahar mit-3 ta’ Jannar 1990. Għandhom mill-ewwel jgħarrfu lill-Kummissjoni dwarhom.

L-Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-21 ta’ Diċembru 1989.

Għall-Kunsill

Il-President

E. Cresson

[1] ĠU C 311, tas-6.12.1988, p. 9.

[2] ĠU C 120, 16.5.1989, p. 70. uĠU C 256, 9.10.1989, p. 76.

[3] ĠU C 102, 24.4.1989, p. 5.

[4] ĠU L 186, tat-8.7.1986, p. 26.

--------------------------------------------------

Top