EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31989L0676
Council Directive 89/676/EEC of 21 December 1989 amending Directive 75/106/EEC on the approximation of the laws of the member states relating to the making-up by volume of certain prepackaged liquids
Id-Direttiva tal-Kunsill tal-21 ta’ Diċembru 1989 li temenda d-Direttiva 75/106/KEE fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-pre-kondizzjonament bil-volum ta’ ċerti likwidi f’imballaġġ minn qabel
Id-Direttiva tal-Kunsill tal-21 ta’ Diċembru 1989 li temenda d-Direttiva 75/106/KEE fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-pre-kondizzjonament bil-volum ta’ ċerti likwidi f’imballaġġ minn qabel
ĠU L 398, 30.12.1989, p. 18–18
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 10/04/2009
Official Journal L 398 , 30/12/1989 P. 0018 - 0018
Finnish special edition: Chapter 15 Volume 9 P. 0145
Swedish special edition: Chapter 15 Volume 9 P. 0145
Id-Direttiva tal-Kunsill tal-21 ta’ Diċembru 1989 li temenda d-Direttiva 75/106/KEE fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-pre-kondizzjonament bil-volum ta’ ċerti likwidi f’imballaġġ minn qabel (89/676/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li juistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment Artikolu 100a tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], B’koperazzjoni mal-Parlament Ewropew [2] Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3], Billi d-Direttiva 75/106/KEE [4], kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 88/316/KEE [5] tipprovdi għal armonizzazzjoni totali tal-firxa ta’ kwantitajiet nominali ta’ ċerti prodotti fis-settur ta’ l-inbid; Billi, fid-dawl ta’ l-iżviluppi fil-Komunità fuq kif isir l-inbid, l-ibbottiljar u it-tikkettjar ta’ l-inbid, huwa meħtieġ li din il-firxa tkun mibdula; Billi, biex ikun permess l-użu ta’ fliexken li jkunu jistgħu jiġu ritornati li għandhom volum mhux kopert mill-imsemmija Direttiva, huwa meħtieġ li fiha jiġu inklużi regoli speċjali, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Id-Direttiva 75/106/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej: 1. it-tieni subparagrafu ta’ Artikolu 1 huwa mibdul b’dan li ġej: "Id-Direttiva ma tapplikax għal pakketti lesti minn qabel li jkun fihom il-prodotti elenkati f’Anness III: - il-punt 1 (a) li huma magħmulin, ibbottiljati u b’tikketta f’volumi li ma jaqbżux 0.25 litri u li huma maħsubin għal użu professjonali, - il-punti 2 (a) u 4, li huma maħsubin jew għal konsum abbord ajruplani, vapuri u ferroviji jew għall-bejgħ fi ħwienet ta’ bla dazju;" 2. f’Artikolu 5(3): (a) il-punt (a) huwa mħassar; (b) l-inċiżi fil-punt (ċ) jitbiddlu b’li ġej: "— 0.68 litri, 0.70 litri u 0,98 litri fi Spanja, sal-31 ta’ Diċembru 1992. — 0.46 litri u 0.70 litri fil-Greċja, sal-31 ta’ Diċembru 1992."; 3. Anness III, il-kolonna I (1) (a) huwa hawnhekk emendat kif ġej: (a) li ġej jiżdied: "0187 (1) –4-8"; (b) "0187 (għal konsum abbord ajruplani u vapuri biss)", fl-aħħar tal-firxa ta’ volumi, jitħassar. (ċ) in-nota fil-qiegħ li ġejja għandha tiżdied: "(1) Valur li jirrigwarda biss il-konsum abbord ajruplani, vapuri u ferroviji u għall-bejgħ fi ħwienet ta’ bla dazju." Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jaderixxu ma’ din id-Direttiva fl-1 ta’ Lulju, 1990. Huma għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan. Artikolu 3 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fil-21 ta’ Diċembru 1989. Għall-Kunsill Il-President E. Cresson [1] ĠU C 31, tas-7.2.1989, p.146 [2] ĠU C 158, tas-26.6.1989, p.215, u.ĠU C 291, tas-20.11.1989, p.44 [3] ĠU C 139, tal-5.6.1989, p.8 [4] ĠU L 42, tal-15.2.1975, p.1. [5] ĠU L 143, ta’ l-10.6.1988, p.26 --------------------------------------------------