Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31989L0662

    Id-Direttiva tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern

    ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13–22 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2019; Revokat u sostitwit bi 32017R0625

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1989/662/oj

    31989L0662



    Official Journal L 395 , 30/12/1989 P. 0013 - 0022
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 31 P. 0216
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 31 P. 0216


    Id-Direttiva tal-Kunsill

    tal-11 ta' Diċembru 1989

    dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern

    (89/662/KEE)

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43 dwar dan,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1];

    Wara li kkunsidra l-fehma tal-Parlament Ewropew [2],

    Wara li kkunsidra l-fehma tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

    Billi l-Komunità trid tadotta miżuri mfassla biex jistabbilixxu s-suq intern progressivament fuq kull perjodu li jiskadi fil-31 ta' Diċembru 1992;

    Billi l-ħidma armonjuża ta' l-organizzazzjoni komuni tas-suq fi prodotti ta' bhejjem ħajjin u prodotti ta' oriġini ta' annimal jimplika ż-żarmar ta' barrieri veterinarji għall-iżvilupp tal-kummerċ intra-Komunitarju fil-prodotti kkonċernati; billi f'dan ir-rigward il-moviment ħieles tal-prodotti agrikoli huwa karatteristika fondamentali ta' l-organizzazzjoni komuni tas-swieq u għandha tiffaċilita l-iżvilupp razzjonali tal-produzzjoni agrikola u ta' l-aħjar użu tal-fatturi tal-produzzjoni.

    Billi fil-qasam veterinarju fruntieri huma preżentament użati sabiex jitwettqu spezzjonijiet li jimmiraw sabiex iħarsu s-saħħa pubblika u s-saħħa ta' l-annimali;

    Billi l-mira aħħarija hija biex jiġi żgurat li l-ispezzjonijiet veterinarji jitwettqu fil-post tad-dispaċċ biss; billi l-kisba ta' dan l-għan jimplika l-armonizzazzjoni tal-ħtiġiet bażiċi li jirrelataw għall-ħarsien tas-saħħa pubblika u s-saħħa ta' l-annimali;

    Billi bil-ħsieb għat-tlestija tas-suq intern, kemm-il darba ssir il-kisba ta' dan l-għan, l-enfasi għandu jitpoġġa fuq l-ispezzjonjiet li jridu jitwettqu fil-post tad-dispaċċ u fl-organizzazzjoni ta' dawk li jistgħu jitwettqu fil-post tad-destinazzjoni; billi kull soluzzjoni bħal din tinvolvi s-sospensjoni ta' spezzjonijiet veterinarji fil-fruntieri interni tal-Komunità;

    Billi din is-soluzzjoni timplika kunfidenza aktar fl-ispezzjonijiet veterinarji mwettqa mill-Istat tad-dispaċċ; billi dan ta' l-aħħar għandu jiżgura li dawn l-ispezzjonijiet veterinarji jiġu mwettqa f'kull manjiera xierqa;

    Billi fl-Istat tad-destinazzjoni spezzjonijiet veterinarji fil-lok jistgħu jitwettqu fil-post tad-destinazzjoni; billi madankollu, fil-każ ta' preżunzjoni serja ta' irregolarità, l-ispezzjoni veterinarja tista' titwettaq waqt li l-oġġetti huma fi vjaġġ;

    Billi huwa għall-Istati Membri li jispeċifikaw f'kull pjan li jrid jiġi sottomess il-mod li bih hemm il-ħsieb li jwettaq l-ispezzjoni u billi dawn il-pjani għandhom ikunu s-suġġett ta' l-approvazzjoni tal-Komunità;

    Billi disposizzjoni trid issir għall-azzjoni li trid tittieħed fejn kull spezzjoni veterinarja turi li l-konsenja hija rregolari; billi f'kull sitwazzjoni bħal din tliet soluzzjonijiet possibbli jistgħu jiġu magħżula: l-għan ta' l-ewwel waħda jkun biex jipprovdi għar-regolarizzazzjoni ta' dokumenti mhux korretti, dak tat-tieni sabiex kull periklu jiġi evitat fejn jinstab li jkun hemm kull tifqigħa ta' kull marda epiżootika, kull marda serja ġdida u li tittieħed jew kawża oħra li tista' tikkaġuna periklu serju lill-annimali jew lis-saħħa tal-bniedem, waqt li l-bżonn tat-tielet ikun meta l-oġġetti li ma jissodisfawx il-ħtiġiet stabbiliti għar-raġunijiet oħra għajr dawk li saret referenza għalihom;

    Billi għandha ssir disposizzjoni għal kull proċedura sabiex jiġu riżolti konflitti li jistgħu jiġru meta jkunu rigward konsenji minn kull stabbiliment, ċentru ta' produzzjoni jew impriża;

    Billi disposizzjoni trid issir għal miżuri protettivi; billi f'dan il-qasam, speċjalment għal raġunijiet ta' effettività, responsabbiltà għandha l-ewwel tistrieħ ma' l-Istat Membru tad-dispaċċ; billi l-Kummissjoni trid tkun tista' taġixxi b'għaġġla, b'mod partikolari permezz ta' visti fuq il-post u tadotta miżuri xierqa għas-sitwazzjoni.

    Billi sabiex ikunu effettivi, ir-regoli stabbiliti minn din id-Direttiva jridu jkopru kull oġġett li huma suġġett fil-każ ta' kummerċ intra-Komunitarju għal ħtiġiet veterinarji;

    Billi, madankollu, rigward ċertu mard epizootiku, sitwazzjonijiet ta' saħħa differenti għadhom jipprevalu fl-Istati Membri u billi, kemm-il darba jkun hemm kull avviċinament tal-Komunità dwar il-metodi sabiex jikkumbattu dan il-mard, il-kwistjoni ta' l-ispezzjoni tal-kummerċ intra-Komunitarju tal-bhejjem ħajjin għandha għalissa titħalla fil-ġenb u kull spezzjoni dokumentata għandha tiġi permessa matul il-vjaġġ; billi, in vista ta' l-istat preżenti ta' regoli armonizzati u sakemm isiru regoli tal-Komunità, oġġetti li m'humiex is-suġġett ta' regoli armonizzati għandhom iħarsu l-ħtiġiet ta' l-Istat tad-destinazzjoni kemm-il darba dawn ta' l-aħħar huma f'konformità ma' l-Artikolu 36 tat-Trattat;

    Billi id-disposizzjonijiet tad-Direttivi eżistenti għandhom jiġu adattati għar-regoli ġodda stabbiliti f'din id-Direttiva;

    Billi dawn ir-regoli għandhom jerġgħu jiġu eżaminati mill-ġdid qabel l-aħħar ta' l-1993;

    Billi l-Kummissjoni għandha tiġi fdata bl-impenn illi tadotta miżuri għall-applikazzjoni ta' din id-Direttiva; billi, għal dan l-iskop, disposizzjoni għandha sseħħ għal proċeduri illi tistabbilixxi koperazzjoni mill-qrib u effettiva bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri fil-Kumitat Veterinarju Imwaqqaf;

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ispezzjonijiet veterinarji li jridu jitwettqu fuq prodotti ta' oriġini ta' l-annimali li huma koperti bid-Direttivi elenkati fil-lista fl-Anness A jew minn Artikolu 14 u li huma maħsuba għall-kummerċ m'humiex jitwettqu iżjed, mingħajr preġudizzju għal Artikolu 6, fil-fruntieri imma huma mwettqa b'mod konformi ma' din id-Direttiva.

    Artikolu 2

    Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva:

    1. "Spezzjoni veterinarja" tfisser kull spezzjoni fiżika u/jew formalità amministrattiva li tapplika għall-prodotti li għalihom saret referenza fl-Artikolu 1 u li huma maħsuba għall-ħarsien, dirett jew mod ieħor, ta' saħħa pubblika jew ta' l-annimali;

    2. "kummerċ" ifisser kummerċ bejn l-Istati Membri f'oġġetti fit-tifsira ta' l-Artikolu 9 (2) tat-Trattat;

    3. "stabbiliment" ifisser kull impriża li tipproduċi, taħżen jew tipproċessa l-prodotti li għalihom saret referenza fl-Artikolu 1;

    4. "awtorità kompetenti" tfisser l-awtorità ċentrali ta' kull Stat Membru kompetenti sabiex iwettaq spezzjonijiet veterinarji jew kull awtorità lil lilha tkun ġiet delegata din il-kompetenza;

    5. "uffiċjal veterinarju" ifisser il-veterinarju maħtur mill-awtorità kompetenti ċentrali ta' l-Istat Membru.

    KAPITOLU I

    Spezzjonijiet fl-oriġini

    Artikolu 3

    1. L-Istati Membri għandhom jiżguaw li l-uniċi prodotti maħsuba għall-kummerċ huma dawk li saret referenza għalihom fl-Artikolu 1 li ġew miksuba, verifikati, immarkati u tikkettjati b'mod konformi mar-regoli tal-Komunità għad-destinazzjoni fi kwistjoni u li huma akkumpanjati lid-destinatarju finali msemmi f'kull ċertifikat ta' saħħa, ċertifikat tas-saħħa ta' l-annimali jew b'kull dokument ieħor li hemm provdut mir-regoli veterinarji tal-Komunità.

    L-iffissar ta' l-oriġini għandhom jiżguraw, b'sorveljanza kostanti tagħhom infushom, li dawn il-prodotti jissodisfaw il-ħtiġiet ta' l-ewwel sub-paragrafu.

    Mingħajr preġudizzju għad-doveri tal-monitoraġġ assenjati lill-veterinarju uffiċjali taħt il-leġislazzjoni tal-Komunità, l-awtorità kompetenti għandha twettaq spezzjonijiet regolari fuq stabbilimenti sabiex tissodisfa lilha nnifisha li l-prodotti maħsuba għal kummerċ iħarsu l-ħtiġiet tal-Komunità jew, fil-każijiet li għalihom saret referenza fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu u Artikolu 14, mal-ħtiġiet ta' l-Istati Membri tad-destinazzjoni.

    Meta hemm raġunijiet ta' suspett li l-ħtiġiet m'humiex qed jintlaħqu, l-awtorità kompetenti għandha twettaq l-ispezzjonijiet meħtieġa u, jekk is-suspett jiġi konfermat, tieħu miżuri xierqa, li jistgħu jinkludu li l-qbil jiġi rtirat.

    2. Meta l-ħidma tat-trasport tinvolvi diversi postijiet ta' destinazzjoni, prodotti għandhom jinġabru flimkien f'kull numru ta' lottijiet daqs kemm hemm postijiet ta' destinazzjoni. Kull lott irid jiġi akkumpanjat miċ-ċertifikat jew dokument imsemmija qabel.

    Meta l-prodotti li għalihom saret referenza f'Artikolu 1 huma maħsuba għall-esportazzjoni lil kull pajjiz terz, il-ħidma tat-trasport irid jibqa' taħt sorveljanza tad-dwana sal-punt tal-ħruġ mit-territorju tal-Komunità.

    3. L-Istati Membri li jagħmlu importazzjonijiet b'għażla minn ċertu pajjiżi terzi għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar l-eżistena ta' dawn l-importazzjonijiet.

    Billi l-prodotti huma miġjuba fit-territorju tal-Komunità permezz ta' kull Stat Membru ieħor minn dawk li għalihom saret referenza hawn fuq, dak l-Istat Membru għandu jwettaq spezzjoni dokumentata fuq l-oriġini u d-destinazzjoni ta' l-oġġetti b'mod konformi ma' l-Artikolu 6 (1).

    L-Istati Membri tad-destinazzjoni għandhom jipprojbixxu l-prodotti konċernati milli jintbagħtu mit-territorju tagħhom kemm-il darba m'humiex intenzjonati għal Stat Membru ieħor bl-istess mod ta' għażla.

    Artikolu 4

    1. L-Istati Membri tad-dispaċċ għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li l-operaturi jħarsu l-ħtiġiet veterinarji f'kull stadju tal-produzzjoni, ħażna, bejgħ, immarkitjar u trasport tal-prodotti li għalihom saret referenza fl-Artikolu 1. B'mod partikolari, għandhom jiżguraw li:

    - il-prodotti miksuba b'mod konformi mad-direttivi li għalihom saret referenza f'Anness A huma spezzjonati bl-istess mod, minn kull lat veterinarju, jekk huma maħsuba għall-kummerċ intra-Komunitarju jew għas-suq nazzjonali,

    - il-prodotti koperti mill-Anness B m'humiex mibgħuta lit-territorju ta' Stat Membru ieħor, jekk ma jistgħux jiġu mibjugħa fit-territorju tagħhom għal raġunijiet ġustifikati fl-Artikolu 36 tat-Trattat.

    2. L-Istati Membri tad-dispaċċ għandhom jieħdu l-miżuri amministrattivi, legali jew penali xierqa biex jippenalizzaw kull ksur ta' leġislazzjoni veterinarja minn persuni naturali jew legali fejn jinsab li r-regoli tal-Komunità ġew miksura, b'mod partikolari meta jinstab li ċ-ċertifikati jew dokumenti mfassla ma jikkorrispondux ma' l-istat attwali tal-prodotti jew li timbri tas-saħħa pubblika ġew imwaħħla ma' prodotti li ma jikkonformawx ma' dawn ir-regoli.

    KAPITOLU II

    Spezzjonijiet meta jaslu fid-destinazzjoni

    Artikolu 5

    1. L-Istati Membri tad-destinazzjoni għandhom jimplimentaw il-miżuri li ġejjin:

    (a) L-awtorità kompetenti tista', fil-postijiet ta' destinazzjoni ta' l-oġġetti, tiċċekja bl-użu ta' spezzjonijiet veterinarji mhux diskriminatorji fil-lok, li l-ħtiġiet ta' l-Artikolu 3 kienu ġew mħarsa; Hi tista' tieħu kampjuni fl-istess ħin.

    Barra minn hekk, meta l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru ta' transitu jew ta' l-Istati Membri ta' destinazzjoni għandha l-informazzjoni li twassalha biex tissusspetta kull ksur tal-liġi, spezzjonijiet jistgħu jsiru wkoll matul it-trasport ta' oġġetti fit-territorju tagħha, inkluż spezzjonijiet fuq konformità rigward il-mezzi tat-trasport;

    (b) meta l-prodotti li għalihom saret referenza fl-Artikolu 1 li joriġinaw fi Stat Membru ieħor huma maħsuba:

    - għal kull stabbiliment impoġġi taħt ir-responsibbiltà ta' kull veterinarju uffiċjali, dan ta' l-aħħar għandu jassigura li huma l-prodotti biss li jikkonformaw mal-ħtiġiet ta' Artikolu 3 (1) rigward l-immarkar u d-dokumenti li jakkumpanjaw jew, fil-każ ta' prodotti li għalihom saret referenza fl-Anness B, huma akkompanjati bid-dokument stipulat bir-regoli tal-pajjiż ta' destinazzjoni, huma permessi għal dak l-istabbiliment,

    - għal kull intermedjarju approvat li jaqsam il-lottijiet jew għal kull impriża kummerċjali b'ħafna friegħi, jew kull stabbiliment ieħor mhux suġġett għal superviżjoni permanenti, dan ta' l-aħħar għandu jiċċekkja, qabel ma' l-lott jiġi maqsum jew impoġġi fis-suq, li l-marki msemmija, ċertifikat, jew dokumenti li għalihom saret referenza fl-ewwel inċiż huma preżenti u l-awtorità kompetenti nnotifikata dwar kull irregolarità jew anomalija,

    - għal destinatarji oħra, b'mod partikolari meta l-lott huwa parzjalment imħott waqt il-vjaġġ, il-lott għandu jkun akkumpanjat, b'mod konformi ma' l-Artikolu 3 (1), ma' l-oriġinal taċ-ċertifikat li għalih saret referenza fl-ewwel inċiż.

    Il-garanziji li jridu jkunu fornuti mid-destinatarji li għalihom saret referenza fit-tieni u t-tielet inċiż għandhom jiġu speċifikati f'kull ftehim ma' l-awtorità kompetenti li għandu jiġi ffirmat fiż-żmien tar-reġistrazzjoni ta' qabel li għalih hemm ipprovdut fil-paragrafu 3. L-awtorità kompetenti għandha twettaq spezzjonijiet kif ġie ġie sabiex konformità tiġi vverifikata ma' dawk il-garanziji.

    2. Mingħajr preġudizzju għal Artikolu 4, meta l-istandards tal-Komunità stabbiliti mir-regoli tal-Komunità ma ġewx iffissati u fil-każ li hemm provdut fl-Artikolu 14, l-Istat Membru tad-destinazzjoni jeħtieġ, b'qies mistħoqq għad-disposizzjonijiet ġenerali tat-Trattat, li l-isabbiliment ta' l-oriġini irid japplika l-istandards fis-seħħ taħt ir-regoli nazzjonali ta' dak l-Istat Membru. L-Istat Membru ta' l-oriġini għandu jiżgura li l-prodotti fi kwistjoni jħarsu dawk il-ħtiġiet.

    3. Operaturi li għandhom prodotti mwassla lilhom minn Stat Membru ieħor jew min jaqsam kull lott sħiħ ta' dawn il-prodotti:

    (a) għandhom ikunu suġġetti, jekk ikun mitlub mill-awtorità kompetenti, għal reġistrazzjoni minn qabel;

    (b) għandhom iżommu kull reġistru li fih dawn il-konsenji huma rrekordjati;

    (ċ) iridu, jekk ikunu hekk mitluba mill-awtorità kompetenti, jirrappurtaw il-wasla tal-prodotti minn Stat Membru ieħor, sakemm u safejn ikun meħtieġ li jitwettqu spezzjonijiet li għalihom saret referenza fil-paragrafu 1;

    (d) iżommu għal kull perjodu ta' mhux anqas minn sitt xhur hekk li jkun speċifikat mill-awtorità kompetenti, iċ-ċertifikati u d-dokumenti tas-saħħa li għalihom saret referenza fl-Artikolu 3 għal preżentazzjoni lill-awtorità kompeteneti jekk ikun mitlub minn dan ta' l-aħħar.

    4. Ir-regoli dettaljati sabiex jiġi implimentat dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati b'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18.

    5. Il-Kunsill, huwa u jaġixxi fuq il-bażi ta' kull rapport tal-Kummissjoni akkumpanjat minn kull proposta, għandu jerġa' jeżamina mill-ġdid dan l-Artikolu f'perjodu ta' kull tliet snin mill-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva.

    Artikolu 6

    1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li matul l-ispezzjonijiet imwettqa fil-postijiet fejn prodotti minn kull pajjiż terz jistgħu jiddaħħlu fit-territorju tal-Komunità, bħal ma huma portijiet, ajruporti u postijiet ta' fruntieri ma' pajjiżi terzi, il-miżuri li ġejjin iridu jittieħdu:

    (a) kull spezzjoni dokumentata għandha ssir fuq l-oriġini tal-prodotti;

    (b) meta l-prodotti huma importati minn pajjiżi terzi, iridu jintbagħtu, taħt sorveljanza tad-dwana, lill-postijiet ta' l-ispezzjoni sabiex spezzjonijiet veterinarji jkunu jistgħu jitwettqu.

    Il-prodotti li għalihom saret referenza fl-Anness A jistgħu ma jgħaddux mid-dwana kemm-il darba dawk l-ispezzjonijiet ma jkunux urew li jikkonformaw mar-regoli tal-Komunità.

    Il-prodotti li għalihom saret referenza f'l-Anness B u dawk li huma s-suġġett ta' importazzjonijiet b'għażla b'mod konformi ma' l-Artikolu 3 (3) li, wara li jiddaħħlu fit-territorju tal-Komunità, għandhom jintbagħtu lit-territorju ta' kull Stat Membru ieħor, iridu:

    - jew jgħaddu minn spezzjonijiet veterinarji sabiex juru li jikkonformaw mar-regoli tad-destinazzjoni ta' l-Istat Membru,

    - jew, wara kull spezzjoni viżwali biss sabiex jiġi stabbilit li d-dokumenti u l-prodotti jaqblu ma' xulxin, jintbagħtu taħt sorveljanza tad-dwana lill-post tad-destinazzjoni fejn l-ispezzjonijiet veterinarji jridu jitwettqu;

    (ċ) prodotti ta' oriġini tal-Komunità għandhom ikunu suġġett għar-regoli ta' l-ispezzjoni stabbiliti f'l-Artikolu 5.

    2. Madankollu, mill-1 ta' Jannar 1993 u bħala deroga minn paragrafu 1, kull prodott trasportat permezz ta' mezz ta' trasport regolari jew dirett li jagħqad żewġ punti ġeografiċi tal-Komunità għandu jkun suġġett għar-regoli ta' l-ispezzjoni li għaliha saret referenza fl-Artikolu 5.

    Artikolu 7

    1. Jekk, waqt kull spezzjoni mwettqa fil-post tad-destinazzjoni ta' kull konsenja jew matul il-vjaġġ, l-awtoritajiet kompetenti ta' kull Stat Membru jistabbilixxu:

    (a) il-preżenza ta' aġenti responsabbli għal kull marda msemmija fid-Direttiva 82/894/KEE [4], kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 89/162/KEE [5], kull żoonosi jew marda, jew kull kawża oħra li tista tikkostitwixxi kull periklu serju lil annimal jew bniedem, jew li l-prodotti jiġu minn erja infettata minn kull marda epiżootika, għandhom, minn barra rigward aspetti ta' saħħa ta' l-annimali, fil-każ ta' prodotti suġġett għal wieħed mit-trattamenti li għalihom saret referenza fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 80/215/KEE [6], kif l-aħħar ementata mid-Direttiva 88/660/KEE [7], sabiex il-lott ikun meqrud jew użat f'kull mod ieħor stabbilit mir-regoli tal-Komunità.

    Spejjeż li jirrelataw għall-qerda tal-lott għandhom jiġu merfugħa mill-fornitur jew ir-rappreżentant tiegħu.

    L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru tad-destinazzjoni għandhom minnufih javżaw lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni permezz ta' telex tar-riżultati miksuba, id-deċiżjonijiet meħuda u r-raġunijiet għal dawn id-deċiżjonijiet.

    Il-miżuri ta' ħarsien li għalihom hemm provdut fl-Artikolu 9 jistgħu jiġu applikati.

    Magħduda ma' dan, fuq it-talba ta' kull Stat Membru u b'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17, il-Kummissjoni tista', sabiex tiffaċċja sitwazzjonijiet mhux provduti mill-leġislazzjoni tal-Komunità, tadotta kull miżura meħtieġa biex tasal għal kull avviċinament maħdum mill-Istati Membri;

    (b) li l-oġġetti ma jilħqux il-kondizzjonijiet stabbiliti mid-direttivi tal-Komunità, jew, fl-assenza ta' deċiżjonijiet dwar l-istandards tal-Komunità provduti mid-direttivi, permezz ta' standards nazzjonali, jistgħu, kemm-il darba jippermettu konsiderazzjonijiet ta' saħħa u saħħa ta' l-annimali, jagħtu l-fornitur jew ir-rappreżentant tiegħu l-għażla li:

    - jeqirdu l-oġġett, jew

    - jużaw l-oġġetti għall-għanijiet oħra, inkluż li jirritornawhom bl-awtorizzazzjoni ta' l-awtorità kompetenti tal-pajjiż li stabbilixxa l-oriġini.

    Madankollu, jekk iċ-ċertifikat jew id-dokumenti jinstab li jkun fihom irregolaritajiet, il-konsenjatur għandu jingħata kull perjodu ta' żmien ta' grazzja qabel ma jkun hemm rikors għal din l-aħħar possibbiltà.

    2. B'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18, il-Kummissjoni għandha tfassal kull lista ta' l-aġenti u l-mard li għalihom saret referenza fil-paragrafu 1, u regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu.

    Artikolu 8

    1. Fil-każijiet li hemm provdut għalihom fl-Artikolu 7, l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru tad-destinazzjoni għandu jagħmel kuntatt ma' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru tad-dispaċċ mingħajr dewmien. L-awtoritajiet ta' l-aħħar għandhom jieħdu kull miżura meħtieġa u javżaw lill-awtorità kompetenti ta' l-ewwel Stat Membru dwar in-natura ta' l-ispezzjonijiet mwettqa, id-deċiżjoni meħuda u r-raġunijiet għal dawn id-deċiżjonijiet.

    Jekk l-awtorità ta' l-ewwel Stat Membru tibża' li dawn il-miżuri m'humiex adegwati, l-awtoritajiet kompetenti taż-żewġ Stati Membri għandhom flimkien ifittxu modi u mezzi sabiex jirrimedjaw is-sitwazzjoni; jekk jixraq dan għandu jinvolvu spezzjoni fuq il-lok.

    Meta l-ispezzjonijiet provduti fl-Artikolu 7 juru irregolaritajiet ripetuti, l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru tad-destinazzjoni għandu jinforma lill-Kummissjoni u d-dipartimenti veterinarji ta' l-Istati Membri l-oħra.

    Il-Kummissjoni, fuq talba ta' l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru tad-destinazzjoni jew fuq l-inizjattiva tagħha, u filwaqt li tqis in-natura tal-ksur ta' liġi stabbilit, tista':

    - tibgħat kull missjoni ta' spezzjoni lill-istabbiliment kkonċernat, jew

    - tagħti struzzjonijiet lill-veterinarju uffiċjali, li ismu għandu jkun fuq kull lista li għandha tiġi ppreparata mill-Kummissjoni fuq suġġeriment ta' l-Istati Membri, u li hu aċċettabbli lill-partijiet diversi kkonċernati, biex jispezzjona l-fatti fl-istabbiliment kkonċernat,

    - titlob lill-awtorità kompetenti sabiex tintensifika t-teħid ta' kampjuni tal-prodotti ta' l-istabbiliment kkonċernat.

    Għandha tinforma lill-Istati Membri dwar is-sejbiet tagħha.

    Meta dawn il-miżuri huma meħuda biex jiffaċċjaw dawn l-irregolaritajiet ripetuti min-naħa ta' kull stabbiliment, il-Kummissjoni għandha tiġbor kull spiża magħmula mill-applikazzjoni ta' l-inċiżi tas-subparagrafu iktar 'il fuq mill-istabbiliment involut.

    Waqt l-istennija tas-sejbiet mill-Kummissjoni, l-Istat Membru li bagħat irid, fuq talba ta' l-Istat Membru tad-destinazzjoni, jintensifika spezzjonijiet fuq prodotti li ġejjin mill-istabbiliment fi kwistjoni, u jekk ikun hemm raġunijiet serji ta' saħħa ta' l-annimali jew pubblika, jissospendi l-approvazzjoni.

    L-Istat Membru tad-destinazzjoni irid, għall-parti tiegħu, jintensifika spezzjonijiet fuq prodotti li ġejjin mill-istess stabbiliment.

    Fuq it-talba ta' wieħed miż-żewġ Stati Membri kkonċernati - meta l-irregolaritajiet huma kkonfermati bl-opinjoni ta' l-espert - il-Kummissjoni trid b'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17, tieħu l-miżuri xierqa, li jistgħu jaslu sabiex l-awtorizzazzjoni ta' l-Istati Membri biex jipprojbixxu proviżorjament il-fornitura ta' prodotti li jinġiebu fit-territorju tagħhom minn dak l-istabbiliment. Dawn il-miżuri jridu jiġu konfermati jew riveduti kemm jista' jkun malajr b'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17.

    Għandhom jiġu adottati r-regoli ġenerali sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu b'mod konformi mal-proċedura mfassla fl-Artikolu 18.

    2. M'għandhomx jiġu affettwati minn din id-Direttiva drittijiet ta' appell li jeżisti taħt il-liġijiet fis-seħħ fl-Istati Membri kontra deċiżjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti.

    Deċiżjonijiet meħuda mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat tad-destinazzjoni u r-raġunijiet għal dawn id-deċiżjoni għandhom jiġu mgħarrfa lill-fornitur jew lir-rappreżentant tiegħu u lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru tad-dispaċċ.

    Jekk il-fornitur jew ir-rappreżentant tiegħu hekk jixtieq, id-deċiżjonijiet imsemmija u r-raġunijiet għandhom jiġu mwassla lilu bil-miktub bid-dettalji tad-drittijiet ta' l-appell li huma disponibbli għalih taħt il-liġi fis-seħħ fl-Istat Membru tad-destinazzjoni u tal-proċedura u l-limiti taż-żmien applikabbli.

    Madankollu, fil-każ ta' xi tilwima, u mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta' l-appell imsemmija qabel, iż-żewġ partijiet konċernati jistgħu, jekk jaqblu fuq hekk, f'kull perjodu massimu ta' xahar, jissottomettu t-tilwima għal stima minn kull espert li ismu jidher fuq kull lista ta' esperti tal-Komunità mfassla mill-Kummissjoni; l-ispejjeż tal-konsulta ta' l-espert għandhom jitħallsu mill-Komunità.

    Dawn l-esperti għandhom joħorġu l-fehmiet tagħhom f'mhux aktar minn 72 siegħa. Il-partijiet għandhom jimxu mal-fehma ta' l-espert, fil-waqt li jqisu kif mistħoqq il-leġislazzjoni veterinarja tal-Komunità.

    3. L-ispejjeż ta' meta l-konsenja tinġab lura, il-ħażna ta' l-oġġetti, it-tqegħid tagħhom għal użu ieħor jew meta jinqerdu għandhom jiġu mħallsa mid-destinatarju.

    KAPITOLU III

    Disposizzjonijiet komuni

    Artikolu 9

    1. Kull Stat Membru għandu minnufih jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar kull tifqigħa fit-territorju tiegħu, minbarra kull tifqigħa ta' mard li għalih saret referenza fid-Direttiva 82/894/KEE, ta' kull żoonożi, mard jew kawża oħra li aktarx tikkawża kull periklu serju lill-annimali jew lis-saħħa tal-bniedem.

    L-Istati Membri ta' l-oriġini għandhom minnufih jimplimenaw il-kontroll jew miżuri prekawzjonali provduti fir-regoli tal-Komunità, b'mod partikolarment fl-iffissar ta' żoni ta' lqugħ ipprovduti f'dawn ir-regoli, jew jadottaw kull miżura oħra li jqisu xierqa.

    L-Istat Membru tad-destinazzjoni jew ta' vjaġġ li, waqt spezzjoni li għaliha saret referenza fl-Artikolu 5, ġiet stabbilita l-eżistenza ta' waħda mill-mardiet jew kawżi li għalihom saret referenza fl-ewwel subparagrafu jista', jekk ikun meħtieġ, jieħu miżuri ta' prekawzjoni kif previst fir-regoli tal-Komunità.

    Sakemm isiru l-miżuri li jridu jittieħdu b'mod konformi ma' paragrafu 4, l-Istati Membri tad-destinazzjoni jistgħu, fuq raġunijiet serji ta' saħħa pubblika jew ta' l-annimali, jieħdu miżuri ta' ħarsien interim rigward l-istabbilimenti kkonċernati jew, fil-każ ta' kull marda epiżootika, b'rigward għall-erja ta' protezzjoni li hemm prevista fir-regoli tal-Komunità.

    Il-miżuri meħuda mill-Istati Membri għandhom jiġu mgħarrfa lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra mingħajr dewmien.

    2. Fuq it-talba ta' l-Istat Membru li għalih saret referenza fl-ewwel subparagrafu ta' paragrafu 1 jew fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, wieħed jew aktar rappreżentanti tal-Kummissjoni jistgħu jmorru f'daqqa fil-post konċernat sabiex jeżaminaw, f'kollaborazzjoni ma' l-awtoritajiet kompetenti, x'miżuri ġew meħuda, u għandhom joħorġu kull fehma fuq dawk il-miżuri.

    3. Jekk il-Kummissjoni ma ġietx infurmata dwar il-miżuri meħuda, jew jekk hi tikkonsidra li l-miżuri meħuda m'humiex adegwati, tista', f'kollaborazzjoni ma' l-Istati Membri kkonċernati u sakemm issir il-laqgħa tal-Kumitat Veterinarju Imwaqqaf, tieħu miżuri ta' ħarsien interim rigward prodotti mir-reġjun affettwat mill-marda epiżootika jew minn kull stabbiliment mogħti. Dawn il-miżuri għandhom jiġu sottomessi lill-Kumitat Veterinarju Imwaqqaf kemm jista' jkun malajr sabiex jiġu kkonfermati, emendati jew kanċellati b'mod konformi mal-proċedura stabbilita f'l-Artikolu 17.

    4. Il-Kummissjoni għandha f'kull każ tirrevedi s-sitwazzjoni fil-Kumitat Veterinarju Imwaqqaf ma' l-ewwel opportunità li jkollha. Għandha tadotta l-miżuri meħtieġa għall-prodotti li għalihom saret referenza fl-Artikolu 1 u, jekk is-sitwazzjoni hekk tirrikjedi, għall-prodotti li joriġinaw jew prodotti derivattivi minn dawn il-prodotti b'mod konformi mal-proċedura stabbilita f'l-Artikolu 17. Il-Kummissjoni għandha ssegwi s-sitwazzjoni u, bl-istess proċedura, għandha temenda jew tħassar id-deċiżjonijiet meħuda, skond kif tiżviluppa s-sitwazzjoni.

    5. Regoli dettaljati għat-twettiq ta' dan l-Artikolu, u b'mod partiklolari l-lista taż-żoonożi jew kawżi li x'aktarx jikkostitwixxu kull periklu serju għas-saħħa tal-bniedem, għandhom jiġu adottati b'mod konformi mal-proċedura stabbilita f'Artikolu 18.

    Artikolu 10

    Kull Stat Membru u l-Kummissjoni għandhom jaħtru d-dipartiment veterinarju jew dipartimenti responsabbli għat-twettieq ta' l-ispezzjonijiet veterinarji u għall-kollaborazzjoni mad-dipartimenti ta' spezzjoni ma' l-Istati Membri l-oħra.

    Artikolu 11

    L-Istati Membri għandhom ukoll jiżguraw li l-uffiċjali tad-dipartimenti veterinarji tagħhom, jekk ikun xieraq f'kollaborazzjoni ma' l-uffiċjali ta' dipartimenti oħra li għandhom is-setgħa għal dan, huma kapaċi b'mod partikolari li:

    - iwettqu spezzjonijiet ta' fondijiet, uffiċċji, laboratorji, stallazzjonijiet, mezzi ta' trasport, impjant u tagħmir, prodotti ta' ndafa u manutenzjoni, proċeduri użati għall-produzzjoni u l-ipproċessar ta' prodotti u l-immarkar u tikkettjar u preżentazzjoni ta' dawn il-prodotti,

    - iwettqu spezzjonijiet fuq jekk l-impjegati jikkonformaw mal-ħtiġiet stabbiliti fit-testi li għalihom saret referenza fl-Anness A,

    - jieħdu kampjuni minn prodotti miżmuma b'kull ħsieb li jinħażżnu jew jinbiegħu, jitpoġġew fis-suq jew jiġu trasportati;

    - jeżaminaw dokumentazzjoni jew materjal tal-kompjuter relevanti għall-ispezzjonijiet imwettqa wara l-miżuri meħuda kif previst bl-Artikolu 3 (1).

    Għal dan l-għan, għandhom jirċievu mill-istabbilimenti li qed jiġu spezzjonati l-kooperazzjoni meħtieġa fil-qadi ta' dawn id-dmirijiet.

    Artikolu 12

    1. L-Artikolu 8 (3) u l-Artikoli 10 u 11 tad-Direttiva 64/433/KEE [8], kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 88/657/KEE [9] huma mħassra.

    2. L-Artikolu 5 (3) u (4), u l-Artikoli 9, 10 u 11 tad-Direttiva 71/118/KEE [10], kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 88/657/KEE (9) huma mħassra.

    3. Fid-Direttiva 74/461/KEE [11], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 87/489/KEE [12];

    (i) l-Artikoli 5 (2), (3), (4) u (5) u Artikolu 6 u 8 huma mħassra;

    (ii) fl-Artikolu 8a, ir-referenzi għall-Artikolu 8 huma mibdula b'kull referenza għal Artikolu 9 tad-Direttiva 89/662/KEE.

    4. L-Artikolu 7 (3) u l-Artikoli 12 u 16 tad- Direttiva 77/99/KEE [13], kif emendati l-aħħar mid-Direttiva 89/227/KEE [14], huma mħassra.

    5. Fid-Direttiva 80/215/KEE:

    (i) l-Artikoli 5 (2), (3), (4) u (5) u l-Artikoli 6 u 7 huma mħassra;

    (ii) fl-Artikolu 7a, ir-referenzi għal Artikolu 7 huma mibdula b'kull referenza għal Artikolu 9 tad-Direttiva 89/662/KEE [15].

    6. L-Artikolu 5 (3) u (4), u Artikoli 7, 8 u 12 tad-Direttiva 85/397/KEE [16], kif emendati l-aħħar mir-Regolament (KEE) Nru 3768/85 [17] huma mħassra.

    7. L-Artikolu 10 (1) u (3) ta' Direttiva 88/657/KEE huwa mħassar.

    8. L-Artikoli 8 u 9 tad- Direttiva 89/437/KEE [18] huma mħassra.

    9. Fl-Anness B għad-Direttiva 72/462/KEE [19], dan li ġej għandu jiġi magħdud fiċ-ċertifikat: "Isem u indiriżż tad-destinarju";

    Artikolu 13

    1. L-Artikolu li ġej huwa miżjud mad-Direttivi 64/433/KEE u 71/118/KEE;

    "Artikolu 19

    Ir-Regoli stabbiliti fid-Direttiva 89/662/KEE [20] dwar spezzjonijiet veterinarji applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju, b'kull ħsieb li jitlesta s-suq intern, għandhom jgħoddu b'mod partikolari għal spezzjonijiet fl-oriġini, għall-organizzazzjoni ta' u l-prosegwiment ta' l-ispezzjonijiet li jridu jitwettqu mill-Istat Membru tad-destinazzjoni, u għall-miżuri ta' ħarsien li jridu jiġu implimentati."

    2. L-Artikolu li ġej huwa miżjud mad-Direttivi 72/461/KEE u 80/215/KEE;

    "Artikolu 15

    Ir-regoli stabbiliti fid-Direttiva 89/662/KEE [21] li tikkonċerna spezzjonijiet veterinarji li japplikaw fil-kummerċ intra-Komunitarju, b'kull ħsieb li jitlesta s-suq intern, għandhom japplikaw b'mod partikolari għall-ispezzjonijiet fl-oriġini, għall-organizzazzjoni ta' u s-sussegwentement ta' l-ispezzjonijiet imwettqa mill-Istat Membru tad-destinazzjoni, u għall-miżuri ta' ħarsien li jridu jiġu implimentati."

    3. L-Artikolu li ġej huwa magħdud mad-Direttiva 77/99/KEE:

    "Artikolu 24

    Ir-Regoli stabbiliti fid-Direttiva 89/662/KEE [22] dwar spezzjonijiet veterinarji li huma applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju, bil-ħsieb li jitlesta s-suq intern, għandhom jgħoddu b'mod partikolari għal spezzjonijiet fl-oriġini, għall-organizzazzjoni ta' u l-prosegwiment ta' l-ispezzjonijiet imwettqa mill-Istat Membru tad-destinazzjoni, u għall-miżuri ta' ħarsien li jridu jiġu implimentati."

    4. L-Artikolu li ġej huwa magħdud mad-Direttivi 85/397/KEE u 88/657/KEE;

    "Artikolu 18

    Ir-Regoli stabbiliti fid-Direttiva 89/662/KEE [23] dwar spezzjonijiet veterinarji applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju, bil-ħsieb li jitlesta s-suq intern, għandhom jgħoddu b'mod partikolari għal spezzjonijiet fl-oriġini, għall-organizzazzjoni ta' u l-prosegwiment ta' l-ispezzjonijiet li jridu jiġu imwettqa mill-Istat Membru tad-destinazzjoni, u għall-miżuri ta' ħarsien li jridu jiġu implimentati."

    5. L-Artikolu li ġej huwa magħdud mad-Direttiva 88/437/KEE:

    "Artikolu 17

    Ir-Regoli stabbiliti fid-Direttiva 89/662/KEE [24] dwar spezzjonijiet veterinarji applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju, b'kull ħsieb li jitlesta s-suq intern, għandhom jgħoddu b'mod partikolari għal spezzjonijiet fl-oriġni, għall-organizzazzjoni ta' u l-prosegwiment ta' l-ispezzjonijiet li jridu jitwettqu mill-Istat Membru tad-destinazzjoni, u għall-miżuri ta' ħarsien li jridu jiġu implimentati."

    Artikolu 14

    Sal-31 ta' Diċembru 1992, kummerċ fil-prodotti elenkati fl-Anness B għandu, kemm-il darba ssir l-adozzjoni tar-regoli tal-Komunità, ikun bla ħsara għar-regoli dwar il-kontroll stabbilit f'Artikolu 5 (2).

    L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw qabel id-data stabbilita f'Artikolu 19 il-kondizzjonijiet u l-proċeduri applikabbli presentement fil-kummerċ tal-prodotti li għalihom saret referenza fl-ewwel subparagrafu.

    Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq kull proposta mill-Kummissjoni, għandu jistabbilixxi l-arranġamenti finali applikabbli għal kummerċ fil-prodotti elenkati fl-Anness B qabel il-31 ta' Diċembru 1991.

    Artikolu 15

    Fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 64/432/KEE [25], irid jiġi mdaħħal il-punt li ġej:

    "2a. Wieħed jew aktar mir-rappreżentanti tal-Kummissjoni jista', fuq talba ta' kull Stat Membru jew fuq inizjattiva tal-Kummissjoni nnifisha, imur mill-ewwel fuq il-lok konċernat sabiex jeżamina, b'koperazzjoni ma' l-awtoritajiet kompetenti, il-miżuri meħuda u jagħti opinjoni fuq dawn il-miżuri."

    Artikolu 16

    1. L-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data stabbilita fl-Artikolu 19 (1) kull programm li jfassal il-miżuri nazzjonali li għandhom jittieħdu biex jinkiseb l-oġġettiv miftiehem ta' din id-Direttiva, b'mod partikolarment il-frekwenza ta' l-ispezzjonijiet.

    2. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-programmi kkomunikati mill-Istati Membri bi qbil mal-paragrafu 1.

    3. Kull sena u għall-ewwel darba fl-1991, il-Kummissjoni għandha tindirizza lill-Istati Membri kull rakkomandazzjoni fuq kull programm ta' spezzjonijiet għas-sena ta' wara; il-Kumitat Veterinarju Imwaqqaf ikun esprima l-fehma tiegħu fuq ir-rakkomandazzjoni minn qabel. Din ir-rakkomandazzjoni tista' tkun suġġetta għal adattazzjonijiet aktar tard.

    Artikolu 17

    1. Meta l-proċedura stabbilita f'dan l-Artikolu trid tintuża, materji għandhom mingħajr dewmien jiġu riferuti mill-President jew fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba ta' kull Istat Membru lill-Kumitat Veterinarju Imwaqqaf (minn issa 'l quddiem imsejjaħ "il-Kumitat") stabbilit mid-Deċiżjoni 68/381/KEE [26].

    2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lill-Kumitat kull abbozz tal-miżuri li jridu jittieħdu. Il-Kumitat għandu jagħti l-fehma tiegħu fuq l-abbozz f'kull limitu ta' żmien li l-President tiegħu jistabbilixxi b'mod konformi ma' l-urġenza tal-materja. Il-fehma għandha tingħata bil-maġġoranza stabbilita fl-Artikolu 148 (2) tat-Trattat fil-każ tad-deċiżjonijiet li l-Kunsill ikun meħtieġ li jadotta fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri ġewwa l-Komunità għandhom jitwieżnu fil-manjiera dikjarata f'dak l-Artikolu. Il-President ma għandux jivvota.

    3. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri maħsuba jekk ikunu bi qbil mal-fehma tal-Kumitat.

    4. Jekk il-miżuri previsti m'humiex konformi mal-fehma tal-Kumitat, jew jekk l-ebda fehma ma tingħata, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tissottometti lill-Kunsill kull proposta dwar miżuri li jridu jittieħdu.

    Il-Kunsill għandu jaġixxi b'kull maġġoranza kwalifikata.

    Jekk, wara l-iskadenza ta' kull perjodu ta' ħmistax-il jum mid-data riferuta lill-Kunsill, il-Kunsill ma jkunx aġixxa, il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri proposti, għajr fejn il-Kunsill ikun iddeċieda kontra l-miżuri msemmija b'kull maġġoranza sempliċi.

    Artikolu 18

    1. Meta l-proċedura stabbilita f'dan l-Artikolu trid tintuża, materji għandhom mingħajr dewmien jiġu riferuti lill-President, jew fuq inizjattiva tiegħu jew fuq it-talba ta' kull Stat Membru, lill-Kumitat Veterinarju Imwaqqaf (minn issa "l quddiem imsejjaħ 'il-Kumitat") imfassal fuq id-Deċiżjoni 68/381/KEE (20).

    2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lill-Kumitat kull abbozz tal-miżuri li jridu jittieħdu. Il-Kumitat għandu jagħti l-fehma tiegħu fuq l-abbozz f'kull limitu taż-żmien li l-President tiegħu jistabbilixxi skond l-urġenza tal-materja. Il-fehma għandha tingħata bil-maġġoranza stabbilita fl-Artikolu 148 (2) tat-Trattat fil-każ tad-deċiżjonijiet li l-Kunsill ikun meħtieġ li jadotta fuq kull proposta mill-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri ġewwa l-Komunità għandhom jitwieżnu fil-manjiera dikjarata f'dak l-Artikolu. Il-President m'għandux jivvota.

    3. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri previsti jekk ikunu konformi mal-fehma tal-Kumitat.

    4. Jekk il-miżuri previsti m'humiex konformi ma' l-fehma tal-Kumitat, jew jekk ma tingħata l-ebda fehma, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tissottometti lill-Kunsill kull proposta li jkollha x'taqsam mal-miżuri li jridu jittieħdu.

    Il-Kunsill għandu jaġixxi b'kull maġġoranza kkwalifikata.

    Jekk, wara l-iskadenza tal-perjodu ta' tliet xhur mid-data riferuta lill-Kunsill, il-Kunsill ma jkunx aġixxa, il-Kummissjoni għandha tadotta il-miżuri proposti u timplimentahom, għajr meta l-Kunsill ikun iddeċieda kontra l-miżuri msemmija b'kull maġġoranza sempliċi.

    IL-KAPITOLU IV

    Disposizzjonijiet Temporanji u Finali

    Artikolu 19

    1. Qabel il-31 ta' Diċembru 1990 il-Kunsill għandu jaġixxi b'kull maġġoranza kwalifikata fuq il-proposta tal-Kummissjoni dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju fuq annimali ħajjin.

    Qabel id-data li għaliha saret referenza fl-ewwel subparagrafu, il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'kull maġġoranza kkwalifikata fuq kull proposta mill-Kummissjoni għandu jiddeċiedi fuq ir-regoli u prinċipji ġenerali applikabbli għal spezzjonijiet fuq importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ta' prodotti koperti minn din id-Direttiva. Bl-istess mod, il-postijiet ta' l-ispezzjoni tal-fruntieri esterni, flimkien mal-ħtiġiet li jridu jissodisfaw dawn il-postijiet, għandhom jiġu stabbiliti qabel din id-data.

    2. Qabel il-31 ta' Diċembru 1992 il-Kunsill għandu jirrevedi d-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva fuq il-bażi ta' kull rapport mill-Kummissjoni dwar l-esperjenza miksuba, akkompanjata b'kull proposta relevanti, li fuqhom tiddeċiedi b'kull maġġoranza kwalifikata.

    Artikolu 20

    Sal-31 ta' Diċembru 1992 u sabiex jippermettu l-implimentazzjoni gradwali ta' l-arranġamenti ta' l-ispezzjonijiet stabbiliti minn din id-Direttiva, l-Istati Membri jistgħu, bħala deroga mill-Artikolu 5 (1):

    - jżommu spezzjonijiet dokumentati matul il-vjaġġ ta' prodotti tal-laħam u prodotti derivati minn dan, sabiex jiżguraw konformità mal-ħtiġiet speċifiċi stabbiliti mir-regoli tal-Komunità li jikkonċernaw il-marda ta' l-lsien u d-dwiefer u d-deni tal-ħnieżer,

    - jagħmlu spezzjonijiet dokumentati matul il-vjaġġ fuq prodotti importati minn pajjiżi terzi maħsuba għalihom.

    Artikolu 21

    Il-Kunsill, huwa u jaġixxi b'kull maġġoranza kwalifikata fuq kull proposta mill-Kummissjoni, għandu, qabel l-1 ta' Ottubru 1992, jistabbilixxi l-arranġamenti applikabbli fuq l-iskadenza ta' dawn id-disposizzjonijiet transizzjonali stabbiliti fl-Artikolu 20.

    Artikolu 22

    L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex iħarsu din id-Direttiva f'kull data li għandha tiġi stabbilita fid-Deċiżjoni li għandha tittieħed qabel il-31 ta' Diċembru 1990, b'mod konformi mat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 19 (1), imma mhux aktar tard minn 31 ta' Diċembru 1991.

    Madankollu, ir-Repubblika Ħellenika għandha kull perjodu ta' sena oħra li fiha tikkonforma fuq dan.

    Artikolu 23

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussel, il-11 ta' Diċembru 1989.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    H. Nallet

    [1] ĠU C 225, tal-31. 8. 1988, pġ. 4.

    [2] ĠU C 326, tad-19. 12. 1988, pġ. 28.

    [3] ĠU L 56, tas-6. 3. 1989. pġ. 7.

    [4] ĠU L 378, tal-31. 12. 1987, pġ. 58.

    [5] ĠU L 61, ta’ l-4. 3. 1989, pġ. 48.

    [6] ĠU L 47, tal-21. 2. 1980, pġ. 4.

    [7] ĠU L 382, tal-31. 12. 1988, pġ. 35.

    [8] ĠU 121, tad- 29.7.1964, pġ. 2012/64.

    [9] ĠU L 382, tad-21. 12. 1988, pġ. 3.

    [10] ĠU L 55, tat-8. 3. 1971, pġ. 23.

    [11] ĠU L 302, tal-31. 12. 1972, pġ. 24.

    [12] ĠU L 280, tat-3. 10. 1987, pġ. 28.

    [13] ĠU L 26, tal-31.1.1977, pġ. 85.

    [14] ĠU L 93, tas-6. 4. 1989, pġ. 25.

    [15] ĠU L 226, ta’ l-24. 8. 1985, pġ. 13.

    [16] ĠU L 362, tal-31. 12. 1985, pġ. 8.

    [17] ĠU L 212, tat-22. 7. 1989, pġ. 87.

    [18] ĠU L 302, tal-31. 12. 1972, pġ. 28.

    [19] ĠU L 395, tat-30. 12. 1989, pġ. 13.

    [20] ĠU L 395, tat-30. 12. 1989, pġ. 13.

    [21] ĠU L 395, tat-30. 12. 1989, pġ. 13.

    [22] ĠU L 395, tat-30. 12. 1989, pġ. 13.

    [23] ĠU L 395, tat-30. 12. 1989, pġ. 13.

    [24] ĠU L 395, tat-30. 12. 1989, pġ. 13.

    [25] ĠU L 395, tat-30. 12. 1989, pġ. 13.

    [26] ĠU 121, tad-29. 7. 1964, pġ. 1977/64.

    --------------------------------------------------

    ANNESS A

    Leġislazzjoni veterinarja

    - Id-Direttiva tal-Kunsill 64/433/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 fuq problemi ta' saħħa li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju fil-laħam frisk (ĠU Nru 121, tad-29. 7. 1964, pġ. 2012/64), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 88/657/KEE (ĠU Nru L 382, tal-31. 12. 1988, pġ. 3),

    - Id-Direttiva tal-Kunsill 71/118/KEE tal-15 ta' Frar 1971 dwar problemi tas-saħħa li jaffettwaw il-kummerċ fil-laħam frisk tat-tjur (ĠU Nru L 55, tat-8. 3. 1971, pġ. 23) kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 88/657/KEE (ĠU Nru L 382, tal-31. 12. 1988, pġ. 3).

    - Id-Direttiva tal-Kunsill 72/461/KEE tat-12 ta' Diċembru 1972 dwar problemi ta' saħħa li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju fil-laħam frisk (ĠU Nru L 302, tal-31. 12. 1972, pġ. 24) kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 87/489/KEE (ĠU Nru L 280, tat-3. 10. 1987, pġ. 28),

    - Id-Direttiva tal-Kunsill 77/99/KEE tal-21 ta' Diċembru 1976 dwar il-problemi ta' saħħa li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju fil-laħam frisk (ĠU Nru L 26, tal-31. 1. 1972, pġ. 85) kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 89/277/KEE (ĠU Nru L 93, tas-6. 4. 1989, pġ. 25),

    - Id-Direttiva tal-Kunsill 80/215/KEE tat-22 ta' Frar 1980 dwar il-problemi tas-saħħa li jaffettwaw il-kummerċ fil-laħam frisk (ĠU Nru L 47, tal-21. 2. 1980, pġ. 4) kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 88/660/KEE (ĠU Nru L 382, tal-31. 12. 1988, pġ. 35).

    - Id-Direttiva tal-Kunsill 85/397/KEE tal-5 ta' Awissu 1985 dwar il-problemi ta' saħħa u ta' saħħet l-annimali li jaffettwa l-kummerċ intra-Komunitarju fil-ħalib trattat bis-sħana (ĠU Nru L 226, tal-24. 8. 1985, pġ. 13) kif l-aħħar emendata mir-Regolament (KEE) Nru 3768/85 tal- 20.12.1985 (ĠU Nru L 362, tal-31.12.1985, pġ.8).

    - Id-Direttiva tal-Kunsill 88/657/KEE ta' l-14 ta' Diċembru 1988 li jistabbilixxi l-ħtiġiet tal-produzzjoni ta', u kummerċ fi, laħam ikkapuljat, laħam f'biċċiet ta' anqas minn 100 gramma u preparazzjonijiet ta' laħam (ĠU Nru L 382, tal-31. 12. 1988, p. 3) [1],

    - Id-Direttiva tal-Kunsill 89/437/89/ta' l-20 ta' Ġunju 1989 dwar l-iġjene u l-problemi tas-saħħa li jaffettwaw il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' prodotti mill-bajd (ĠU Nru L 212, tat-22. 7. 1989, pġ. 87). [2]

    [1] Mill-1 ta’ Jannar 1992.

    [2] Mill-1 ta’ Jannar 1992.

    --------------------------------------------------

    ANNESS B

    Prodotti mhux suġġetti għall-armonizzazzjoni tal-Komunità, imma kummerċ li fih ikun suġġett għal spezzjonijiet kif previst minn din id-Direttiva tal-Prodotti ta' oriġini ta' l-annimali koperta bl-Anness II tat-Trattat:

    fenek u laħam ta' l-annimali tal-kaċċa,

    - ħalib verġni u prodotti tal-ħalib,

    - prodotti ta' l-akkwakultura maħsuba għal konsum tal-bniedem,

    - prodotti tas-sajd maħsuba għal konsum tal-bniedem,

    - molluski bivalvi ħajjin maħsuba għal konsum tal-bniedem,

    - Prodotti tal-laħam tal-kaċċa u tal-fenek,

    - demm,

    - ġewwieni tal-grass ta' l-annimali,

    - qasab tas-sieq (gambli) u prodotti sekondarji ta' li jiġu mill-qsim,

    - għasel,

    - bebbux maħsub għal konsum tal-bniedem,

    - saqajn taż-żrinġijiet maħsuba għal konsum tal-bniedem.

    --------------------------------------------------

    Top