This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31989L0617
Council Directive 89/617/EEC of 27 November 1989 amending Directive 80/181/EEC on the approximation of the laws of the Member States relating to units of measurement
Id-Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 1984 li temenda d-Direttiva 80/181/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar l-unitajiet ta’ kejl
Id-Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 1984 li temenda d-Direttiva 80/181/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar l-unitajiet ta’ kejl
ĠU L 357, 7.12.1989, p. 28–30
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 357 , 07/12/1989 P. 0028 - 0030
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 19 P. 0118
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 19 P. 0118
Id-Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 1984 li temenda d-Direttiva 80/181/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar l-unitajiet ta’ kejl (89/617/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100a tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kumissjoni [1], B’koOperazzjoni mal-Parlament Ewropew [2], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3], Billi d-Direttiva 80/181/KEE [4], kif emendata bid-Direttiva 85/1/KEE [5], tipprovdi għall-iffissar ta’ data definittiva għall-użu ta’ l-unitajiet imperjali legali ta’ kejl elenkati fil-Kapitolu III ta’ l-Anness tagħha; billi, għal xi unitajiet imperjali u għal xi użu speċifiku, deher neċessarju li l-Istati Membri konċernati jitħallew jiffisaw data xierqa sa liema dawn l-unitajiet huma unitajiet legali ta’ kejl; Billi l-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 80/181/KEE jħalli li jiġu ffissati dati ġodda finali għall-użu ta’ indikazzjonijiet supplementari, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 Id-Direttiva 80/181/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej: 1. Fl-Artikolu 1, il-punti (b) u (ċ) għandhom jiġu mibdula b’dan li ġej: "(b) dawk elenkati fil-Kapitolu II ta’ l-Anness biss f’dawk l-Istati Membri fejn kienu awtorizzati fil-21 ta’ April 1973 u sa data li għad trid tiġi stabbilita minn dawk l-Istati Membri; (ċ) dawk elenkati fil-Kapitolu III ta’ l-Anness biss f’dawk l-Istati Membri fejn kienu awtorizzati fil-21 ta’ April 1973 u sa data li għad trid tiġi stabbilita minn dawk l-Istati Membri. Din id-data ma tistax tkun iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1994; (d) dawk elenkati fil-Kapitolu IV ta’ l-Anness biss f’dawk l-Istati Membri fejn ġew awtorizzati nhar l-21 ta’ April 1973 u sa data li għad trid tiġi stabbilita minn dawk l-Istati Membri. Din id-data ma tistax tkun iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1999." 2. Fl-Artikolu 3: - fil-paragrafu 2, "il-31 ta’ Diċembru 1989" għandha tiġi mibdula b’ "il-31 ta’ Diċembru 1999"; - il-paragrafu 5 għandu jiġi mħassar. 3. Fl-Artikolu 5, "l-1 ta’ Marzu 1974" għandha tiġi mibdula b’ "il-15 ta’ Mejju 1983". 4. Fl-Artikolu 6 it-tieni subparagrafu għandu jiġi mħassar. 5. L-Anness għandu jiġi emendat kif ġej: (a) Il-Kapitolu II għandu jiġi mibdul b’li ġej: "IL-KAPITOLU II L-UNITAJIET LEGALI TA’ KEJL IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1(b), AWTORIZZATI GĦAL UŻU SPEĊIFIKU BISS Settur ta’ applikazzjoni | Unità | Isem | Valur approssimat | Simbolu | | | Sinjali tat-traffiku, kejl ta’ distanza u veloċità | mil | 1 mil = | 1609 m | mil | jarda | 1 jarda = | 0,9144 m | jarda | pied | 1 pied = | 0,3048 m | pied | pulzier | 1 pulzier = | 2,54 x 10-2m | pulzier | Tqassim ta’ birra draught u ċidru; ħalib f’reċipjenti li jingħataw lura | pinta | 1 pintat = | 0,5683 x 10-3 m3 | pinta | Reġistrazzjoni ta’ l-art | acre | 1 ac = | 4047 m2 | ac | Transazzjoni f’metalli prezzjużi | uqija troj | 1 uqija troj = | 31,10 x 10-3 kg | uqija troj | Sad-data li għad trid tiġi stabbilita taħt l-Artikolu 1(b), l-unitajiet elenkati f’dan il-Kapitolu jistgħu jiġu kkombinati ma’ xulxin jew ma’ dawk fil-Kapitolu I sabiex jiffurmaw unitajiet komposti." (b) l-unità "fathom" għandha titneħħa mill-Kapitolu III. (ċ) Il-Kapitolu li ġej għandu jiddaħħal: "Il-KAPITOLU IV L-UNITAJIET LEGALI TA’ KEJL IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1(d), AWTORIZZATI GĦAL OQSMA SPEĊJALIZZATI BISS Settur ta’ applikazzjoni | Unità | Isem | Valur approssimat | Simbolu | | | Navigazzjoni marittima | fathom | 1 fm = | 1,829 m | fm | Birra, ċidru, ilmijiet, luminati u meraq tal-frott f’reċipjenti li jistgħu jingħataw lura | pinta | 1 pinta = | 0,5683 x 10-3 m3 | pintat | uqija fluwida | 1 uqija fluwida = | 28,41 x 10-6 m3 | uqija fluwida | Xorb alkoħoliku | kwart ta’ pinta | kwart ta’ pinta = | 0,142 x 10-3 m3 | kwart ta’ pinta | Oġġetti mibjugħin b’waħdiet f’lott | uqija (avoir dupois) | 1 uqija = | 28,35 x 10-3 kg | oz | libbra | 1 libbra = | 0,4536 kg | libbra | Provvista tal-gass | term | 1 term = | 105,506 x 106 J | term | Sad-data li għad trid tiġi stabbilita taħt l-Artikolu 1(d), l-unitajiet elenkati f’dan il-Kapitolu jistgħu jiġu kkombinati ma’ xulxin jew ma’ dawk fil-Kapitolu I sabiex jiffurmaw unitajiet komposti." L-Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva f’mhux aktar tard minn 24 xahar min-notifikazzjoni tagħha [6]. Għandhom javżaw lill-Kummissjoni b’dan minnufih. L-Artikolu 3 Minkejja d-Direttiva 80/181/KEE, l-Istati Membri għandhom, wara l-31 ta’ Diċembru 1989, jawtorizzaw jew jibqgħu jħallu l-użu ta’ l-indikazzjonijiet supplementari msemmija fl-Artikolu 3 ta’ dik id-Direttiva. L-Artikolu 4 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fis-27 ta’ Novembru 1989. Għall-Kunsill Il-President R. Dumas [1] ĠU C 31, tas-7.2.1989, p. 7. [2] ĠU C 120, tas-16.5.1989, p. 73;ĠU C 291, ta’ l-20.11.1989. [3] ĠU C 159, tas-26.6.1989, p. 3. [4] ĠU L 39, tal-15.2.1980, p. 40. [5] ĠU L 2, tat-3.3.1985, p. 11. [6] Din id-Direttiva ġiet innotifikata lill-Istati Membri nhar it-30 ta’ Novembru 1989. --------------------------------------------------