This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31989L0520
Commission Directive 89/520/EEC of 6 September 1989 amending the Annex to Council Directive 82/471/EEC concerning certain products used in animal nutrition
Id-Direttiva tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Settembru 1989 li temenda l-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 82/471/KEE dwar ċerti prodotti użati fin-nutriment ta’ l-annimali
Id-Direttiva tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Settembru 1989 li temenda l-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 82/471/KEE dwar ċerti prodotti użati fin-nutriment ta’ l-annimali
ĠU L 270, 19.9.1989, p. 13–14
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2010; Impliċitament imħassar minn 32009R0767
Official Journal L 270 , 19/09/1989 P. 0013 - 0014
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 30 P. 0135
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 30 P. 0135
ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI tas-6 ta' Settembru 1989 li temenda l-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 82/471/KEE dwar ċerti prodotti użati fin-nutriment ta' l-annimali (89/520/KEE) <0} IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, <0} Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 82/471/KEE tat-30 ta' Ġunju 1982 dwar ċerti prodotti użati fin-nutriment ta' l-annimali ([1]), kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 88/485/KEE ([2]), u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha, Billi d-Direttiva 82/471/KEE tipprovdi għal emendi regolari ta' l-Anness bħala riżultat ta' żviluppi fl-għarfien xjentifiku jew tekniku; Billi l-istudju tal-prodotti ġodda li jappartjenu għall-grupp ta' aċidi amino wera li dan il-prodott jissodisfa l-ħtiġiet tad-Direttiva 82/471/KEE; billi l-użu ta' dan il-prodott fin-nutriment ta' l-annimali għandu, għalhekk, jitħalla biss permezz ta' ċerti kondizzjonijiet; Billi instab li huwa meħtieġ li jinbidlu l-karatteristċi tal-kompetizzjoni u tad-disposizzjonijiet speċjali stabbiliti fl-Anness għal 'Idrożijanalogi ta' l-aċidi amino '; Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'din id-Direttiva huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar l-Għalf tal-Bhejjem, ADOTTAT DIN ID- DIRETTIVA: Artikolu 1 L-Anness tad-Direttiva 82/471/KEE huwa emendat kif stabbilit fl-Anness t'hawn taħt. Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 1990. Id-disposizzjonijiet adottati permezz l-ewwel paragrafu għandhom jagħmlu referenza diretta għal din id-Direttiva. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni minnufih dwar dan. Artikolu 3 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, 6 ta' Settembru 1989. Għall-Kummissjoni Ray MAC SHARRY Membru tal-Kummissjoni ANNESS 1) Taħt il-grupp 3.1. "Methionine" il-prodott segwenti hu miżjud: 1 2 3 4 5 6 7 L-isem tal-grupp tal-prodotti L-isem tal-prodotti Deskrizzjoni tal-prinċipju nutrittiv jew ta' l-identità tal-mikro- organismu Substrat tal-kultura (speċifikazzjoni, jekk dawn jesistu) Il-Karatteristiċi tal-komposizzjoni tal-prodotti L-ispeċi ta' l-annimali Disposizzjonijiet speċjali '3.1.4. Sodju likwidu konċentrat DL-methionine teknikament pur (CH3S(CH2)2 -CH(NH2)-COO)Na __ DL-methionine: Minimu 40,0% Sodju: minimu 6,2% L-ispeċi ta' l-annimali kollha Id-dikjarazzjonijiet li jridu jsiru fuq it-tikketta jew fuq l-ippakkjar tal-prodott: - l-isem sodju -DL-methionine' likwidu kkonċentrat - il-kontenut ta' DL-Methionine - kontenut ta' l-umdità 2) Punt 4 ta' aċidi amino' huma mibdula b' dan li ġej: 1 2 3 4 5 6 7 L-isem tal-grupp tal-prodotti L-isem tal-prodott Id-deskrizzjoni tal-prinċipju nutrittiv jew l-identità tal-mikro-organismu Substrat tal-kultura (speċifikazzjoni, jekk dawn jesistu) Il-karatteristiċi tal-komposizzjoni tal-prodotti Speċi ta' l-annimali Id-disposizzjonijiet speċjali 4.Idrossianaloġi ta' l-aċidii amino 4.1.Idrossanalogu ta' methionine u ta' l-imluħa tiegħu 4.1.1. DL-2-idrossi-4-aċiduu 4.1.2. Melħ tal-kalċju ta' l-aċidu DL-2-idrossi-4- CH3-S-(CH2)2-CH(OH)-COOH (CH3-S-(CH2)2-CH(OH)-COO)2Ca __ __ Aċidi totali: Minimu 85% Aċidu monomeru: Minimu 65% Aċidu monomer: Minimu 83% Kalċju: Minimu 12% L-ispeċi ta' l-annimali kollha apparti minn dawk li jixtarru Dikjarazzjonijiet li jridu jsiru fuq it-tikketta jew fuq l-ippakkjar tal-prodott: - isem (kolonna 2) - monomeru u l-kontenut ta' l-aċidi totali fil-każ ta' 4.1.1, kontenut tal-monomeur fil-każ ta' 4.1.2 - kontenut ta' l-umidità - speċje ta' l-annimali jew kategoriji Id-dikjarazzjonijiet li għandhom isiru fit-tikketta jew l-ippakkjar ta' l-għalf kompost: - isem (kolonna2) - il-kontenut tal-monomeru u l-aċidi totali fil-każ ta' 4.1.1., il-kontenut tal-monomeru fil-każ ta' 4.1.2 - l-ammont tal-prodott li jkun jinstab fl-għalf [1] ĠU Nru L 213, 21. 7. 1982, p. 8. [2] ĠU Nru L 239, 30. 8. 1988, p. 36.