Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31989L0459

    Id-Direttiva tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 1989 dwar l-approssimazzzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-fond tad-disinji tat-tyres ta’ ċerti kategoriji ta’ vetturi tal-mutur u tal-karrijiet tagħhom

    ĠU L 226, 3.8.1989, p. 4–4 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1989/459/oj

    31989L0459



    Official Journal L 226 , 03/08/1989 P. 0004 - 0004
    Finnish special edition: Chapter 7 Volume 3 P. 0181
    Swedish special edition: Chapter 7 Volume 3 P. 0181


    Id-Direttiva tal-Kunsill

    tat-18 ta’ Lulju 1989

    dwar l-approssimazzzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-fond tad-disinji tat-tyres ta’ ċerti kategoriji ta’ vetturi tal-mutur u tal-karrijiet tagħhom

    (89/459/KEE)

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 75 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

    Billi l-Kunsill u r-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri, imlaqqgħin ġewwa l-Kunsill fid-19 ta’ Diċembru 1984, adottaw riżoluzzjoni dwar is-sigurtà fit-toroq [4] fejn stiednu lill-Kummissjoni biex tissottometti proposti dwar dan lill-Kunsill f’dan il-kuntest;

    Billi r-regoli dwar il-fond minimu tal-fond tad-disinji tat-tyres, minkejja li huma problema individwali u speċifika, huma fost l-objettivi u x-xogħol skedat għall-1986, li kienet is-Sena tas-Sigurtà fit-triq fil-Komunità;

    Billi l-Parlament Ewropew għadda riżoluzzjoni fit-18 ta’ Frar 1986 dwar il-programm tal-Komunità għas-Sena tas-Sigurtà fit-triq 1986 [5] li kienet tinkludi l-fond tad-disinji tat-tyres bħala waħda mid-dispożizzjonijiet tal-Kummissjoni li għandhom jiġu adottati malajr kemm jista’ jkun;

    Billi dispożizzjonijiet ta’ dan it-tip iridu jiżguraw livell ogħla ta’ sigurtà;

    Billi l-ħtiġiet nazzjonali li jirregolaw il-fond minimu tad-disinji ivarjaw minn Stat Membru għall-ieħor u billi dawn id-differenzi joħolqu problemi rigward il-konformità mal-liġijiet tat-triq mis-sewwieqa tal-vetturi bil-mutur li jużaw il-karozzi tagħhom fit-territorji ta’ l-Istati Membri differenti;

    Billi l-armonizzazzjoni ta’ dawn il-ħtiġiet tiffaċilita l-moviment liberu tal-vetturi u tal-vjaġġi individwali bejn l-Istati Membri u tgħin biex jitneħħew l-ostakoli għall-kummerċ u d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni,

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa kollha sabiex jiżguraw illi, matul il-ħajja kollha tax-xogħol tagħhom fuq it-triq, it-tyres għall-vetturi tal-kategoriji M1, N1, 01 u 02 kif iddefiniti fl-Anness I mad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi tal-mutur u l-karrijiet tagħhom [6], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 87/403/KEE [7], ikollhom fond tad-disinji fl-iskanalaturi ewliena tal-wiċċ tad-disinji ta’ mill-inqas 1,6 mm.

    "Skanalturi ewliena" jfissru l-iskanalaturi wiesgħa fil-parti ċentrali tal-wiċċ tad-disinji, li tkopri madwar tliet kwarti tal-wisa’ tal-wiċċ tad-disinji.

    Artikolu 2

    Wara li jikkonsultaw lill-Kummissjoni, l-Istati Membri jistgħu jħallu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, jew jagħmlu dispożizzjonijiet speċjali għalihom, il-vetturi li jiġu ddikjarati ta’ interess storiku u, oriġinarjament imgħammra b’tyres, sewwa jekk pnewmatiċi u sewwa jekk xorta oħra, li, meta kienu ġodda, kellhom fond tad-disinji ta’ inqas minn 1,6 mm, basta iżda li jkunu mgħammra b’dawn it-tyres, jiġu użati f’kondizzjonijiet speċjali u qatt jew rari ħafna jintużaw fuq it-toroq pubbliċi.

    Artikolu 3

    Wara li jikkonsultaw lill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom qabel l-1 ta’ Ġunju 1991 jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva qabel l-1 ta’ Jannar 1992. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bit-testi tad-dispożizzjonijiet li jadottaw sabiex jimplimentaw din id-Direttiva.

    Artikolu 4

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fit-18 ta’ Lulju 1989.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    R. Dumas

    [1] ĠU C 279, tas-17.10.1987, p. 5.

    [2] ĠU C 47, tas-27.2.1989, p. 185.

    [3] ĠU C 80, tat-28.3.1988, p. 22.

    [4] ĠU C 341, tal-21.12.1984, p. 1.

    [5] ĠU C 68, ta’ l-24.3.1986, p. 35.

    [6] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1.

    [7] ĠU L 220, tat-8.8.1987, p. 44.

    --------------------------------------------------

    Top