Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31989L0458

    Id-Direttiva tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 1989 li temenda fir-rigward l-istandards ta’ emissjoni għal karozzi li huma ta’ inqas minn 1,4 litri, id-Direttiva 70/220/KEE dwar l-l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra it-tniġġis ta’ l-arja kawżat minn emissjonijiet minn vetturi bil-mutur

    ĠU L 226, 3.8.1989, p. 1–3 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 01/01/2013; Imħassar b' 32007R0715

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1989/458/oj

    31989L0458

    Id-Direttiva tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 1989 li temenda fir-rigward l-istandards ta’ emissjoni għal karozzi li huma ta’ inqas minn 1,4 litri, id-Direttiva 70/220/KEE dwar l-l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra it-tniġġis ta’ l-arja kawżat minn emissjonijiet minn vetturi bil-mutur

    Official Journal L 226 , 03/08/1989 P. 0001 - 0003
    Finnish special edition: Chapter 13 Volume 19 P. 0059
    Swedish special edition: Chapter 13 Volume 19 P. 0059
    CS.ES Chapter 13 Volume 010 P. 15 - 17
    ET.ES Chapter 13 Volume 010 P. 15 - 17
    HU.ES Chapter 13 Volume 010 P. 15 - 17
    LT.ES Chapter 13 Volume 010 P. 15 - 17
    LV.ES Chapter 13 Volume 010 P. 15 - 17
    MT.ES Chapter 13 Volume 010 P. 15 - 17
    PL.ES Chapter 13 Volume 010 P. 15 - 17
    SK.ES Chapter 13 Volume 010 P. 15 - 17
    SL.ES Chapter 13 Volume 010 P. 15 - 17


    Id-Direttiva tal-Kunsill

    tat-18 ta’ Lulju 1989

    li temenda fir-rigward l-istandards ta’ emissjoni għal karozzi li huma ta’ inqas minn 1,4 litri, id-Direttiva 70/220/KEE dwar l-l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra it-tniġġis ta’ l-arja kawżat minn emissjonijiet minn vetturi bil-mutur

    (89/458/KEE)

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITÀ EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari Artikolu 100a ta’ dan,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

    B’ko-operazzjoni mal-Parlament Ewropew [2],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

    Billi huwa importanti li jiġu adottati miżuri bl-għan li jiġi stabbilit b’mod progressiv is-suq intern matul perjodu li jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 1992; billi s-suq intern għandu jkollu fih żona fejn ma jkunx hemm fruntieri interni, u li fiha il-moviment liberu ta’ merkanzija, persuni, servizzi u kapital huwa garantit;

    Billi l-ewwel programm ta’ azzjoni tal-Komunità Ewropea dwar il-protezzjoni ta’ l-ambjent, li kien ġie approvat mill-Kunsill nhar it-22 ta’ Novembru 1973, kien jitlob biex jiġu kkunsidrati l-aktar metodi xjentifiċi reċenti għal kontra t-tniġġis ta’ l-arja kkawżat minn gassijiet li joħorġu minn vetturi bil-mutur, u biex id-Direttivi li kienu adottati qabel jiġu emendati kif meħtieġ;

    Billi t-tielet programm ta’ azzjoni jipprovdi għal sforzi addizzjonali li għandhom isiru biex jitnaqqas b’mod konsiderevoli l-livell preżenti ta’ kontaminazzjoni li toħroġ minn vetturi bil-mutur;

    Billi d-Direttiva 70/220/KEE [4], emendata l-aħħar bid-Direttiva 88/436/KEE [5], tistabbilixxi l-valuri ta’ limitu ta’ kemm joħroġu monossidu tal-karbonju u idrokarburi mhux maħruqa minn magni bħal dawn; billi dawn il-valuri ta’ limitu kienu introdotti għall-ewwel darba bid-Direttiva 74/290/KEE [6] u kkumplimentati, f’konformità mad-Direttiva 77/102/KEE [7], b’valuri ta’ limitu għal ħruġ awtorizzat ta’ ossidi tan-nitroġenu; billi l-valuri ta’ limitu għal dan it-tniġġis kienu mnaqqsa aktar tard bid-Direttivi 78/665/KEE [8], 83/351/KEE [9] u 88/76/KEE [10], waqt li bid-Direttiva 88/436/KEE kienu ġew introdotti valuri ta’ limitu għal ħruġ ta’ tniġġis partikolari minn magni li jaħdmu bid-diesel;

    Billi x-xogħol mwettaq mill-Kummissjoni f’dak is-settur wera li l-Komunità għandha għad-dispożizzjoni tagħha, jew bħalissa qed tipperfezzjona, teknoloġiji li jwasslu għal tnaqqis akbar fil-valuri ta’ limitu in kwistjoni għal kull qies ta’ magna;

    Billi għandu jsir sforz partikolari biex jiġu promossi teknoloġiji ndaf fejn għandhom x’jaqsmu vetturi bil-mutur, fil-kuntest tal-programm ta’ riċerka għall-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda;

    Billi biex l-ambjent Ewropew jitħalla jgawdi l-benefiċċju massimu minn dawn id-dispożizzjonijiet u fl-istess waqt tiġi żgurata l-għaqda tas-suq, jidher li huwa meħtieġ li jiġu adottati standards ta’ kwalità Ewropej aktar stretti, bbażati fuq armonizzazzjoni totali, bħalma huma dawk ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika u dawk li għalihom kien ivvota l-Parlament Ewropew; billi dawn il-valuri ta’ limitu huma bażati fuq il-proċeduri tat-test attwali, stabbiliti bid-Direttiva 70/220/KEE, u għandhom bżonn jiġu kkunsidrati mill-ġdid meta jkunu mgħejjuna minn test li jirrappreżenta l-kondizzjonijiet ta’ sewqan f’żoni urbani;

    Billi minħabba l-iżvolġiment prinċipali li għandu t-tniġġis li joħoroġ minn vetturi bil-mutur u l-kontribuzzjoni tiegħu li twassal għal ħruġ ta’ gassijiet responsabbli għall-effett tas-serra, il-ħruġ ta’ CO2 b’mod partikolari għandu jkun stabbilizzat u effettivament imnaqqas f’konformità mad-deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv tal-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Ambjent (UNEP) tal-24 ta’ Mejju 1989, u b’mod partikolari il-punt 11 (d) ta’ din,

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Artikolu 1 ta’ Anness I tad-Direttiva 70/220/KEE jiġi emendat kif ġej:

    1. Fil-punt 5.2.1.1.4., l-aħħar linja tat-tabella tinbidel b’dan li ġej:

    "C < 1400 | 19 | 5 | —". |

    2. Fil-punt 7.1.1.1., l-aħħar linja tat-tabella tinbidel b’dan li ġej:

    "C < 1400 | 22 | 5,8 | —". |

    Artikolu 2

    1. Mill-1 ta’ Jannar 1990 l-ebda Stat Membru m’għandu, fejn għandu x’jaqsam it-tniġġis ta’ l-arja kkawżat minn emissjonijiet minn magni li għandhom kapaċità ta’ anqas minn 1400 ċm3:

    - jirrifjuta milli jagħti l-approvazzjoni tal-KEE dwar it-tip, li joħorġ id-dokument imsemmi fl-aħħar punt ta’ Artikolu 10(1) tad-Direttiva 70/156/KEE [11], emendata l-aħħar bid-Direttiva 87/403/KEE [12], jew jagħti l-approvazzjoni nazzjonali dwar it-tip għal tip ta’ vettura bil-magna,

    jew

    - jipprojbixxi l-ewwel dħul ta’ vetturi bil-mutur fis-servizz,

    fejn emissjonijiet minn dan it-tip ta’ vetturi bil-mutur jew minn vetturi bħal dawn ikunu jilħqu d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 70/220/KEE, emendata l-aħħar b’din id-Direttiva.

    2. Mill-1 ta’ Lulju 1992, fejn għandhom x’jaqsmu tipi ta’ vetturi li għandhom magna b’kapaċità ta’ anqas minn 1400 ċm3, l-Istati Membri:

    - ma jistgħux joħorġu aktar id-dokument msemmi fl-aħħar punt ta’ Artikolu 10(1) tad-Direttiva 70/156/KEE għal tip ta’ vettura bil-mutur,

    - għandhom jirrifjutaw milli jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal tip ta’ vettura bil-mutur,

    li l-emissjonijiet li joħorġu minnha ma jkunux jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ l-Annessi tad-Direttiva 70/220/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva.

    3. Mill-31 ta’ Diċembru 1992, fejn għandhom x’jaqsmu vetturi li għandhom magna b’kapaċità ta’ inqas min 1400 ċm3, l-Istati Membri għandhom iżommu milli jidħlu fis-servizz dawk il-vetturi li l-emissjonijiet li joħorġu minnhom ma jkunux jilħqu l-kriterji stabbiliti fl-Annessi għad-Direttiva 70/220/KEE, emendata b’din id-Direttiva.

    Artikolu 3

    L-Istati Membri jistgħu jagħmlu dispożizzjonijiet għal inċentivi ta’ taxxa għall-vetturi koperti minn din id-Direttiva. Dawn l-inċentivi għandhom jilħqu d-dispożizzjonijiet tat-Trattat kif ukoll il-kondizzjonijiet li ġejjin:

    - dawn għandhom ikunu japplikaw għal produzzjoni kollha ta’ karozzi domestiċi u għall-vetturi impurtati għall-marketing fi Stat Membru u li jkollhom tagħmir li jħalli li l-istandards ta’ kwalità Ewropej tal-1992 jintlaħqu qabel iż-żmien,

    - dawn għandhom jintemmu fid-data stabbilita f’Artikolu 2(3), biex b’hekk jiġi applikat id-dħul obbligatorju tal-valuri ta’ emissjoni għal vetturi ġodda,

    - dawn għandhom ikunu ta’ valur, għal kull tip ta’ vettura, sostanzjalment inqas mill-ispiża attwali tat-tagħmir imwaħħal biex jilħaq il-valuri stabbiliti u tat-twaħħil tiegħu fil-vettura.

    Il-Kummissjoni għandha tkun infurmata dwar xi pjanijiet li jista’ jkun hemm biex jiġu introdotti jew emendati l-inċentivi tat-taxxa msemmija fl-ewwel subparagrafu fi żmien suffiċjenti biex tkun tista’ tagħmel il-kummenti tagħha.

    Artikolu 4

    L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regoli u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ruħhom ma’ din id-Direttiva qabel l-1 ta’ Jannar 1990. Huma għandhom jinfurmaw mill-ewwel lill-Kummissjoni dwar dan.

    Artikolu 5

    Qabel it-tmiem tal-1990, il-Kunsill għandu, waqt li jaġixxi permezz ta’ maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, jiddeċiedi biex

    - jaġġusta wkoll, għal vetturi li għandhom magna b’kapaċità ugwali għal jew aktar minn 1400 ċm3, id-dati u l-istandards ta’ kwalità stabbiliti f’din id-Direttiva fuq il-bażi ta’ proċedura aħjar ta’ test Ewropew, u li jkun jinkludi wkoll sekwenza ta’ sewqan extra-urban,

    - jinkorpora f’din il-proċedura ta’ test Ewropew mtejba l-valuri ta’ limitu stabbiliti f’din id-Direttiva għal vetturi li għandhom magna b’kapaċità ta’ inqas min 1400 ċm3.

    Artikolu 6

    Filwat li jaġixxi permezz ta’ maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, li għandha tikkunsidra r-riżultati miksuba mix-xogħol fuq il-progress li jkun sar fuq l-effett tas-serra, il-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar x’miżuri jieħu biex jiġi limitat il-ħruġ ta’ CO2 minn vetturi bil-mutur.

    Artikolu 7

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fit-18 ta’ Lulju 1989.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    R. Dumas

    [1] ĠU C 56, tas-27.2.1988, p. 9 u ĠU C 134, tal-31.5.1989, p. 8.

    [2] ĠU C 262, ta’ l-10.10.1988, p. 89 u ĠU C 120, tas-16.5.1989.

    [3] ĠU C 208, tat-8.8.1988, p. 7.

    [4] ĠU L 76, tas-6.4.1970, p. 1.

    [5] ĠU L 214, tas-6.8.1988, p. 1.

    [6] ĠU L 159, tal-15.6.1974, p. 61.

    [7] ĠU L 32, tat-3.2.1977, p. 32.

    [8] ĠU L 223, ta’ l-14.8.1978, p. 48.

    [9] ĠU L 197, ta’ l-20.7.1983, p. 1.

    [10] ĠU L 36, tad-9.2.1988, p. 1.

    [11] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1.

    [12] ĠU L 220, tat-8.8.1987, p. 44.

    --------------------------------------------------

    Top