This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31989L0370
Council Directive 89/370/EEC of 8 June 1989 amending Directive 83/129/EEC concerning the importation into Member States of skins of certain seal pups and products derived therefrom
Id-Direttiva tal-Kunsill 89/370/KEE tat-8 ta’ Ġunju 1989 li temenda d-Direttiva 83/129/KEE li tirrigwarda l-importazzjoni tal-ġlud ta’ ċerti friegħ tal-foki u ta’ prodotti ġejjin minnhom fl-Istati Membri
Id-Direttiva tal-Kunsill 89/370/KEE tat-8 ta’ Ġunju 1989 li temenda d-Direttiva 83/129/KEE li tirrigwarda l-importazzjoni tal-ġlud ta’ ċerti friegħ tal-foki u ta’ prodotti ġejjin minnhom fl-Istati Membri
ĠU L 163, 14.6.1989, p. 37–37
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 163 , 14/06/1989 P. 0037 - 0037
Id-Direttiva tal-Kunsill 89/370/KEE tat-8 ta’ Ġunju 1989 li temenda d-Direttiva 83/129/KEE li tirrigwarda l-importazzjoni tal-ġlud ta’ ċerti friegħ tal-foki u ta’ prodotti ġejjin minnhom fl-Istati Membri (89/370/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 83/129/KEE [1], kif emendata bid-Direttiva 85/444/KEE [2], u partikolarment l-Artikolu 2 tagħha, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi d-Direttiva 83/129/KEE tgħid illi l-Istati Membri għandhom jieħdu jew jibqgħu jżommu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex il-prodotti elenkati fl-Anness tagħha ma jiġux importati kummerċjalment fit-territorji tagħhom; Billi d-Direttiva 83/129/KEE tiskadi fl-1 ta’ Ottubru 1989; Billi l-Parlament Ewropew adotta dikjarazzjoni bil-miktub li titlob estensjoni indefinita tad-Direttiva 83/129/KEE; Billi l-konsegwenzi negattivi mistennija bl-iskadenza tad-Direttiva 83/129/KEE għandhom jiġu evitati, fl-interess tal-partijiet kollha interessati; Billi estensjoni tad-Direttiva 83/129/KEE hija miżura kumplimentarja ta’ ħtieġa għall-miżura tal-Gvern Kanadiż li jtemm il-kaċċa kummerċjali kollha tal-foki friegħ tal-pil abjad u tal-foki ta’ daharhom ikhal; Billi jeżistu dubji u dejjem jiżdiedu rigward l-effetti tal-kaċċa mhux tradizzjonali għall-konservazzjoni tal-foki arpa fl-Atlantiku tal-Lvant, fil-Baħar Barents u fil-Baħar l-Abjad fejn, b’żieda mal-kaċċa, jiġu wkoll affettwati mit-tnaqqis ta’ l-ispeċi tal-ħut tal-priża u mit-tħabbil fix-xbieki matul il-kosta Norveġiża; Billi l-Kummisjoni bagħtet rapport lill-Kunsill fis-26 ta’ Awissu 1983, segwit b’rapport supplimentari fl-14 ta’ Ġunju 1985; Billi l-Kummissjoni bagħtet rapport ieħor lill-Kunsill fl-24 ta’ Marzu 1988; Billi d-Direttiva 83/129/KEE għandha tiġi emendata sabiex tibqa’ tapplika sine die, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 L-Artikolu 2 tad-Direttiva 83/129/KEE huwa hawnhekk mibdul b’dan li ġej: "L-Artikolu 2 Din id-Direttiva għandha tibda tapplika mill-1 ta’ Ottubru 1983." Artikolu 2 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fil-Lussemburgu, fit-8 ta’ Ġunju 1989. Għall-Kunsill Il-President J. L. Saenz Cosculluela [1] ĠU L 91, tad-9.4.1983, p. 30. [2] ĠU L 259, ta’ l-1.10.1985, p. 70. --------------------------------------------------