Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31989L0361

    Id-Direttiva tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1989 li tikkonċerna n-nagħaġ u l-mogħoż tar-razza għat-tagħmir

    ĠU L 153, 6.6.1989, p. 30–31 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2018; Imħassar b' 32016R1012

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1989/361/oj

    31989L0361



    Official Journal L 153 , 06/06/1989 P. 0030 - 0031
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 29 P. 0107
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 29 P. 0107


    Id-Direttiva tal-Kunsill

    tat-30 ta’ Mejju 1989

    li tikkonċerna n-nagħaġ u l-mogħoż tar-razza għat-tagħmir

    (89/361/KEE)

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 43 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1];

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

    Billi it-tgħammir u t-trobbija tan-nagħaġ u l-mogħoż tokkupa post importanti fl-agrikoltura tal-Komunità; billi dawn l-attivitajiet jistgħu jikkostitwixxu għajn ta’ dħul ta’ flus għal parti mill-popolazzjoni tal-biedja;

    Billi t-tgħammir tan-nagħaġ u l-mogħoż għandu jiġi inkoraġġit u billi riżultati sodisfaċenti f’ dak ir-rigward jiddependu mill-użu ta’ annimali tar-razza;

    Billi disparitajiet jeżistu rigward dħul fil-kotba tal-merħla; billi dawk id-disparitajiet jikkostitwixxu xkiel għall-kummerċ fil-Komunità; billi liberalizzazzjoni kompleta tal-kummerċ issejjaħ għal armonizzazzjoni ta’ wara partikolarment rigward dħul fil-kotba tal-merħla;

    Billi, sabiex jitneħħew dawk id-disparitajiet u għal daqshekk jikkontribwixxu għaż-żieda fil-produttività agrikola fis-settur, kummerċ intra-Komunitarju għandu jiġi liberalizzat;

    Billi l-Istati Membri għandhom jiġu awtorizzati sabiex jirrikjedu li ċ-ċertifikati mfassla bi qbil mal-proċeduri tal-Komunità jiġu ppreżentati;

    Billi dispożizzjonijiet għandhom jiġu ntrodotti sabiex nagħaġ u mogħoż tar-razza għat-tgħammir ma’ jitħallewx li jiġu mportati mill-pajjiżi terzi fuq termini li huma inqas restrittivi minn dawk applikabbli fil-Komunità;

    Billi miżuri ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati rigward ċerti aspetti tekniċi; billi, għall-għanijiet ta’ miżuri ppjanati, dispożizzjonijiet għandhom isiru għall-koperazzjoni fil-viċin bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni ġol-Kumitat Permanenti taż-Żootekniċi,

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    1. Din id-Direttiva tkopri l-problemi żootekniċi li jistgħu jinqalgħu f’kummerċ intra-Komunitarju fin-nagħaġ u l-mogħoż tar-razza għat-tgħammir u l-isperma, l-ova u embrijuni li hemm fih.

    2. Sakemm id-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Komunità, regoli nazzjonali tas-saħħa tal-annimali għandhom, basta jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ġenerali tat-trattat KEE, japplikaw rigward il-kummerċ intra-Komunitarju.

    Artikolu 2

    Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (a) nagħaġ u mogħoż tar-razza għat-tgħammir: kull nagħġa jew mogħża li l-ġenituri u n-nanniet tagħha huma mdaħħla jew reġistrati f’ ktieb tal-merħla ta’ l-istess razza u li hija nnifisha hija mdaħħla jew reġistrata u eliġibbli għad-dħul fih;

    (b) ktieb tal-merħla: kull ktieb, reġistru, fajl jew mezz ta’ data:

    - li huwa miżmum minn organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet ta’ dawk li jrabbu uffiċċjalment approvata mill-Istati Membri fejn dik l-organizzazzjoni jew assoċjazzjonijiet ta’ dawk li jrabbu hija stabbilita, jew minn aġenzija uffiċjali tal-Istati Membri fil-kwistjoni, u

    - li ġo fih nagħaġ jew mogħoż tar-razza għat-tgħammir ta’ razza mogħtija huma mdaħħla jew reġistrati bl-antenati tagħhom imsemmija.

    Artikolu 3

    1. L-Istati Membri ma’ jistgħux jipprojbixxu, jirrestrinġu jew jimpedixxu fuq bażijiet zootekniċi:

    - kummerċ intra-Komunitarju f’nagħaġ u mogħoż tar-razza għat-tgħammir u sperma, l-ova u l-embrijuni miġjuba fih,

    - l-approvazzjoni uffiċjali tal-organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet ta’ dawk li jrabbu li jżommu jew jistabbilixxu kotba tal-merħla bi qbil ma’ l-Artikolu 4.

    2. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jkomplu japplikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali tagħhom li jikkonformaw mar-regoli ġenerali tat-trattat tal-KEE sakemm isir id-dħul fis-seħħ tad-deċiżjonijiet tal-Komunità riferiti fl-Artikoli 4 u 6.

    Artikolu 4

    Il-Kummissjoni għandha, bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 8, tiddetermina qabel l-1 ta’ Jannar 1991:

    - il-kriterji għall-approvazzjoni tal-organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet ta’ dawk li jrabbu li jżommu u jwaqqfu il-kotba tal-merħla,

    - il-kriterji għad-dħul jew reġistrazzjoni fil-kotba tal-merħla,

    - metodi għall-immonitorjar tal-qadi u l-assessjar tal-valur ġenetiku tan-nagħaġ u l-mogħoż tar-razza għat-tgħammir,

    - Il-kriterji għall-approvazzjoni ta’ annimal għat-tgħammir għall-għan li tintuża l-isperma, l-ova jew l-embrijuni tiegħu.

    Artikolu 5

    L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra tal-organizzazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet ta’ dawk li jrabbu li huma approvati bl-għan li l-kotba tal-merħla jinżammu jew jiġu stabbiliti u li jilħqu l-kriterji stabbiliti bi qbil ma l-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 4.

    Artikolu 6

    L-Istati Membri jistgħu jinħtieġu li n-nagħaġ u l-mogħoż tar-razza għat-tgħammir u l-isperma, l-ova u l-embrijuni ta’ dawn l-annimali għandhom jiġu akkompanjati fil-ħin tal-bejgħ tagħhom minn ċertifikat żootekniku mfassal bi qbil mal-kampjun stipulat mill-Kummissjoni skond il-proċedura dikjarata fl-Artikolu 8.

    Artikolu 7

    Sakemm l-implimentazzjoni tar-regoli tal-Komunità dwar is-suġġett, il-kundizzjonijiet żootekniċi applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ nagħaġ u mogħoż tar-razza għat-tgħammir u l-isperma, l-ova u l-embrijuni miġjuba fih mill-pajjiżi terzi m’għandhomx ikunu aktar favorevoli minn dawk li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju.

    Artikolu 8

    Billi il-proċedura stipulata f’ dan l-Artikolu trid tintuża, il-Kumitat Permanenti ta’ Żooteknika stabbilit mid-Deċiżjoni 77/505/KEE [4], għandha taġixxi bi qbil mar-regoli mwaqqfa fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 88/661/KEE [5].

    Artikolu 9

    L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamentui u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sal-1 ta’ Jannar 2002. Għandhom jgħarrfu bihom lill-Kummissjoni minnufih.

    Artikolu 10

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussel, it-30 ta’ Mejju 1989.

    Għall-Kunsill

    C. Romero Herrera

    Il-President

    [1] ĠU C 348, tat-23.12.1987, p. 6.

    [2] ĠU C 94, tal-11.4.1988, p. 182.

    [3] ĠU C 80, tat-28.3.1988, p. 35.

    [4] ĠU L 206, tat-12.8.1977, p. 11.

    [5] ĠU L 382, tal-31.12.1988, p. 36.

    --------------------------------------------------

    Top