Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31989L0220

Id-Direttiva tal-Kummissjoni tas-7 ta' Marzu 1989 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 69/169/KEE dwar l-armonizzazzjoni tad-disposizzjonijiet preskritti b'liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva li għandhom x’jaqsmu ma’ l-eżenzjoni mit-taxxa fuq it-turnover u mid-dazju tas-SISA fuq importazzjonijiet fi vjaġġi internazzjonali, biex tirrifletti d-dħul tan-nomenklatura magħquda

ĠU L 92, 5.4.1989, p. 15–15 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/11/2008; Impliċitament imħassar minn 32007L0074

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1989/220/oj

31989L0220



Official Journal L 092 , 05/04/1989 P. 0015 - 0015
Finnish special edition: Chapter 9 Volume 2 P. 0013
Swedish special edition: Chapter 9 Volume 2 P. 0013


Id-Direttiva tal-Kummissjoni

tas-7 ta' Marzu 1989

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 69/169/KEE dwar l-armonizzazzjoni tad-disposizzjonijiet preskritti b'liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva li għandhom x’jaqsmu ma’ l-eżenzjoni mit-taxxa fuq it-turnover u mid-dazju tas-SISA fuq importazzjonijiet fi vjaġġi internazzjonali, biex tirrifletti d-dħul tan-nomenklatura magħquda

(89/220/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u ta' l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 20/89 [2], u partikolarment l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi l-klassifika ta' l-oġġetti mniżżla fil-lista ta' l-Artikolu 5(6) tad-Direttiva tal-Kunsill 69/169/KEE [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 88/664/KEE [4], hija bażata fuq l-użu tan-nomenklatura tal-Kunsill ta' Koperazzjoni tad-Dwana;

Billi l-Kunsill ta' Koperazzjoni tad-Dwana approva l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sistema Armonizzata tad-Deskrizzjoni u tal-Kodifikazzjoni tal-Merkanzija (minn issa ‘l quddiem imsejħa s-"SA"); billi din il-Konvenzjoni kienet approvata mill-Kunsill bid-Deċiżjoni 87/369/KEE [5] u ġiet applikata sa mill-1 ta' Jannar 1988; billi ġiet stabbilita kif jixraq nomenklatura magħquda sabiex tagħti effett lis-SA ġewwa l-Komunità Ekonomika Ewropea; billi r-refereza fl-Artikolu 5(6) tad-Direttiva 69/169/KEE għandha għalhekk tkun għan-nomenklatura magħquda msemmija;

Billi l-addattament tad-Direttiva 69/169/KEE għan-nomenklatura magħquda tinvolvi emenda purament teknika li bl-ebda mod ma tibdel l-iskop tad-Direttiva msemmija,

ADOTTAT DIN D-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 5(6) tad-Direttiva 69/169/KEE ir-referenza għall-intestatura bin-Nri 71.07 u 71.08 tat-Tariffa Doganali Komuni hija hawnhekk mibdula b'referenza għall-kodiċijiet tan-NK 7108 u 7109.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva mhux iktar tard mill-1 ta' Lulju 1989. Huma għandhom, minnufih, jgħarrfu b'dan lill-Kummissjoni.

Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-7 ta' Marzu 1989.

Għall-Kummissjoni

Christiane Scrivener

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, pġ. 1.

[2] ĠU L 4, tas-6.1.1989, pġ. 19.

[3] ĠU L 133, ta' l-4.6.1969, pġ. 6.

[4] ĠU L 382, tal-31.12.1988, pġ. 41.

[5] ĠU L 198, tal-20.7.1987, pġ. 1.

--------------------------------------------------

Top