EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31989L0014

Id-Direttiva tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Diċembru 1988 li tistabbilixxi l-gruppi tal-varjetajiet tal-pitravi li titkabbar għall-weraq li jittiekel u tal-pitravi riferiti fil-kondizzjonijiet ta’ l-iżolazzjoni ta’ l-uċuħ tar-raba’ fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 70/458/KEE dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-ħxejjex ta’ l-ikel

ĠU L 8, 11.1.1989, p. 9–10 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1989/14/oj

31989L0014



Official Journal L 008 , 11/01/1989 P. 0009 - 0010
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 28 P. 0102
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 28 P. 0102


Id-Direttiva tal-Kummissjoni

tal-15 ta’ Diċembru 1988

li tistabbilixxi l-gruppi tal-varjetajiet tal-pitravi li titkabbar għall-weraq li jittiekel u tal-pitravi riferiti fil-kondizzjonijiet ta’ l-iżolazzjoni ta’ l-uċuħ tar-raba’ fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 70/458/KEE dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-ħxejjex ta’ l-ikel

(89/14/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/458/KEE tad-29 ta’ Settembru 1970 dwar il-bejgħ fis-suq taż-żerriegħa tal-ħxejjex ta’ l-ikel [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 88/380/KEE [2], u partikolarment l-aħħar sentenza ta’ l-Anness I(4)(A) tagħha,

Billi d-Direttiva tal-Kummissjoni 87/481/KEE [3] emendat il-kondizzjonijiet preskritti fl-Anness I(4) mad-Direttiva 70/458/KEE dwar l-iżolazzjoni ta’ l-uċuħ tar-raba’ għall-produzzjoni taż-żerriegħa tal-pitravi li titkabbar għall-weraq li jittiekel u taż-żerriegħa tal-pitravi;

Billi, skond id-Direttiva 87/481/KEE, id-distanza minima mill-pjanti ġirien ta’ l-istess sotto-speċji li tista’ tirriżulta f’dakra barranija mhux mixtieqa tiddependi jekk il-wiċċ tar-raba’ tal-pitravi li titkabbar għall-weraq li jittiekel jew il-wiċċ tar-raba’ tal-pitravi jkunux ta’ varjetà li tappartieni għall-istess grupp ta’ varjetajiet bħal dawn il-pjanti;

Billi huwa għalhekk meħtieġ illi jiġu stabbiliti l-gruppi tal-varjetajiet tal-pitravi li titkabbar għall-weraq li jittiekel u tal-pitravi riferiti fl-Anness I(4)(A) tad-Direttiva 70/458/KEE;

Billi l-miżuri pprovduti f’din id-Direttiva huma b’mod konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żerriegħa u l-Materjal tal-Propagazzjoni għall-Biedja, l-Ortikultura u l-Forestrija,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Il-gruppi tal-varjetajiet tal-pitravi li titkabbar għall-weraq li jittiekel u tal-pitravi riferiti fl-Anness I(4)(A) tad-Direttiva 70/458/KEE huma dawk elenkati fil-lista fl-Anness ma’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva mhux iktar tard mill-1 ta’ Jannar 1990. Għandhom mill-ewwel jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan.

Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-15 ta’ Diċembru 1988.

Għall-Kummissjoni

Frans Andriessen

Viċi-President

[1] ĠU L 225, tat-12.10.1970, pġ. 7.

[2] ĠU L 187, tas-16.7.1988, pġ. 31.

[3] ĠU L 273, tas-26.9.1987, pġ. 45.

--------------------------------------------------

ANNESS

I. Il-Beta vulgaris L. var. vulgaris, il-Pitrava li titrabba għall-weraq li jittiekel, u l-Beta vulgaris L. var. conditiva Alef., il-pitravi ħamra jew il-pitravi.

Fejn il-wiċċ tar-raba’ huwa ta’ varjetà ġenetikament monoġermika, il-varjetajiet ultiġermiċi għandhom jitqiesu bħala li jappartjienu għal grupp differenti.

II. IIl-Beta vulgaris L. var. vulgaris, il-Pitravi li titkabbar għall-weraq li tittiekel, il-Pitravi seakale.

Bla ħsara għall-punt I, il-varjetajiet għandhom jiġu klassifikati f’ħames gruppi, skond il-karatteristiċi tagħhom, kif ġej:

Grupp | Karattersitiċi |

(1) | (2) |

1 | Iz-zokk irqiq (petjole) abjad u l-werqa rqiqa u twila ħadra ċar, mingħajr kolorazzjoni ta’ l-antoċjanin. |

2 | Iz-zokk irqiq (petjole) abjad u l-werqa rqiqa u twila ħadra skur jew ħadra medju, mingħajr kolorazzjoni ta’ l-antoċjanin. |

3 | Iz-zokk irqiq (petjole) aħdar u l-werqa rqiqa u twila ħadra skur jew ħadra medju, mingħajr il-kolorazzjoni ta’ l-antoċjanin. |

4 | Iz-zokk irqiq (petjole) kulur roża u l-werqa rqiqa u twila ħadra skur jew ħadra medju. |

5 | Iz-zokk iqiq (petjole) aħmar u l-werqa rqiqa u twila kulurita bl-antoċjanin. |

III. Il-Beta vulgaris L. var. conditiva Alef., il-pitravi ħamra jew il-pitravi.

Bla ħsara għall-punt I, il-varjetajiet għandhom jiġu klassifikati f’sitt gruppi, skond il-karatteristiċi tagħhom, kif ġej;

Grupp | Karatteristiċi |

(1) | (2) |

1 | Il-għamla tal-qatgħa mit-tul ta’ l-għerq ellittika dejqa transversali jew ellitika tranversali u l-laħam ta’ l-għerq aħmar jew vjola. |

2 | Il-għamla tal-qatgħa mit-tul ta’ l-għerq tonda jew forma ta’ bajda wiesgħa u l-laħam ta’ l-għerq abjad. |

3 | Il-għamla tal-qatgħa mit-tul ta’ l-għerq tonda jew forma ta’ bajda wiesgħa u l-laħam ta’ l-għerq isfar. |

4 | Il-għamla tal-qatgħa mit-tul ta’ l-għerq tonda jew forma ta’ bajda wiesgħa u l-laħam ta’ l-għerq aħmar jew vjola. |

5 | Il-għamla tal-qatgħa mit-tul ta’ l-għerq irqiqa u iktar twila milli wiesgħa u l-laħam ta’ l-għerq aħmar jew vjola.. |

6 | Il-għamla tal-qatgħa mit-tul ta’ l-għerq irqiqa u obtrijangolari (bejn oblongu u trijangolu) u l-laħam ta’ l-għerq aħmar jew vjola. |

--------------------------------------------------

Top