Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31989D0501

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Lulju 1989 li tippreskrivi l-kriterji għal approvazzjoni u sorveljanza ta’ l-assoċjazzjonijiet ta’ min irabbi u organizzazzjonijiet għat-tinissil li jistabbilixxu jew iżommu kotba tal-merħliet għal majjali ta’ razza pura għat-tnissil

    ĠU L 247, 23.8.1989, p. 19–20 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 03/07/2020; Imħassar b' 32020R0602

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1989/501/oj

    31989D0501



    Official Journal L 247 , 23/08/1989 P. 0019 - 0020
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 30 P. 0092
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 30 P. 0092


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tat-18 ta’ Lulju 1989

    li tippreskrivi l-kriterji għal approvazzjoni u sorveljanza ta’ l-assoċjazzjonijiet ta’ min irabbi u organizzazzjonijiet għat-tinissil li jistabbilixxu jew iżommu kotba tal-merħliet għal majjali ta’ razza pura għat-tnissil

    (89/501/KEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat Direttiva tal-Kunsill 88/661/KEE tad-19 ta’ Diċembru 1988 dwar l-standards żootekniċi applikabbli għal tnissil ta’ annimali ta’ l-ispeċi tal-majjali [1], u b’mod partikolari ir-raba’ inċiż ta’ Artikolu 6(1) tagħha,

    Billi fl-Istati Membri kollha kotba tal-merħliet jinżammu jew huma stabbiliti minn assoċjazzjonijiet ta’ min irabbi, organizzazzjonijiet għat-tnissil u servizzi uffiċjali; billi huwa għalhekk meħtieġ li jkunu preskritti l-kriterji għall-approvazzjoni ta’ assoċjazzjonijiet ta’ min irabbi u organizzazzjonijiet għat-tnissil;

    Billi assoċjazzjonijiet ta’ min irabbi għandhom japplikaw għal approvazzjoni uffiċjali lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jinsabu l-kwartieri prinċipali tagħhom;

    Billi, fejn assoċjazzjonijiet ta’ min irabbi u organizzazzjonijiet għat-tnissil jissodisfaw ċerti kriterji u għandhom għanijiet definiti, għandhom ikunu uffiċjalment approvati mill-awtoritajiet ta’ l-Istat Membru li lilu kienu applikaw;

    Billi l-miżuri li tipprovdi għalihom din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar Zooteknika,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Biex tkun approvata uffiċjalment, assoċjazzjoni ta’ min irabbi jew organizzazzjonijiet għat-tnissil li jżommu jew jistabbilixxu kotba tal-merħliet għandhom jissottomettu applikazzjoni lill-awtoritajiet ta’ l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu għamdhom il-kwartieri prinċipali tagħhom.

    Artikolu 2

    L-awtoritajiet ta’ l-Istat Membru ikkonċernat jista’ jagħti approvazzjoni uffiċjali lil kull assoċjazzjoni ta’ min irabbi jew organizzazzjoni għat-tnissil li żżomm jew tistabbilixxi kotba tal-merħliet jekk tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti fl-Anness.

    Madankollu, fi Stat Membru li fih fir-rigward ta’ nisel speċifiku jeżistu diġa waħda jew iktar assoċjazzjonijiet ta’ min irabbi jew organizzazzjonijiet għat-tnissil uffiċjalment approvati, l-awtortajiet ta’ l-Istat Membru konċernat jistgħu jirrifjutaw li jirrikonoxxu assoċjazzjoni ta’ min irabbi jew organizzazzjoni għat-tnissil ġdida jekk tipperikola l-priservazzjoni tan-nisel jew tagħmel ħsara lill-programm żootekniku ta’ l-assoċjazzjoni jew organizzazzjoni eżistenti. F’każ bħal dan, l-Istat Membru għandu jgħarraf lill-Kummissjoni bl-approvazzjonijiet mogħtija u rifjuti li jagħti rikonoxxenza.

    Artikolu 3

    L-awtoritajiet ta’ l-Istat Membru kkonċernat għandhom jirtiraw approvazzjoni uffiċjali minn assoċjazzjoni ta’ min irabbi (inissel) jew organizzazzjoni għat-tnissil li żżomm kotba tal-merħliet jekk il-kondizzjonijiet preskritti fl-Anness mhumiex iktar jiġu sodisfatti b’manjiera persistenti mill-assoċjazzjoni ta’ min irabbi jew organizzazzjoni kkonċernata.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussels, it-18 ta’ Lulju 1989.

    Għall-Kummissjoni

    Ray Mac Sharry

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 382, tal-31.12.1988, p. 36.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    Biex ikunu uffiċjalment approvati, assoċjazzjonijiet ta’ min irabbi u organizzazzjonijiet għat-tnissil li jżommu jew jistabbilixxu kotba tal-merħliet għandhom:

    1. ikollhom personalità legali skond il-leġislazzjoni fis-seħħ fl-Istat Membru meta ssir l-applikazzjoni;

    2. prove to the competent authoritijipprovaw lill-awtoritajiet kompetenti:

    (a) li jaħdmu b’mod effiċjenti;

    (b) li jistgħu jeżegwixxu l-kontrolli meħtieġa biex jirrekordjaw ir-razza;

    (ċ) li għandhom merħla kbira biżżejjed biex jeżegwixxu programm ta’ titjib tan-nisel, jew li għandhom merħla kbira biżżejjed biex jippriservaw in-nisel fejn dan huwa meqjus meħtieġ;

    (d) li jistgħu jagħmlu użu mid-data ta’ l-abbiltà tal-bhejjem biex jeżegwixxu programm ta’ titjib tan-nisel jew priservazzjoni;

    3. ikollhom sett ta’ regoli li jkopru:

    (a) id-definizzjoni tal-karatteristiċi tan-nisel (jew nisel);

    (b) is-sistema li tidentifika l-annimali;

    (ċ) is-sistema għar-rekordjar tar-razez;

    (d) id-definizzjoni ta’ l-għanijiet tat-tnissil tagħhom;

    (e) is-sistemi biex isir użu mid-data ta’ l-abbiltà tal-bhejjem, li jagħmluha possibbli li ssir stima tal-valur ġenetiku ta’ l-annimali;

    (f) id-diviżjoni tal-ktieb tal-merħliet, jekk hemm kondizzjonijiet differenti biex jiddaħħlu annimali jew jekk hemm proċeduri differenti biex ikunu kklassifikati l-annimali li ddaħħlu fil-ktieb;

    4. ikollhom artikoli ta’ assoċjazzjoni, li jippreskrivu, b’mod partikolari, l-prinċipju ta’ non-diskrimanzzjoni bejn il-membri.

    --------------------------------------------------

    Top