Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31988L0321

    Id-Direttiva Tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Mejju 1988 li tadatta għall-progress tekniku tad-Direttiva tal-Kunsill 71/127/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-mirja li minnhom tista’ tara fuq wara ta’ vetturi bil-mutur

    ĠU L 147, 14.6.1988, p. 77–79 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2010; Impliċitament imħassar minn 32003L0097

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1988/321/oj

    31988L0321

    Id-Direttiva Tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Mejju 1988 li tadatta għall-progress tekniku tad-Direttiva tal-Kunsill 71/127/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-mirja li minnhom tista’ tara fuq wara ta’ vetturi bil-mutur

    Official Journal L 147 , 14/06/1988 P. 0077 - 0079
    Finnish special edition: Chapter 13 Volume 17 P. 0063
    Swedish special edition: Chapter 13 Volume 17 P. 0063
    CS.ES Chapter 13 Volume 009 P. 219 - 221
    ET.ES Chapter 13 Volume 009 P. 219 - 221
    HU.ES Chapter 13 Volume 009 P. 219 - 221
    LT.ES Chapter 13 Volume 009 P. 219 - 221
    LV.ES Chapter 13 Volume 009 P. 219 - 221
    MT.ES Chapter 13 Volume 009 P. 219 - 221
    PL.ES Chapter 13 Volume 009 P. 219 - 221
    SK.ES Chapter 13 Volume 009 P. 219 - 221
    SL.ES Chapter 13 Volume 009 P. 219 - 221


    Id-Direttiva Tal-Kummissjoni

    tas-16 ta’ Mejju 1988

    li tadatta għall-progress tekniku tad-Direttiva tal-Kunsill 71/127/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-mirja li minnhom tista’ tara fuq wara ta’ vetturi bil-mutur

    (88/321/KEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 71/127/KEE ta’ l-1 ta’ Marzu 1971 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-mirja li minnhom tista’ tara fuq wara ta’ vetturi bil-mutur [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 86/562/KEE [2], u partikolarment Artikolu 9 tagħha,

    Billi, minħabba l-esperjenza miksuba, u li qed jittieħed kont ta’ l-aqwa stat kurrenti, huwa issa possibbli li ċerti ħtiġiet tad-Direttiva 71/127/KEE jiġu magħmula aktar stretti sabiex is-sigurtà tat-toroq titjieb;

    Billi l-ħtiġiet kurrenti fir-rigward ta’ vetturi tal-kategorija N2 li għandhom massa ta’ iżjed minn 7,5 tunnellata metrika u vetturi tal-kategorija N3 minbarra t-tractive units għal semi-karrijiet wrew li mhumiex adegwati fir-rigward tal-kamp viżiv ta’ barra għall-ġenb u għall-parti ta’ wara tal-vettura; Billi, sabiex dan in-nuqqas jiġi ttrattat, huwa neċessarju li jkun hemm provdut għat-twaħħil ta’ mirja li minnhom tista’ tara fuq wara addizjonali tat-tip hekk imsejħa ‘anglu wiesa’;

    Billi l-ħtiġiet kurrenti fir-rigward ta’ vetturi tal-kategorija N2 li għandhom massa ta’ iżjed minn 7,5 tunnellata metrika wrew li wkoll ma kienux adegwati fir-rigward tal-kamp viżiv fiż-żona tal-ġenb tan-naħa ta’ l-istruttura tal-kabina opposta għas-sewwieq; billi, sabiex dan in-nuqqas jiġi ttrattat, huwa neċessarju li jkun hemm provdut għat-twaħħil ta’ mirja li minnhom tista’ tara fuq wara tat-tip ‘prossimità viċina’;

    Billi l-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Adattament għall-Progress Tekniku tad-Direttivi immirati lejn it-tneħħija ta’ ostakli tekniċi għall-kummerċ fis-settur ta’ vetturi bil-mutur,

    ADDOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Annessi II u III għad-Direttiva 71/127/KEE huma b’dan emendati skond l-Anness ta’ din id-Direttiva.

    Artikolu 2

    1. Mill-1 ta’ Jannar 1989 l-Istati Membri ma jistgħux, għar-raġunijiet li jikkonċernaw mirja li minnhom tista’ tara fuq wara:

    - jew jirrifjutaw l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE jew il-ħruġ tad-dokument previst fit-tielet inċiż ta’ Artikolu 10 (1) tad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE [3], jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali, għal tip ta’ vettura,

    - jipprojbixxu d-dħul fis-servizz ta’ vetturi,

    jekk il-mirja li minnhom tista’ tara fuq wara ta’ dak it-tip ta’ vettura jew vetturi jissodisfaw id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

    2. Mill-1 ta’ Ottubru 1990, l-Istati Membri:

    - ma jistgħux aktar joħorġu d-dokument previst fit-tielet inċiż ta’ Artikolu 10 (1) tad-Direttiva 70/156/KEE għal tip ta’ vettura, li l-mirja li minnhom tista’ tara fuq wara tagħha ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva,

    - jistgħu jirrifjutaw approvazzjoni tat-tip nazzjonali fir-rigward ta’ tip ta’ vettura, li l-mirja li minnhom tista’ tara fuq wara tagħha ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva,

    - jistgħu jipprojbixxu d-dħul fis-servizz ta’ vetturi, li l-mirja li minnhom tista’ tara fuq wara tagħhom ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

    Artikolu 3

    L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa’ mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 1989. Huma għandhom minnufih jinformaw lill-Kummissjoni b’dan.

    Artikolu 4

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fis-16 ta’ Mejju 1988.

    Għall-Kummissjoni

    Cockfield

    Viċi-President

    [1] ĠU L 68, tat-22.3.1971, p. 1.

    [2] ĠU L 327, tat-22.11.1986, p. 49.

    [3] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    Anness II għad-Direttiva 71/127/KEE huwa emendat kif ġej:

    Il-punt 2.2.2 fit-tieni kolonna tat-tabella, it-tieni linja issa taqra: "M1, N1 u N2" minflok "M1 u N1".

    Anness III għad-Direttiva 71/127/KEE huwa emendat kif ġej:

    1.2.3.4.5.6.7. Il-punt 2.1.1. issa jaqra:

    "2.1.1. Il-kampi viżivi stipulati f’punt 5 għandhom ikunu miksuba min-numru minimu ta’ mirja li minnhom tista’ tara fuq wara obbligatorji mniżżla fit-tabella li ġejja:

    Kategorija | Mirja ta’ ġewwa li minnhom tista’ tara fuq wara Klassi 1 | Mirja esterni li minnhom tista’ tara fuq wara |

    Mirja li minnhom tista’ tara fuq wara prinċipali | Klassi II Klassi III | Mirja li minnhom tista’ tara fuq wara b’angolu wiesa Klassi IV |

    Mirja li minnhom tista’ tara fuq wara prossimità viċin | Klassi V |

    M1 | 1 (madankollu, ara l-punt 2.1.2) | — (madankollu, ara l-punt 2.1.2.3) | 1 fuq in-naħa opposta tad-direzzjoni segwita mit-traffiku (madankollu, ara l-punt2.2.1) | — | — |

    M2 | — | 2 (1 fuq ix-xelluġ u 1 fuq il-lemin) | — | — (madankollu, ara l-punt 2.2.4) | — (ara, madankollu l-punti 2.2.2 u 3.7) |

    M3 | — | 2 (1 fuq ix-xellug u 1 fuq il-lemin) | — | — (madankollu, ara l-punt 2.2.4) | — (madankollu, ara l-punti 2.2.2 u 3.7) |

    N1 | 1 (madankollu, ara l-punt 2.1.2) | — (madankollu, ara punt 2.1.2.3) | 1 fuq in-naħa opposta tad-direzzjoni segwita mit-traffiku (madankollu, ara l-punt 2.2.1) | — (madankollu, ara l-punt 2.2.4) | — |

    N2≤7,5 tunnellata metrika | — (madankollu, ara l-punt 2.2.3) | 2 (1 fuq ix-xellug u 1 fuq il-lemin) | — (madankollu, ara l-punt 2.1.3) | — (madankollu, ara l-punt 2.1.4) | — (madankollu, ara l-punti 2.2.2 u 3.7) |

    N2 > 7,5 tunnellata | — madankollu, ara l-punt 2.2.3) | 2 (1 fuq ix-xellug u 1 fuq il-lemin) | — (madankollu, ara l-punt 2.1.3) | 1 | — (madankollu, ara l-punt 3.7) |

    N3 | — (madankollu, ara l-punt 2.2.3) | 2 (1 fuq ix-xellug u 1 fuq il-lemin) | — (madankollu, ara l-punt 2.1.3) | 1 | 1 (madankollu, ara l-punt 3.7)" |

    L-ewwel linja tal-punt 2.1.3 issa taqra:

    "Madankollu,…, għall-vetturi tal-kategorija N2 u N3)"

    minflok

    "Madankollu, għall-vetturi tal-kategorija N3"

    .

    Il-punt ġdid li ġej 2.1.4. jiġi miżjud wara l-punt 2.1.3:

    "2.1.4. Mera li minnha tista’ tara fuq wara tal-Klassi IV hija obbligatorja fil-vetturi kollha tal-kategorija N2 li għandhom massa massima ta’ mhux aktar minn 7,5 tunnellata metrika jekk il-mera li minnha tista’ tara fuq wara obbligatorja tal-Klassi II, imwaħħla fuq l-istess naħa, m’hiex konvessa".

    Il-Punt 2.2.2. issa jaqra:

    "2.2.2. Il-mera ta’ barra li minnha tista’ tara fuq wara tal-Klassi V hija aċċettabli għall-vetturi tal-kategorija N2 li għandhom massa massima ta’ mhux aktar minn 7,5 tunnellata metrika, u għall-vetturi tal-kategorija M2 u M3".

    Il-Punt 2.2.4. issa jaqra:

    "2.2.4. Mera ta’ barra li minnha tista’ tara fuq wara tal-Klassi IV hija aċċettabbli għall-vetturi N2 li għandha massa massima ta’ mhux aktar aktar minn 7,5 tunnellata metrika, u għall-vetturi tal-kategorija M2 u M3".

    It-tieni linja tal-punt 5.5.1, issa taqra:

    "(għall-vetturi li jinsaqu min-naħa tax-xellug)"

    minflok

    "(għall-vetturi li jinsaqu min-naħa tal-lemin)"

    .

    It-tielet linja tal-punt 5.5.1, issa taqra:

    "(għall-vetturi li jinsaqu min-naħa tal-lemin)"

    minflok

    "(għall-vetturi li jinsaqu min-naħa tax-xellug)"

    .

    --------------------------------------------------

    Top