Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31988L0183

    Id-Direttiva Tal-Kunsill tat-22 ta’ Marzu 1988 li temenda d-Direttiva 76/116/KEE fir-rigward ta’ fertilizzanti fluwidi

    ĠU L 83, 29.3.1988, p. 33–39 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 10/12/2003

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1988/183/oj

    31988L0183



    Official Journal L 083 , 29/03/1988 P. 0033 - 0039
    Finnish special edition: Chapter 13 Volume 17 P. 0038
    Swedish special edition: Chapter 13 Volume 17 P. 0038


    Id-Direttiva Tal-Kunsill

    tat-22 ta’ Marzu 1988

    li temenda d-Direttiva 76/116/KEE fir-rigward ta’ fertilizzanti fluwidi

    (88/183/KEE)

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari Artikolu 100A tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

    B’kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew [2],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

    Billi d-Direttiva tal-Kunsill 76/116/KEE tat-18 ta’ Diċembru 1975 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ fertilizzanti [4], kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ Spanju u l-Portugall, stabbiliet liġijiet li jirregolaw it-tqegħid fis-suq ta’ fertilizzanti solidi; billi ntwera li huwaneċessarju li jiġi estiż il-qasam ta’ applikazzjoni tad-Direttiva msemmija hawnfuq biex jiġu koperti fertilizzanti fluwidi;

    Billi huwa approprjat li d-Direttiva 76/116/KEE tapplika kemm għal fertilizzanti solidi u kif ukoll għal dawk fluwidi u, b’mod partikolari, li d-deskrizzjoni "fertilizzant tal-KEE" għall-fertilizzanti li jissodisfaw id-definizzjoni u li għandhom il-kompożizzjoni ta’ fertilizzanti sempliċi u komposti stabbilita f’din id-Direttiva għandha tapplika ukoll bl-istess mod,

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Direttiva 76/116/KEE huwa hawnhekk emendat kif ġej:

    1. L-Artikolu 2 huwa sostitwit b’li ġej:

    "Artikolu 2

    L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jassiguaw li d-deskrizzjoni "fertilizzant tal-KEE". tintuża biss għal fertilizzanti li jappartjenu għal waħda mit-tipi ta’ fertilizzanti elenkati f’Anness 1 u li jikkonformaw mal-kondizzjonijiet stabbiliti b’din id-Direttiva u b’Annessi I u III tagħha".

    2. Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied ma’ Artikolu 4:

    "3. Fertilizzanti fluwidi jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss jekk jiġu pprovduti struzzjonijiet adattati. Dawn l-istruzzjonijiet għandhom ikopru, b’mod partikolari, t-temperatura tal-ħażna u l-prevenzjoni ta’ inċidenti matul il-ħażna."

    3. ’Parti "Ċ - Il-fertilizzanti fluwidi" kontenuta fl-Anness ma’ din id-Direttiva hija miżjuda ma’ Anness I.

    4. Dan li ġej huwa inserit wara t-tieni subparagrafu fil-punt 1 (ċ) ta’ Anness II:

    "L-informazzjoni addizzjonali dwar il-komponenti fertilizzanti ta’ fertilizzanti fluwidi tista’ tiġi espressa f’termini bejn wieħed u ieħor ekwivalenti ta’ piż versus volum (kilogrammi għal kull ettolitru jew grammi għal kull litru).

    Il-kwantitajiet ta’ fertilizzant fluwidu għandhom jiġu espressi skond il-massa. L-espressjoni ta’ kwantitajiet ta’ fertilizzanti fluwidi skond il-volum ma għandhiex tkun obbligatorja."

    5. Il-prodotti u t-tolleranzi li ġejjin jiżdiedu taħt A. I f’Anness III:

    "Soluzzjoni ta’ fertilizzant tan-nitroġenu | 0,6 % |

    Soluzzjoni tan-nitrat ta’ l-ammonju-urea | 0,6 %". |

    Artikolu 2

    1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard minn żmien sena min-notifika tagħha. Għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan [5].

    2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

    Artikolu 3

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula Brussel, fit-22 ta’ Marzu 1998.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. Bangemann

    [1] ĠU C 12, tas-16.1.1987, p. 3.

    [2] ĠU C 125, tal-11.5.1987, p. 163.

    [3] ĠU C 232, tal-31.8.1987, p. 6.

    [4] ĠU L 24, tat-30.1.1976. p. 21.

    [5] Din id-Direttiva ġiet notifikata lill-Istati Membri fil-25 ta’ Marzu 1988.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    Ċ. FERTILIZZANTI FLUWIDI

    1. FERTILIZZANTI FLUWIDI PURI

    Numru | Deskrizzjoni tat-tip | Data dwar il-metodu ta’ produzzjoni u ingredjenti essenzjali | Kontenut minimu ta’ nutrienti (percentwali skond il-piż) data dwar l-espressjoni tan-nutrienti; ħtiġiet oħra; | Data ohra jew deskrizzjoni tat-tip oħra | Kontenut ta’ nutrient li ghandu jiġi dikjarat; forom u solubilitajiet tan-nutrienti; kriterji oħra |

    (1) | (2) | (3) | (4) | (5) | (6) |

    1 | Soluzzjoni ta’ fertilizzant tan-nitroġenu | Prodott ottenut kimikament u billi tinhall fl-ilma, f’forma stabbli bi pressjoni atmosferika, mingħajr iż-żieda ta’ nutrienti organiċi ta’ origini mill-annimali jew veġetali | 15 % N Nitroġenu espress bħala nitroġenu totali jew, jekk hemm forma waħda biss, nitroġenu nitriku jew nitroġenu ammonijaku jew nitroġenu ureiku. Kontenut massimu ta’ biuret: ureiku N × 0,026 | | Nitroġenu totali u, għal kull forma li tammonta għal mhux inqas minn 1 % ta’ nitroġenu nitriku, nitroġenu ammonijaku u/jew nitroġenu ureiku. Jekk il-kontenut biuret huwa inqas minn 0,2 % jistgħu jiżdiedu l-kliem ‘kontenut baxx ta’ biuret’ |

    2 | Soluzzjoni ta’ fertilizzant tan- nitrat ta’ l-ammonju -urea | Prodott miksub b’mod kimiku u bit-taħlil fl-ilma li fih in-nitrat ta’ l-ammonju u l-urea | 26 % N Nitroġenu espress bħala nitroġenu totali, fejn in-nitroġenu ureiku huwa madwar nofs in-nitroġenu preżenti Kontenut biuretiku massimu 0,5 % | | Nitroġenu totali, nitroġenu nitriku, nitroġenu ammonijaku u nitroġenu ureiku. Jekk il-kontenut biuret huwa inqas minn 0,2 % jistgħu jiżdiedu l-kliem ‘kontenut baxx ta’ biuret’ |

    2. FERTILIZZANTI FLUWIDI KOMPOSTI

    Deskrizzjoni tat-tip | Data dwar il-metodu tal-produzzjoni | Kontenut minimu ta’ nutrienti (perċentwali skond il-piż) Ħtiġiet oħra | Forma, solubilità u kontenut ta’ nutrienti li għandhom jiġu dikjarati kif speċifikat fil-kolonni 8, 9 u 10 | Data għall-identifikazzjoni ta’ fertilizzanti Ħtiġiet oħra |

    (1) | (2) | Total | Għal kull nutrient | N | 25PO | 25PO | N | 25PO | 25PO |

    (3) | (4) | (5) | (6) | (7) | (8) | (9) | (10) |

    Soluzzjoni tal-fertilizzant NPK | Prodott ottenut b’mod kimiku u billi tinħall fl-ilma, f’forma stabbli fi pressjoni atmosferika, mingħajr iż-żieda ta’ nutrienti organiċi ta’ oriġini mill-annimali jew veġetali | 15 % (N + P2O5+K2O) | 2 % N 3 %P2O5 3 %K2O | 1.Nitroġenu totali2.Nitroġenu nitriku3.Nitroġenu ammonijaku4.Nitroġenu ureiku | Jinħall fl-ilma P2O5 | Jinħall fl-ilma K2O | 1.Nitroġenu totali2.Jekk kwalunkwe mill-forom ta’ nitroġenu 2 sa 4 tammonta għal mhux inqas minn 1 % skond il-piż, dan għandu jiġi dikjarat.Jekk il-kontenut biuret huwa inqas minn 0,2 %, jistgħu jiżdiedu l-kliem ‘kontenut baxx ta’ biuret’ | Jinħall fl-ilma P2O5 | 1.Ossidu tal-potassju li jinħall fl-ilma2.Il-kliem ‘kontenut baxx ta’ klorur’ jistgħu jintużaw biss meta l-kontenut CI ma jaqbiżx it-2 %3.Il-kontenut ta’ klorur jista’ jiġi dikjarat. |

    Kontenut biuret massimu: ureiku N x 0,026 % |

    Sospensjoni tal-fertilizzant NPK | Prodott f’forma likwida, li fih in-nutrienti huma derivati minn sustanzi kemm f’sospensjoni fl-ilma u kemm f’soluzzjoni mingħajr żieda ta’ nutrienti organiċi ta’ oriġini mill-annimali jew veġetali | 20 % (N + P2O5+K2O) | 3 % N 4 %P2O5 4 %K2O | 1.Nitroġenu totali2.Nitroġenu nitriku3.Nitroġenu ammonijaku4.Nitroġenu ureiku | 1.Jinħall fl-ilma P2O52.P2O5 jinħall f’ċitrat newtrali ta’ ammonju3.P2O5 jinħall f’ċitrat newtrali ta’ ammonju u fl-ilma | Jinħall fl-ilma K2O | 1.Nitroġenu totali2.Jekk kwalunkwe waħda mill forom ta’ nitroġenu 2 sa 4 tammonta għal mhux inqas minn 1 % skond il-piż, dan għandu jiġi dikjarat.Jekk il-kontenut biuret huwa inqas minn 0,2 %, jistgħu jiżdiedu l-kliem ‘kontenut baxx ta’ biuret’ | Il-fertilizzanti m’għandhomx jikkontjenu Thomas slag, fosfat tal-kalċju ta’ l-aluminju, fosfati kalċinati, fosfati maħlula parzjalment jew fosfati naturali 1.Jekk il-P2O5 li jinħall fl-ilma huwa inqas minn 2 % għandha tiġi dikjarata biss is-solubilità 22.Jekk il-P2O5 li jinħall fl-ilma huwa ta’ l-inqas 2 % għandhom jiġu dikjarati is-solubilità 3 u l-kontenut P2O5 li jinħall fl-ilma | 1.Ossidu tal-potassju li jinħall fl-ilma2.Il-kliem ‘kontenut baxx ta’ klorur’ jistgħu jintużaw biss meta l-kontenut CI ma jaqbiżx it-2 %3.Il-kontenut ta’ kloru jista’ jiġi dikjarat. |

    Kontenut biuret massimu: ureiku N x 0,026 % |

    Soluzzjoni tal- fertilizzant NP | Prodott ottenut b’mod kimiku u billi jinħall fl-ilma, f’forma stabbli fi pressjoni atmosferika, mingħajr iż-żieda ta’ nutrienti organiċi ta’ oriġni mill-annimali jew veġetali | 18 % (N + P2O5) | 3 % N 5 %P2O5 | 1.Nitroġenu totali2.Nitroġenu nitriku3.Nitroġenu ammonijaku4.Nitroġenu ureiku | Jinħall fl-ilma P2O5 | | 1.Nitroġenu totali2.Jekk kwalunkwe waħda mill forom ta’ nitroġenu 2 sa 4 tammonta għal mhux inqas minn 1 % skond il-piż, dan għandu jiġi dikjarat.Jekk il-kontenut biuretiku huwa inqas minn 0,2 %, jistgħu jiżdiedu l-kliem ‘kontenut baxx ta’ biuret’ | Jinħall fl-ilma P2O5 | |

    Kontenut biuret massimu: ureiku N x 0,026 % | | |

    Sospensjoni tal-fertilizzant NP | Prodott f’forma likwida, li fih in-nutrienti huma miksuba minn sustanzi kemm f’soluzzjoni kif ukoll f’sospensjoni fl-ilma, mingħajr żieda ta’ nutrienti organiċi ta’ oriġini mill-annimali jew veġetali | 18 % (N + P2O5) | 3 % N 5 %P2O5 | 1.Nitroġenu totali2.Nitroġenu nitriku3.Nitroġenu ammonijaku4.Nitroġenu ureiku | 1.Jinħall fl-ilma P2O52.P2O5 jinħall f’ċitrat newtrali ta’ l-ammonju3.P2O5 jinħall f’ċitrat newtrali ta’ l-ammonju u fl-ilma | | 1.Nitroġenu totali2.Jekk kwalunkwe waħda mill forom ta’ nitroġenu 2 sa 4 tammonta għal mhux inqas minn 1 % skond il-piż, dan għandu jiġi dikjarat.Jekk il-kontenut biuret huwa inqas minn 0,2 %, jistgħu jiżdiedu l-kliem ‘kontenut baxx ta’ biuret’ | 1.Jekk il-P2O5 li jinħall fl-ilma huwa inqas minn 2 % għandha tiġi ddikjarata biss is-solubilità 22.Jekk il-P2O5 li jinħall fl-ilma huwa ta’ l-inqas 2 % għandhom jiġu dikjarati is-solubilità 3 u l-kontenut P2O5 li jinħall fl-ilma. Il-fertilizzanti ma jistax ikun fihom Thomas slag, fosfat tal-kalċju ta’ l-aluminju, fosfati kalċinati, fosfati maħlula parzjalment jew fosfati naturali | |

    Kontenut biuret massimu: ureiku N x 0,026 % | | |

    Soluzzjoni tal- fertilizzant NK | Prodott ottenut b’mod kimiku u billi jinħall fl-ilma, f’forma stabbli fi pressjoni atmosferika, mingħajr iż-żieda ta’ nutrienti organiċi ta’ oriġini mill-annimali jew veġetali | 15 % (N + K2O) | 3 % N 5 %K2O | 1.Nitroġenu totali2.Nitroġenu nitriku3.Nitroġenu ammonijaku4.Nitroġenu ureiku | | Jinħall fl-ilma K2O | 1.Nitroġenu totali2.Jekk kwalunkwe waħda mill forom ta’ nitroġenu 2 sa 4 tammonta għal mhux inqas minn 1 % skond il-piż, dan għandu jiġi dikjarat.Jekk il-kontenut biuret huwa inqas minn 0,2 %, jistgħu jiżdiedu l-kliem ‘kontenut baxx ta’ biuret’ | | 1.Ossidu tal-potassju li jinħall fl-ilma2.Il-kliem ‘kontenut baxx ta’ klorur’ jistgħu jintużaw biss meta l-kontenut CI ma jaqbiżx it-2 %3.Il-kontenut ta’ klorur jista’ jiġi ddikjarat. |

    Kontenut biuret massimu: ureiku N x 0,026 % | | |

    Sospensjoni tal-fertilizzant NK | Il-Prodott f’forma likwida, li fih in-nutrienti huma derivati minn sustanzi kemm f’soluzzjoni kif ukoll f’sospensjoni fl-ilma, mingħajr żieda ta’ nutrienti organiċi ta’ oriġini mill-annimali jew veġetali | 18 % (N + K2O) | 3 % N 5 %K2O | 1.Nitroġenu totali2.Nitroġenu nitriku3.Nitroġenu ammonijaku4.Nitroġenu ureiku | | Jinħall fl-ilma K2O | 1.Nitroġenu totali2.Jekk waħda mill forom ta’ nitroġenu 2 sa 4 tammonta għal mhux inqas minn 1 % skond il-piż, dan għandu jiġi dikjarat.Jekk il-kontenut biuret huwa inqas minn 0,2 %, jistgħu jiżdiedu l-kliem ‘kontenut baxx ta’ biuret’ | | 1.Ossidu tal-potassju li jinħall fl-ilma2.Il-kliem ‘kontenut baxx ta’ klorur’ jista’ jintuża biss meta l-kontenut CI ma jaqbiżx it-2 %3.Il-kontenut ta’ klorur jista’ jiġi dikjarat. |

    Kontenut biuret massimu: ureiku N x 0,026 % | | |

    Soluzzjoni tal-fertilizzant PK | Prodott ottenut b’mod kimiku u billi jinħall fl-ilma mingħajr iż-żieda ta’ nutrienti organiċi ta’ oriġini mill-annimali jew veġetali | 18 % (P2O5+ K2O) | 5 % P2O5 5 % K2O | | Jinħall fl-ilma P2O5 | Jinħall fl-ilma K2O | | Jinħall fl-ilma P2O5 | 1.Ossidu tal-potassju li jinħall fl-ilma2.Il-kliem ‘kontenut baxx ta’ klorur’ jista’ jintuża biss meta l-kontenut CI ma jaqbiżx it-2 %3.Il-kontenut ta’ klorur jista’ jiġi dikjarat |

    Sospensjoni tal-fertilizzant PK | Prodott f’forma likwida, li fih in-nutrienti huma derivati minn sustanzi kemm f’soluzzjoni kif ukoll f’sospensjoni fl-ilma, mingħajr żieda ta’ nutrienti organiċi ta’ oriġini mill-annimali jew veġetali | 18 % (P2O5 + K2O) | 5 % P2O5 5 % K2O | | 1.Jinħall fl-ilma P2O52.P2O5 jinħall f’ċitrat newtrali ta’ l-ammonju3.P2O5 jinħall f’ċitrat newtrali ta’ l-ammonju u fl-ilma | Jinħall fl-ilma K2O | | 1.Jekk il-P2O5 li jinħall fl-ilma huwa inqas minn 2 % tiġi dikjarata biss is-solubilità 2.2.Jekk il-P2O5 li jinħall fl-ilma huwa ta’ l-inqas 2 % għandha tiġi dikjarata s-solubilità 3 u għandu jiġi ddikjarat il-kontenut P2O5 li jinħall fl-ilma Il-fertilizzanti m’ għandhomx jikkontjenu Thomas slag, fosfat tal-kalċju ta’ l-aluminju, fosfati kalċinati, fosfati maħlula parzjalment jew fosfati naturali | 1.Ossidu tal-potassju li jinħall fl-ilma2.Il-kliem ‘kontenut baxx ta’ klorur’ jistgħu jintużaw biss meta l-kontenut CI ma jaqbiżx it-2 %3.Il-kontenut ta’ klorur jista’ jiġi dikjarat |

    --------------------------------------------------

    Top