Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31988D0662

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Diċembru 1988 li għandha x'taqsam ma' l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim Internazzjonali dwar il-Gomma Naturali, 1987

    ĠU L 382, 31.12.1988, p. 39–39 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1988/662/oj

    31988D0662



    Official Journal L 382 , 31/12/1988 P. 0039 - 0039
    Finnish special edition: Chapter 11 Volume 14 P. 0209
    Swedish special edition: Chapter 11 Volume 14 P. 0209


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    tal-21 ta' Diċembru 1988

    li għandha x'taqsam ma' l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim Internazzjonali dwar il-Gomma Naturali, 1987

    (88/662/KEE)

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 113 u 116 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

    Billi l-Ftehim Internazzjonali dwar il-Gomma Naturali skada;

    Billi, skond id-Deċiżjoni Nru 88/107/KEE [1], l-Ftehim Internazzjonali dwar il-Gomma Naturali, 1987, hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim ta' l-1987", kien iffirmat mill-Komunità u l-Istati Membri tagħha fit-18 ta' Diċembru 1987;

    Billi hu mixtieq li jkun żgurat li l-Ftehim ta' l-1987 jidħol fis-seħħ fuq bażi proviżorja mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 1989; billi, s'issa, hu neċessarju għall-Komunità u l-Istati Membri tagħha, bi qbil mal-proċeduri interni meħtieġa u la darba dawn ikunu ntemmu, biex javżaw lis-Segretarju-Ġenerali ta' l-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti bl-intenzjoni tagħhom biex japplikaw il-Ftehim ta' l-1987 fuq bażi proviżorja,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    La darba huma jtemmu l-proċeduri interni meħtieġa, il-Komunità u l-Istati Membri tagħha għandhom javżaw lis-Segretarju-Ġenerali ta' l-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti bl-intenzjoni tagħhom biex japplikaw il-Ftehim Internazzjonali tal-Gomma Naturali, 1987, fuq bażi proviżorja, bi qbil ma' l-Artikoli 59(1) u 60 (2).

    Artikolu 2

    Il-president tal-Kunsill hu hawnhekk awtorizzat biex jinnomina persuna awtorizzata biex tiddeposita n-notifikazzjoni ta' l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' l-1987 Agreement f'isem il-Komunità.

    Magħmula fi Brussell, fil-21 ta' Diċembru 1988.

    F'isem il-Kunsill

    Il-President

    V. Papandreou

    [1] ĠU L 58, tat-3.3.1988, pġ. 18.

    --------------------------------------------------

    Top