This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31987L0357
Council Directive 87/357/EEC of 25 June 1987 on the approximation of the laws of the Member States concerning products which, appearing to be other than they are, endanger the health or safety of consumers
Id-Direttiva tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 1987 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar prodotti li, minħabba li jidhru li jkunu xi ħaġa oħra milli fil-fatt ikunu, jipperikolaw is-saħħa jew s-sigurtà tal-konsumaturi
Id-Direttiva tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 1987 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar prodotti li, minħabba li jidhru li jkunu xi ħaġa oħra milli fil-fatt ikunu, jipperikolaw is-saħħa jew s-sigurtà tal-konsumaturi
ĠU L 192, 11.7.1987, pp. 49–50
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 12/12/2024; Imħassar b' 32023R0988
Id-Direttiva tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 1987 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar prodotti li, minħabba li jidhru li jkunu xi ħaġa oħra milli fil-fatt ikunu, jipperikolaw is-saħħa jew s-sigurtà tal-konsumaturi
Official Journal L 192 , 11/07/1987 P. 0049 - 0050
Finnish special edition: Chapter 15 Volume 7 P. 0244
Swedish special edition: Chapter 15 Volume 7 P. 0244
CS.ES Chapter 13 Volume 008 P. 283 - 284
ET.ES Chapter 13 Volume 008 P. 283 - 284
HU.ES Chapter 13 Volume 008 P. 283 - 284
LT.ES Chapter 13 Volume 008 P. 283 - 284
LV.ES Chapter 13 Volume 008 P. 283 - 284
MT.ES Chapter 13 Volume 008 P. 283 - 284
PL.ES Chapter 13 Volume 008 P. 283 - 284
SK.ES Chapter 13 Volume 008 P. 283 - 284
SL.ES Chapter 13 Volume 008 P. 283 - 284
Id-Direttiva tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 1987 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar prodotti li, minħabba li jidhru li jkunu xi ħaġa oħra milli fil-fatt ikunu, jipperikolaw is-saħħa jew s-sigurtà tal-konsumaturi (87/357/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100 ta' dan, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1]; Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2], Billi f'diversi Stati Membri hemm fis-seħħ dispożizzjonijiet legali jew regolamenti dwar ċerti prodotti li, minħabba li jidhru li huma xi ħaġa oħra minn dak li fil-fatt huma, jipperikolaw is-sigurtà jew is-saħħa tal-konsumaturi; iżda, billi, dawn id-dispożizzjonijiet ma jaqblux fil-kontenut, skop u fil-qasam ta' l-applikazzjoni; billi, b'mod partikolari, dawn id-dispożizzjonijiet f'ċerti Stati Membri jikkonċernaw il-prodotti kollha li jixbhu oġġetti ta' l-ikel waqt li ma jkunux hekk waqt li fi Stati Membri oħra huma jikkonċernaw prodotti li x'aktarx jistgħu jitfixklu ma' oġġetti ta' l-ikel, l-aktar ħelu; Billi din il-qagħda toħloq fil-Komunità xkiel sinifikanti għall-moviment liberu tal-merkanzija u kondizzjonijiet kompetittivi li mhumiex ugwali mingħajr ma tkun żgurata protezzjoni effettiva għal konsumaturi, b'mod speċjali tfal; Billi, dawn l-ostakoli għall-istabbiliment u t-tħaddim tas-suq komuni għandhom jitneħħew u għandha tkun żgurata protezzjoni xierqa għal konsumaturi bi qbil mar-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill ta' l-14 ta' April 1975 u d-19 ta' Mejju 1981 rispettivament fuq l-ewwel [3] u t-tieni programmi [4] tal-Komunità Ekonomika Ewropea għal protezzjoni tal-konsumatur u politika ta' informazzjoni u r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-23 ta' Ġunju 1986 dwar spinta ġdida għal politika ta' protezzjoni tal-konsumatur [5]; Billi s-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi għandu jkollhom livell ekwivalenti ta' protezzjoni fl-Stati Membri differenti; Billi għal dak il-għan jeħtieġ li jkun projbit il-bejgħ, l-importazzjoni u kemm il-produzzjoni kif ukoll l-esportazzjoni ta' prodotti li, minħabba li jistgħu jitfixklu ma' oġġetti ta' l-ikel, jipperikolaw is-saħħa jew is-sigurtà ta' konsumaturi; Billi għandha ssir dispożizzjoni għal kontrolli li għandhom isiru mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri; Billi, bi qbil mal-prinċipji inkorporati fir-riżoluzzjonijiet tal-Kunsil dwar protezzjoni tal-konsumatur, il-prodotti perikolużi għandhom ikunu rtirati mis-suq; Billi għandha ssir dispożizzjoni biex ikun possibbli li jiġu diskussi u eżaminati l-miżuri mittieħda mill-Istati Membri biex jipprojbixxu prodotti bħal dawn jew jiġu rtirati mis-suq, biex tkun żgurata applikazzjoni uniformi mal-Komunità kollha tal-prinċipji inkorporati f'din id-Direttiva; billi eżami u diskussjoni bħal dawn jistgħu jsiru fil-Kumitat Konsultattiv stabbilit skond id-Deċizjoni 84/133/KEE [6]; Billi, minħabba l-ħtieġa li jista' jkun hemm li jitwessa' l-iskop biex jinkludi imitazzjonijiet perikolużi ta' oġġetti ta' l-ikel u biex tevalwa u tirrivedi l-proċeduri stabbiliti f'din id-Direttiva, għandha ssir dispożizzjoni biex il-Kunsill, sentejn wara li l-implimentazzjoni tad-Direttiva u waqt li jkun qiegħed jaġixxi fuq rapport tal-Kummissjoni dwar l-esperjenza miksuba, jiddeċiedi dwar l-aġġustament li jkun jista' jsir għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 1. Din id-Direttiva għandha tapplika għall-prodotti, definiti fil-paragrafu 2 hawn taħt, li, waqt li jidhru li huma xi ħaġa oħra milli fil-fatt huma, jipperikolaw is-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi. 2. Il-prodotti li għalihom jirreferi l-paragrafu 1 hawn fuq huma dawk li, għalkemm ma jkunux oġġetti ta' l-ikel, ikollhom forma, riħa, kulur, dehra, imballaġġ, tikketta, volum jew daqs, li x'aktarx li l-konsumaturi, speċjalment tfal, ifixkluhom ma' oġġetti ta' l-ikel u bħala konsegwenza jqegħduhom f'ħalqhom, jew isoffuhom jew jibilgħuhom, li jistgħu jkunu perikolużi u jikkawżaw, per eżempju, fgar, avvelenament, jew il-perforazzjoni jew xkiel fis-sistema diġestiva. Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jipprojbixxu l-bejgħ, l-importazzjoni u jew il-manifattura jew l-esportazzjoni tal-prodotti li għalihom tirreferi din id-Direttiva. Artikolu 3 L-Istati Membri għandhom b'mod partikolari jiżguraw li jsir l-iċċekkjar fuq prodotti li jkun hemm fis-suq biex jassiguraw li ebda prodott li jaqa' fil-qasam ta' din id-Direttiva ma jkun qed jinbiegħ u jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jirtiraw jew iġiegħlu li jkun irtirat kull prodott li jaqa' taħt din id-Direttiva. Artikolu 4 1. Jekk Stat Membru jieħu miżura speċifika skond Artikoli 2 u 3, huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni b'dan. Huwa għandu jagħti deskrizzjoni tal-prodott u tar-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu. Meta dettalji tal-prodott ikunu diġà mitluba skond id-Deċiżjoni 84/133/KEE, ma tkun tenħtieġ ebda notifika oħra skond din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tibgħat id-dettalji lill-Istati Membri l-oħra ma' l-ewwel opportunità. 2. Il-Kumitat stabbilit bid-Deċiżjoni 84/133/KEE jista' jintalab mill-Kummissjoni jew minn xi Stat Membru li jibda skambju ta' opinjonijiet dwar kwistjonijiet marbuta ma' l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Artikolu 5 Sentejn wara d-data li għaliha jirreferi Artikolu 6, fuq il-bażi ta' rapport tal-Kummissjoni dwar l-esperjenza miksuba, li jkollu miegħu proposti xierqa, il-Kunsill għandu jieħu deċiżjoni dwar aġġustament li jista' jsir għal din id-Direttiva, b'mod partikolari bil-ħsieb li jestendi l-iskop tagħha biex jinkludi imitazzjonijiet perikolużi għajr imitazzjonijiet ta' oġġetti ta' l-ikel u kull reviżjoni tal-proċeduri stabbiliti f'Artikolu 4. Artikolu 6 1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa mhux aktar tard mis-26 ta' Ġunju 1989 biex iħarsu din id-Direttiva. Huma għandhom jinfurmaw b'dan lill-Kummissjoni fil-pront. 2. L-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam irregolat minn din id-Direttiva. Artikolu 7 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fil-Lussemburgu, fil-25 ta' Ġunju 1987. Għall-Kunsill Il-President H. DE Croo [1] ĠU C 156, tal-15.6.1987. [2] ĠU C 150, tad-9.6.1987, p. 1. [3] ĠU C 92, tal-25.4.1975, p. 1. [4] ĠU C 133, tat-3.6.1981, p. 1. [5] ĠU C 167, tat-5.7.1986, p. 1. [6] ĠU L 70, tat-13.3.1984, p. 16. --------------------------------------------------