This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31987L0120
Commission Directive 87/120/EEC of 14 January 1987 amending various Council Directives on the marketing of seeds and propagating materials
Id-Direttiva tal-Kummissjoni ta' l-14 ta' Jannar 1987 li temenda varji Direttivi tal-Kunsill dwar il-marketing ta' żrieragħ u materjali tal-propagazzjoni
Id-Direttiva tal-Kummissjoni ta' l-14 ta' Jannar 1987 li temenda varji Direttivi tal-Kunsill dwar il-marketing ta' żrieragħ u materjali tal-propagazzjoni
ĠU L 49, 18.2.1987, pp. 39–43
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version:
09/08/2002
Official Journal L 049 , 18/02/1987 P. 0039 - 0043
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 22 P. 0210
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 22 P. 0210
Id-Direttiva tal-Kummissjoni ta' l-14 ta' Jannar 1987 li temenda varji Direttivi tal-Kunsill dwar il-marketing ta' żrieragħ u materjali tal-propagazzjoni (87/120/KEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/400/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1966 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-pitravi [1], kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KEE) Nru 3768/85 [2], u partikolarment l-Artikolu 21a tagħha, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1966 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-pjanti ta' l-għalf [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 86/155/KEE [4], u partikolarment l-Artikoli 2 (1a) u 21a tagħha, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1966 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa taċ-ċereali [5], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 86/320/KEE [6], u partikolarment l-Artikoli 2 (1a) u 21a tagħha, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 69/208/KEE tat-30 ta' Ġunju 1966 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u l-fibri [7], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 86/155/KEE, u partikolarment Artikoli 2 (1a) u 20a tagħha, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/458/KEE tad-29 ta' Settembru 1970 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-ħxejjex [8], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 86/155/KEE, u partikolarment Artikoli 2 (1a) u 40a tagħha, Billi, fid-dawl ta' l-iżvilupp tat-tagħrif xjentifiku u tekniku, id-Direttivi 66/400/KEE, 66/401/KEE, 66/402/KEE, 69/208/KEE u 70/458/KEE għandhom ikunu emendati għar-raġunijiet elenkati hawn taħt; Billi uħud mill-ismijiet bottaniċi użati fid-Direttivi 66/401/KEE, 66/402/KEE, 69/208/KEE u 70/458/KEE kien ġie muri li ma kinux korretti jew ta' awtentiċità dubbjuża; Billi dawk l-ismijiet għandhom ikunu illivellati ma' dawk normalment aċċettati internazjonalment; Billi l-metodi internazzjonali preżenti jippermettu tolleranza ta' 5 % tal-piż massimu tal-lottijiet taż-żrieragħ; Billi huwa mixtieq li tolleranza simili għandha tkun applikata permess tad-Direttivi tal-Komunità; Billi l-kondizzjonijiet stabbiliti mill-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni Ekonomika u Żvilupp għall-iżolament preċedenti tal-ħsad u l-uċuħ għall-produzzjoni taż-żerriegħa tal-pitravi taz-zokkor u taż-żerriegħa tal-pitravi ta' l-għalf kien ġie muri li huma addattati għal adozzjoni mill-Komunità; Billi huwa mixtieq li r-regoli tal-kontenut taż-żerriegħa tal-lupini morri, ta' żerriegħa tal-lupini ħelwin għandha tkun imtejba fid-dawl ta' l-iżvilupp tal-kwalità taż-żerriegħa normalment milħuqa; Billi huwa meħtieġ li tkun ikkontrollata l-preżenza tal-pjanti selvaġġi u tal-kontenut tal-pjanti tal-qmugħ-ħomor f'uċuħ għall-produzjoni taż-żerriegħa tar-ross; Billi ħtiġiet aktar stretti jenħtieġ li jkunu stabbiliti għall-kontenut tal-qmugħ-ħomor fiż-żerriegħa tar-ross; Billi r-regoli internazzjonali preżenti kienu riċentement ġew irriveduti fir-rigward tal-piżijiet massimi għal-lottijiet tal-żrieragħ ta' ċerti speċi taċ-ċereali; billi dik ir-reviżjoni kienet approvata mill-Komunità; Billi l-piżijiet massimi fir-regoli tal-Komunità għal-lottijiet taż-żrieragħ ta' dawk l-ispeċi għandhom għalhekk ikunu rriveduti kif meħtieġ; Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'din id-Direttiva huwa bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żrieragħ u l-Materjal tal-Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Oltikoltura u l-Foresterija, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Id-Direttiva 66/400/KEE hija b'hekk emendata kif ġej: 1. Il-paragrafu segwenti huwa miżjud qabel l-Anness I (A) (1): "01. Il-ħsad preċedenti ta' l-għalqa m'għandux ikun inkompatibbli mal-produzzjoni taż-żerriegħa ta' Beta vulgaris tal-varjeta tal-wiċċ, u l-għalqa għandha tkun biżżejjed ħielsa minn pjanti bħal dawn li huma voluntieri minn ħsad preċedenti." 2) L-Anness I (A) (5) huwa mibdul b'dan il-paragrafu li ġej: "5. Id-distanzi minimi minn sorsi tal-pollinazzjoni tal-qrib għandhom ikunu: Uċuħ | Distanza minima | 1.Għall-produzjoni taż-żerriegħa bażika: | | minn kwalunkwe sorsi ta' pollinazzjoni tal-genus Beta | 1000 m | 2.Għall-produzzjoni taż-żerriegħa ċċertifikata: | | (a)tal-pitravi taz-zokkor: | | minn kwalunkwe sorsi tal-pollinazzjoni tal-genus Betali ma | 1000 m | il-pollinatur intenzjonat jew wieħed mill-pollinaturi indikati jkun | 600 m | il-pollinatur intenzjonat ikun esklussivament tetraplojdi, minn | 600 m | minn sorsi tal-pollinazzjoni tal-pitravi taz-zokkor, li l-plojdi | 600 m | il-pollinatur intenzjonat jew wieħed mill-pollinaturi indikati jkun | 300 m | il-pollinatur intenzjonat ikun esklussivament tetraplojdi, minn | 300 m | bejn żewġ għelieqi tal-produzzjoni taż-żerriegħa tal-pitravi taz- | 300 m | (b)tal-pitravi għall-għalf | | minn kwalunkwe sorsi tal-pollinazzjoni tal-genus Betali ma | 1000 m | il-pollinatur intenzjonat jew wieħed mill-pollinaturi jkun | 600 m | il-pollinatur intenzjonat ikun esklussivament tetraplojdi, minn | 600 m | minn sorsi tal-pollinazzjoni tal-pitravi ta' l-għalf, li l-dipjodi | 600 m | il-pollinatur intenzjonat jew wieħed mill-pollinaturi jkun | 300 m | il-pollinatur intenzjonat ikun esklussivament tetraplojdi, minn | 300 m | bejn żewġ għelieqi tal-produzzjoni taż-żerriegħa tal-pitravi ta' l- | 300 m | Id-distanzi ta' hawn fuq jistgħu jkunu injorati jekk ikun hemm protezzjoni biżżejjed minn xi sorsi barranija tal-pollinazzjoni mhux mixtieqa. L-ebda iżolazzjoni ma hija meħtieġa bejn uċuħ taż-żerriegħa li jużaw l-istess pollinatur. Il-plojdi kemm tal-pitravi għaż-żerriegħa u wkoll għal komponenti li jxerdu ż-żerriegħa ta' l-uċuħ li jipproduċu ż-żerriegħa għandu jkun stabbilit b'referenza lejn il-katalogu komuni tal-varjetajiet agrikoli. Dawn id-distanzi t'hawn fuq jistgħu jkunu mwarrba jekk ikun hemm protezzjoni suffiċjenti minn xi pollinazzjoni barranija mhux mixtieqa. L-ebda iżolazzjoni m'hija meħtieġa bejn uċuħ taż-żerriegħa li tuża l-istess pollinatur. Il-plojdità kemm tal-komponenti ta' l-uċuħ li jipproduċu ż-żerriegħa u dawk li jxerrdu l-pollinazzjoni għandha tkun stabbilita b'referenza lejn il-katalogu komuni tal-varjetajiet ta' l-ispeċi tal-pjanti agrikoli mħejji permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 70/457/KEE [1] ĠU L 225, 10.12.1970, p. 1., kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 86/155/KEE [2] ĠU L 118, 7.5.1985, p. 23., jew tal-katalogi nazzjonali tal-varjetajiet stabbiliti permezz ta' din id-Direttiva. Jekk din l-informazjoni ma tkunx inkluża għal xi varjetà, il-plojdità għandha tkun meqjusa bħala mhux magħrufa, u b'hekk id-distanza minima tal-iżolazzjoni ta' 600 metru hija meħtieġa." 3. Is-sentenza segwenti hija miżjuda mal-Anness II: "Il-piż massimu tal-lott m'għandux ikun misbuq b'aktar minn 5 %." Artikolu 2 Id-Direttiva 66/401/KEE hija b'hekk emendata kif ġej: 1. Fl-Artikolu 2 (1) (A) il-kliem fuq in-naħa tax-xellug t'hawn taħt huma mibdula bil-kliem korrispondenti tan-naħa tal-lemin: Agrostis tenuis Sibth | Agrostis capillaris L. | Arrhenatherum elatius (L.) Beauv. ex J. etK. Presl | Arrhenatherum elatius (L.) P. Beauv. ExJ. S. et K. B. Presl | Festuca arundinacea Schreb. | Festuca arundinacea Schreber | Festuca pratensis Huds.. | Festuca pratensis Hudson | Lolium x hybridum Hausskn | Lolium x boucheanum Kunth | Trisetum flavescens (L.) Beauv. | Trisetum flavescens (L.) P. Beauv. | Medicago x varia Martyn | Medicago x varia T. Martyn | Brassica napus L. var. napobrassica(L.)Peterm | Brassica napus L. var. napobrassica (L.)Rchb. | Brassica oleracea L. convar. acephala (DC) | Brassica oleracea L. convar. acephala (DC)Alef. var. medullosa Thell. + var. viridis L. | Raphanus sativus L. ssp. oleifera (DC)Metzg. | Raphanus sativus L. var. oleiformis Pers. | 2. Fl-Artikolu 3 (1) il-kliem fuq in-naħa tax-xellug ta' hawn taħt huma mibdula bil-kliem korrispondenti tan-naħa tal-lemin: Brassica napus L. var. napobrassica (L.)Peterm. | Brassica napus L. var. napobrassica (L.)Rchb. | Brassica oleracea L. convar. acephala (DC.) | Brassica oleracea L. convar. acephala (DC.)Alef. var. medullosa Thell. + var. varidis L. | Festuca arundinacea Schreb. | Festuca arundinacea Schreber | Festuca pratensis Huds. | Festuca pratensis Hudson | Lolium x hybridum Hausskn. | Lolium x boucheanum Kunth | Medicago x varia Martyn | Medicago x varia T. Martyn | Raphanus sativus L. ssp. oleifera (DC)Metzg. | Raphanus sativus L. var. oleiformis Pers. | 3. Fil-kolonna 1 tat-tabell fl-Anness II (I) (2) (A): - "Agrostis tenuis" hija mibdula bi "Agrostis capillaris", - "Lolium x hybridum" hija mibdula bi "Lolium x boucheanum", - "ssp. oleifera" hija mibdula bi "var. oleiformis". 4. Fl-Anness II (I) (2) (B) (p) '2,5 %' huwa miżjud wara l-kelma 'jeċċedi' u l-kumplament tad-dettall huwa mħassar. 5. Fil-kolonna 1 tat-tabella fl-Anness II (II) (2) (A): - "Agrostis tenuis" hija mibdula bi "Agrostis capillaris", - "Lolium x hybridum" hija mibdula bi "Lolium x boucheanum", - "ssp. oleifera" hija mibdula bi "var. oleiformis". 6. L-Anness II (III) (6) (c) huwa mħassar. 7. Fil-kolonna 1 tat-tabella fl-Anness III: - "Agrostis tenuis" hija mibdula bi "Agrostis capillaris", - "Lolium x hybridum" hija mibdula bi "Lolium x boucheanum", - "ssp. oleifera" hija mibdula bi "var. oleiformis". 8. Fl-Anness III, dan li ġej huwa miżjud wara t-tabella: "Il-piż massimu tal-lott m'għandux ikun misbuq b'aktar minn 5 %." Artikolu 3 Id-Direttiva 66/402/KEE hija b'hekk emendata kif ġej: 1. Fl-Artikolu 2 (1) (A), 'apparti minn Zea mays convar. microsperma (Koern) u Zea mays convar. saccharata (Koern)' huma mibdula bi '(partim)'. 2. Fil-kliem introduttorju tat-tielet paragrafu ta' l-Anness I (3), 'Oryza sativa' hija miżjuda wara 'l-uċuħ ta''. 3. Fit-tielet paragrafu ta' l-Anness I (3) is-sewgenti huwa miżjud: "D. Oryza sativa: in-numru tal-pjanti li huma rikonoxxuti bħala ovvjament pjanti selvaġġi jew pjanti ta' qmugħ-ħomor m'għandhomx jeċċedu: - 0 għall-produzzjoni taż-żerriegħa bażika, - 1 kull 50 m2 għall-produzzjoni taż-żerriegħa ċċertifikata." 4. Fil-kolonna 5 tat-tabella fl-Anness II (2) (a) '2', '5' u '10' huma mibdula bi '1', '3' u '5' rispettivament. 5. Fil-kolonna 2 tat-tabella fl-Anness III '20' huwa mibdul bi '25' fiż-żewġ każi fejn jidher. 6. Is-sentenza segwenti hija miżjuda ma' l-Anness III: "Il-piż massimu tal-lott m'għandux ikun misbuq b'aktar minn 5 %.". Artikolu 4 Id-Direttiva 69/208/KEE hija b'hekk emendata kif ġej: 1. Fl-Artikolu 2 (1) (A) il-kliem fuq in-naħa tax-xellug t'hawn taħt huma mibdula bil-kliem korrispondenti tan-naħa tal-lemin: Brassica juncea (L.) Czern. et Coss. inCzern. | Brassica juncea (L.) Czernj. et Cosson | Brassica napus L. | Brassica napus L. (partim) | Brassica nigra (L.) W. Koch | Brassica nigra (L.) Koch | Brassica rapa L. (partim) | Brassica rapa L. var. silvestris (Lam.) Briggs | 2. Fl-Artikolu 3 (1) il-kliem fuq in-naħa tax-xellug t'hawn taħt huma mibdula bil-kliem korrispondenti tan-naħa tal-lemin: Brassica napus L. ssp. oleifera (Metzg.)Sinsk. | Brassica napus L. (partim) | Brassica rapa L. (partim) | Brassica rapa L. var. silvestris (Lam.) Briggs | 3. Fil-kolonna 1 tat-tabella fl-Anness I (2) 'ssp. oleifera' hija mħassra fiż-żewġ każi ta' fejn tidher. 4. Fil-kolonna 1 tat-tabella fl-Anness II (1) (1) 'ssp. oleifera' hija mħassra fiż-żewġ każi ta' fejn tidher. 5. Fil-kolonna 1 tat-tabella fl-Anness II (I) (3) (A) 'ssp. oleifera' hija mħassra. 6. Fil-kolonna 1 tat-tabell fl-Anness III 'ssp. oleifera' hija mħassra. 7. Is-sentenza segwenti hija miżjuda ma' l-Anness III: "Il-piż massimu tal-lott m'għandux ikun misbuq b'aktar minn 5 %." Artikolu 5 Id-Direttiva 70/458/KEE hija b'hekk emendata kif ġej: 1. Fl-Artikolu 2 (1) (A) il-kliem fuq in-naħa tax-xellug t'hawn taħt huma mibdula bil-kliem korrispondenti tan-naħa tal-lemin: Beta vulgaris L. var. cycla (L.) Ulrich | Beta vulgaris L. var. vulgaris | Beta vulgaris L. var. esculenta L. | Beta vulgaris L. var. conditiva Alef. | Brassica oleracea L. var. acephala DCsubvar. laciniata L. | Brassica oleracea L. convar. acephala (DC.)Alef. var sabellica L. | Brassica oleracea L. convar. botrytis (L.)Alef. var botrytis | Brassica oleracea L. convar. botrytis (L.)Alef. var. botrytis L. | Brassica oleracea L. convar. botrytis (L.)Alef. var. italica Plenck | Brassica oleracea L. convar. botrytis (L.)Alef. var. cymosa Duch. | Brassica oleracea L. var. bullata subvar.gemmifera DC. | Brassica oleracea L. convar. oleracea var.gemmifera DC. | Brassica oleracea L. var. bullata DC. et var.subauda L. | Brassica oleracea L. convar. capitata (L.)Alef. var. sabauda L. | Brassica oleracea L. var. capitata L. f. albaDC. | Brassica oleracea L. convar. capitata (L.)Alef. var. alba DC. | Brassica oleracea L. var. capitata L. f.rubra (L.) Thell. | Brassica oleracea L. convar. capitata (L.)Alef. var. rubra DC. | Brassica oleracea L. var. gongylodes L. | Brassica oleracea L. convar. acephala (DC.)Alef. var. gongylodes | Brassica rapa L. var. rapa (L.) Thell. | Brassica rapa L. var. rapa | Cichorium intybus L. var. foliosum Bisch. | Cichorium intybus L. (partim) | Foeniculum vulgare P. Mill. | Foeniculum vulgare Miller | Lycopersicon lycopersicum (L.) Karst. exFarwell | Lycopersicon lycopersicum (L.) Karsten exFarw. | Petroselinum crispum (Mill.) Nym. ex A. W.Hill | Petroselinum crispum (Miller) Nyman exA. W. Hill | 2. Fl-ewwel kolonna tat-tabella fl-Anness II (3) (a) 'var. botrytis' hija mibdula bi '(pastard)' u '(speċje oħra)' hija mibdula bi '(sub-speċi oħra)'. 3. Is-sentenza segwenti hija miżjuda ma' l-Anness III (1): "Il-piż massimu tal-lott m'għandux ikun misbuq b'aktar minn 5 %." Artikolu 6 L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 1988. Huma għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan. Artikolu 7 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fis-14 ta' Jannar 1987. Għall-Kummissjoni Frans Andriessen Viċi-President [1] ĠU 125, tal- 11.7.1966, p. 2290/66. [2] ĠU L 362, tal-31.12.1985, p. 8. [3] ĠU 125, tal- 11.7.1966, p. 2298/66. [4] ĠU L 118, tas-7.5.1986, p. 23. [5] ĠU 125, tal- 11.7.1966, p. 2309/66. [6] ĠU L 200, tat-23.7.1986, p. 38. [7] ĠU L 169, ta’ l-10.7.1969, p. 3. [8] ĠU L 225, tat-12.10.1970, p. 7. --------------------------------------------------