Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31987D0257

    Id-Deċiżjoni tal-Kommissjoni tat-28 ta’ April 1987 Dwar il-lista ta’ stabbilimenti fl-Istati Uniti ta’ l-Amerka approvati għall-iskop ta’ importazzjoni ta’ laħam frisk fil-Komunità

    ĠU L 121, 9.5.1987, p. 46–49 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 21/03/2014; Imħassar b' 32014D0160

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1987/257/oj

    31987D0257



    Official Journal L 121 , 09/05/1987 P. 0046 - 0049
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 23 P. 0131
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 23 P. 0131


    Id-Deċiżjoni tal-Kommissjoni

    tat-28 ta’ April 1987

    Dwar il-lista ta’ stabbilimenti fl-Istati Uniti ta’ l-Amerka approvati għall-iskop ta’ importazzjoni ta’ laħam frisk fil-Komunità

    (87/257/KEE)

    IL-KOMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1972 dwar il-problemi tas-saħħa ta’ l-ispezzjoni veterinarja ma l-importazzjoni ta’ l-annimali ta’ l-ifrat u majjal u laħam frisk minn pajjiżi terzi [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 87/64/KEE [2], u partikolarment Artikoli 4(1) u 18 (1) tagħha,

    Billi l-istabbilimenti f’pajjiżi terzi ma jistgħux ikunu awtorizzati li jesportaw laħam frisk jekk ma jkunux konformi mal-kondizzjonijiet rali u speċjali stabbiliti fid-Direttiva 72/462/KEE;

    Billi l-Istati Uniti ta’ l-Amerka bagħtet, bi qbil ma’ Artikolu 4(3) tad-Direttiva 72/462/KEE, lista ta’ l-istabbilimenti awtorizzati biex jesportaw lejn il-Komunità;

    Billi, fuq il-bażi ta’ l-ewwel ispezzjoni, l-ebda stabbiliment ma kien iġġudikat sodisfaċenti u d-Deċiżjoni tal-Kommissjoni 86/189/KEE [3] ipprojbixxiet lill-Istati Membri, fuq il-bażi ta’ Komunita’, milli jimpurtaw laħamfrisk minn stabbilimenti fl-Istati Uniti ta’ l-Amerka, waqt li ħalliet lill-dawk l-Istati Membri li l-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom kienet hekk tippermetti, li ma jinnterrompux il-kummerċ eżistenti mal-istabbilimenti proponuti mill-awtoritajiet Amerikani għall-perjodu ta’ seba’ xhur;

    Billi, wara eżaminazzjoni mill-ġdid ta’ l-istabbilimenti, arranġamenti transizzjonali kienu estiżi sad-29 ta’ April 1987 bid-Deċiżjoni tal-Kommissjoni 87/14/KEE [4] tkun tkun korrispondenti mad-dħul fis-seħħ tar-regoli emendati tal-Kommunita; billi ż-żmien ta’ l-għeluq għad-dħul fil-Komunità ta’ laħam minn dawn l-istabbilimenti hija t-22 ta’ Mejju 1987;

    Billi spezzjoni oħra imwettqa skond Artikolu 5 tad-Direttiva 72/462/KEE u Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni tal-Kommissjon 86/474/KEE ta’ l-11 ta’ Settembru 1986 dwar l-implimentazzjoni ta’ l-ispezzjonijiet fil-post li għandhom isiru fuq il-post fir-rigward ta’ l-importazzjoni ta’ annimali ta’ l-ifrat u majjal u laħam frisk minn pajjiżi mhux membri [5], uriet li l-istandard ta’ ċerti stabbilimenti tjieb u jista’ għalhekk ikun ikkunsidrat bħal sodisfaċenti;

    Billi jistgħu għalhekk dawn jistgħu jkunu imniżżla fil-lista inizjali ta’ stabbilimenti awtorizzati biex jesportaw lejn il-Komunità;

    Billi fil-każ ta’ stabbilimenti oħra proposti mill-Istati Uniti ta’ l-Amerka għandhom ikunu eżaminat mill-ġdid fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni addizzjonali fir-rigward ta’ l-istandard ta’ l-iġjene tagħhom u l-kapaċità tagħhom li jadottaw malajr għal-leġislazzjoni tal-Komunità;

    Billi, biex tkun evitata kull waqfa f’daqqa ta’ kummerċ, dawn l-istabbilimenti jistgħu ikunu awtorizzati temporanjament mid-29 ta’ April 1987 biex jesportaw laħam frisk lejn dawk l-Istati Membri li jkunu lesti li jaċċettawhom;

    Billi se jkun għalhekk meħtieġ li tkun eżaminata mill-ġdid u, jekk meħtieġ, emendata tad-Deċiżjoni fid-dawl ta’ miżuri meħuda għal dan l-iskop u għat-titjieb magħmul;

    Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI

    Artikolu 1

    1. L-istabbilimenti fl-Istati Uniti ta’ l-Amerka li jidhru fl-Anness ta’ hawn huma hawnhekk approvati għall-importazzjoni ta’ laħam frisk fil-Komunità skond l-Anness imsemmi.

    2. Il-merkanzija mportata mill-istabbilimenti elenkati fl-Anness għandhom jibqgħu suġġetti għal provvedimenti veterinarji tal-Komunità elenkati x’imkien ieħor;.

    Artikolu 2

    Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 86/189/KEE, wara d-29 ta’ April 1987 u sal-31 ta’ Diċembru 1987, l-Istati Membri jitgħu jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ laħam frisk li ġej minn stabbilimenti li jidhru fil-lista li se tintbagħat mill-Kommissjoni lill-Istati Membri.

    Artikolu 3

    L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-importazzjoni tal-laħam frisk li ġej minn stabbilimenti mhux imsemmija f’Artikoli 1 jew 2.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tkun riveduta u jekk meħtieġ emendata qabel il-31 ta’ Diċembru 1987.

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fit-28 ta’ April 1987.

    Għall-Kummissjoni

    Frans Andriessen

    Viċi-President

    [1] ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 28.

    [2] ĠU L 34, tal-5.2.1987, p. 52..

    [3] ĠU L 140, tas-27.5.1986, p. 30.

    [4] ĠU L 51, ta’ l-20.2.1987, p. 55.

    [5] ĠU L 279, tat-30.9.1986, p. 55.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    LISTA TA' STABBILIMENTI

    Approvazzjoni Nru | Stabbilimenti/Indirizz | Kategorija |

    SL | CP | CS | B | S/G | P | SP | SR |

    1-30 | New Orleans Inspection Service Inc., New Orleans, LA | | | × | | | | | |

    1-113 | US Cold Storage, Philadelphia, PA | | | × | | | | | |

    1-149 | C W Storage, Albany, NY | | | × | | | | | |

    1-162 | Americold, Fogelsville, PA | | | × | | | | | |

    1-183 | Blue Grass Inspection Service, Philadelphia, PA | | | × | | | | | |

    1-195 | Rosenberger's Cold Storage Inc., Hatfield, PA | | | × | | | | | |

    1-305 | Georgia Ports Authority, Savannah, GA | | | × | | | | | |

    1-320 | South Carolina State Ports Authority, North Charleston, SC | | | × | | | | | |

    1-333 | Diamond Distribution Center, Newark, DE | | | × | | | | | |

    1-335 | Service Cold Storage, Miami, FL | | | × | | | | | |

    1-346 | Primliks, Miami, FL | | | × | | | | | |

    382G | Smithfield Packing Co., Norfolk, VA | | | × | | | | | |

    413 | Lundy Packing, Clinton, NC | × | × | | | | × | | |

    511 | Rocco Further Processing, Timberville, VA | × | × | | | × | | | |

    553 | Standard Meat Co., Forth Worth, TX | | × | | × | | | | |

    589 | United Beef Co. Inc., Boston, MA | | × | | × | | | | |

    E-713 | Central Nebraska Packing Inc., North Platte, NE | × | × | | | | | × | |

    1198 | Omaha Steaks International Inc., Omaha, NE | | × | | × | | × | | |

    2444 | Strauss Bros Packing Co. Inc., Hales Corners, WI | × | × | | × | | | | |

    3001 | Capitol Cold Storage, San Antonia, TX | | | × | | | | | |

    3056 | Termicol Inc., Wallula, WA | | | × | | | | | |

    3131 | Worthington Freezer Warehouse Company, Worthington, MN | | | × | | | | | |

    3136 | Fairmont Refrigerated Service Co., Fairmont, MN | | | × | | | | | |

    3149 | L & B Corporation, Des Moines, IA | | | × | | | | | |

    3150 | Beatrice Cold Storage Warehouse, Denver, CO | | | × | | | | | |

    3158 | Freezer Services Inc., Amarillo, TX | | | × | | | | | |

    3161 | United Monument Refrigeration Service, Indianapolis, IN | | | × | | | | | |

    3164 | Americold Corporation, Boston, MA | | | × | | | | | |

    3170 | Logansport Refrig Services, Logansport, IN | | | × | | | | | |

    3190 | American Freezer Services Inc., Fremont, NE | | | × | | | | | |

    3198 | L & B Corporation, Denison, IA | | | × | | | | | |

    3215 | Napoleon Warehouse Inc., Napoleon, OH | | | × | | | | | |

    3216 | Freezer Services Inc. of Texas, Garden City, KS | | | × | | | | | |

    3229 | Iowa Beef Processors Inc., Emporia, KS | | | × | | | | | |

    3245 | United Refrigerated Services, Marshall, MO | | | × | | | | | |

    3256 | Nobel Inc., Denver, CO | | | × | | | | | |

    3261 | Rosenberger's Cold Storage Inc., Hatfield, PA | | | × | | | | | |

    3273 | Central Nebraska Packing Inc., North Platte, NE | | | × | | | | | |

    3338 | Millard Warehouse, Iowa City, IA | | | × | | | | | |

    3363 | Millard Warehouse (L & B Corp), Friona, TX | | | × | | | | | |

    3396 | Americold, Bettendorf, IA | | | × | | | | | |

    3398 | Millard Warehouse, Grand Island, NE | | | × | | | | | |

    3407 | Bell Cold Storage, St Paul, MN | | | × | | | | | |

    3475 | Atlas Warehouse Cold Storage, Green Bay, WI | | | × | | | | | |

    3512 | Inland Storage Dist Center, Kansas City, KS | | | × | | | | | |

    3552 | Cloverleaf Cold Storage Co. (No 2), Sioux City, IA | | | × | | | | | |

    3562 | L & B Corporation, Lincoln, NE | | | × | | | | | |

    3610 | Millard Cold Storage, Dodge City, KS | | | × | | | | | |

    3688 | Newport St Paul Cold Storage, Newport, MN | | | × | | | | | |

    3722 | Des Moines Cold Storage Co. Inc., Des Moines, IA | | | × | | | | | |

    3738 | Artesian Ice and Cold Storage Co., St Joseph, MO | | | × | | | | | |

    3747 | Nordic Warehouses Inc., Benson, NC | | | × | | | | | |

    3748 | Sioux City Cold Storage, Sioux City, IA | | | × | | | | | |

    3854 | Merchants Refrigerating Co., Vinita Park, MO | | | × | | | | | |

    3860 | Central Storage and Warehouse Inc., Eau Claire, WI | | | × | | | | | |

    3871 | York Cold Storage Co., York, NE | | | × | | | | | |

    3910 | United States Cold Storage, East Peoria, IL | | | × | | | | | |

    3935 | Millard Warehouse, Omaha, NE | | | × | | | | | |

    3942 | Wilkerson Cold Storage, Lubbock, TX | | | × | | | | | |

    E-4816 | Great Western Meat Co., Morton, TX | × | × | | | | | × | |

    6543 | Savannah Cold Storage, Savannah, GA | | | × | | | | | |

    E-8861 | Amfran Packing Co., Plainfield, CT | × | × | | | | | × | |

    8904 | Bell Cold Storage, St Paul, MN | | | × | | | | | |

    E-9910 | Cavalier Export Co., Evington, VA | × | × | | | | | × | |

    --------------------------------------------------

    Top