This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31986R1473
Council Regulation (EEC) No 1473/86 of 13 May 1986 amending Regulation (EEC) No 2759/75 on the common organization of the market in pigmeat
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1473/86 tat-13 ta’ Mejju 1986 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2759/75 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-laħam tal-majjal
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1473/86 tat-13 ta’ Mejju 1986 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2759/75 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-laħam tal-majjal
ĠU L 133, 21.5.1986, p. 36–36
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2008; Impliċitament imħassar minn 32007R1234
Official Journal L 133 , 21/05/1986 P. 0036 - 0036
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 20 P. 0235
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 20 P. 0235
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1473/86 tat-13 ta’ Mejju 1986 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2759/75 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-laħam tal-majjal IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea u, b’mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Billi l-Artikolu 20 tar-regolament (KEE) Nru 2759/75 [3], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 3768/85 [4], jistabbilixxi li miżuri li jappoġġaw is-suq jistgħu jittieħdu biex wieħed jilqa’ għal xi restrizzjonijiet imposti fuq iċ-ċirkolazzjoni ħielsa ta’ laħam tal-majjal bħala konsegwenza ta’ miżuri meħuda fl-ambitu ta’ politika veterinarja jew ta’ saħħa; billi l-imsemmija miżuri huma fil-preżent strettament limitati għas-swieq milquta minn restrizzjonijiet simili; billi restrizzjonijiet fuq l-importazzjonijiet għal pajjiżi li mhumiex membri tal-prodotti minn Stat Membru li parti mit-territorju tiegħu huwa milqut minn epidemija jistgħu jkollhom konsegwenzi serji għall-esportazzjonijiet kollha ta’ l-Istati Membri konċernati; billi l-possibbiltà li wieħed jadotta miżuri li jappoġġaw is-suq f’każi simili għandha għalhekk tinfirex għat-territorju kollu ta’ Stat Membru, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 L-Artikolu 20 tar-Regolament (KEE) Nru 2759/75 huwa hawnhekk mibdul b’dan li ġej: "L-Artikolu 20 Biex wieħed iqis xi restrizzjonijiet fuq il-kummerċ ġewwa l-Komunità jew kummerċ ma’ pajjiżi li mhumiex membri li ġejjin minn applikazzjoni ta’ miżuri meħuda biex jikkumbattu t-tixrid ta’ mard ta’ l-annimali, miżuri eċċezzjonali jistgħu jittieħdu biex jappoġġaw is-suq milqut minn restrizzjonijiet simili, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 24. Miżuri simili jistgħu jittieħdu biss sakemm u għall-perjodu strettament meħtieġ biex wieħed jappoġġa dak is-suq." L-Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-13 ta’ Mejju 1986. Għall-Kunsill Il-President W. F. Van Eekelen [1] ĠU C 85, ta’ l-14.4.1986, p. 83. [2] L-Opinjoni mogħtija fis-17 ta’April 1986 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [3] ĠU L 282, ta’ l-1.11.1975, p. 1. [4] ĠU L 362, tal-31.12.1985, p. 8. --------------------------------------------------