Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31986D0130

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Marzu 1986 li tippreskrivi l-metodi ta’ monitoraġġ ta’ l-abbiltà u metodi ta’ l-ivvalutar tal-valur ġenetiku ta’ l-ifrat ta’ razza pura għat-tnissil

    ĠU L 101, 17.4.1986, p. 37–39 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 19/06/2006; Imħassar b' 32006D0427

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1986/130/oj

    31986D0130



    Official Journal L 101 , 17/04/1986 P. 0037 - 0039
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 20 P. 0188
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 20 P. 0188


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tal-11 ta’ Marzu 1986

    li tippreskrivi l-metodi ta’ monitoraġġ ta’ l-abbiltà u metodi ta’ l-ivvalutar tal-valur ġenetiku ta’ l-ifrat ta’ razza pura għat-tnissil

    (86/130/KEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 77/504/KEE tal-25 ta’ Lulju 1977 dwar annimali ta’ razza pura ta’ l-ispeċi ta’ l-ifrat għat-tnissil [1], kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ Adeżjoni tal-Greċja, u b’mod partikulari l-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 6(1) tiegħu,

    Billi skond l-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 77/504/KEE huwa għall-Kummissjoni li tiddetermina, skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 8 tad-Direttiva msemmija iktar ’il fuq, il-metodi ta’ mmonitorjar ta’ l-abbiltà u metodi għal stima tal-valur ġenetiku ta’ l-ifrat;

    Billi l-metodi ta’ mmonitorjar ta’ l-kapaċità u metodu għal stima tal-valur ġenetiku ta’ l-ifrat li diġà huma applikati fl-Istati Membri huma b’mod wiesa’ (ġenerali) simili;

    Billi huwa għalhekk meħtieġ li jsir allinjament iktar strett tal-modalitajiet ta’ dawn il-metodi biex ir-riżultati jkunu komparabbli;

    Billi l-miżuri li tipprovdi għalihom din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar Zootechnics,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-metodi ta’ mmonitorjar ta’ l-abbiltà u metodu għal stima tal-valur ġenetiku ta’ l-ifrat għal annimali ta’ razza pura ta’ l-ispeċi ta’ l-ifrat għat-tnissil għandhom ikunu dawk preskritti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fil-11 ta’ Marzu 1986.

    Għall-Kummissjoni

    Frans Andriessen

    Viċi-President

    [1] ĠU L 206, tat-12.8.1977, p. 8.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    Il-mertu ġenetiku ta’ annimal ta’ l-ifrat jista’ jkun ikkalkulat billi jkun użat wieħed jew taħlita kombinazzjoni mill-metodi li ġejjin, id-data kollha miġmugħa (akkumulata) mir-riżultati tat-testijiet għandha tkun aċċessibbli:

    1. Ittestjar ta’ abbiltà (riproduttiva)

    (i) Ittestjar ta’ abbiltà fi stazzjon

    (a) L-isem tal-korp jew ta’ l-awtorità responsabbli għall-istazzjon u l-isem ta’ l-awtorità kompetenti għall-kalkulazzjoni u pubblikazzjoni tar-riżultati għandhom jingħataw.

    (b) Id-disinn tat-test u n-numru ta’ annimali involuti fih għandhom ikunu ddikjarati.

    (ċ) Il-punti li ġejjin għandhom ikunu ddikjarati b’mod ċar:

    - kondizzjonijiet għall-aċċettazzjoni fl-istazzjon,

    - l-abbiltà tal-barrin fir-razzett qabel r-reġistrazzjoni għal għall-istazzjoni jekk applikabbli,

    - pussess u età massima ta’ għoġiela rġiel li jidħlu fl-istazzjon fil-ħin tat-test u l-firxa ta’ etajiet ta’ barrin kontemporanei fl-istazzjoni,

    - tul tal-perjodu ta’ adattazzjoni u perjodu tat-test fl-istazzjon,

    - tip ta’ dieta u sistema ta’ għalf.

    (d) Għal karatteristiċi li għandhom ikunu rrekordjati; il-karatteristiċi minimi li jkunu rrekordjati għandhom ikunu piż ħaj. Barra minn hekk għal razez taċ-ċanga għandu jittieħed inkonsiderazzjoni ukoll għalf li jittiekol u stima tal-muskoli.

    (e) Il-metodu użat fl-istima tal-mertu ġenetiku għandu jkun imparzjali. Il-mertu ġenetiku ta’ barrin ittestjati għandu jkun iddikjarat bħala valur ta’ tnissil jew paragun kontemporanju għal kull karatteristika.

    (ii) Ittestjar ta’ abbiltà fir-razzett

    Test ta’ abbiltà jista’ jkun eżegwit barra stazzjon li jipprovdi fi tmiem it-test li valur ta’ tnissil jista’ jkun ikkalkulat billi jkunu segwiti prinċipji żootekniċi stabbiliti.

    2. Irrekordjar ta’ ħalib u stima tal-valur ta’ tnissil ta’ baqar għall-karatteistiċi tal-ħalib

    Rekords ta’ produzzjoni ta’ ħalib użati għall-istima tal-valur ta’ tnissil ta’ baqar għandhom jinkisbu taħt (skond) sistema uffiċjali ta’ rrekordjar ta’ ħalib li tikkonforma ma’ standards preskritti mill-Kumitat Internazzjonali għall-Irrekordjar tal-Produttività ta’ Annimali tal-Ħalib (li jipproduċu l-Ħalib).

    L-isem tal-korp jew ta’ l-awtorità responsabbli għall-kalkulazzjoni u pubblikazzjoni tar-riżultati għandu jingħata.

    Rekord ta’ ħalib użat fid-determinazzjoni tal-valur ta’ tnissil ta’ baqar għandu:

    - jkollu tul standard ta’ treddigħ għall-finijiet ta’ kalkulazzjoni ta’ 305 ijiem,

    - jkun aġġustat għal (skond) influwezi ambjentali importanti b’mezzi xierqa.

    Il-metodu użat għall-istima tal-mertu ġenetiku għandu jkun imparzjali u r-riżultat espress bħala differenza mbassra jew valur ta’ tnissil ma’ valuri assoċjati ta’ akkuratezza għall-karatteristiċi kollha kkonċernati.

    Deskrizzjoni ddettaljata tal-metodu użat għandha tingħata jew issir referenza għaliha. Karatteristiċi stmati għandhom ikunu ddefiniti, ir-referenza bażika u devjazzjoni standard tal-karatteristiċi għandha tkun iddikjarata u d-data tal-kalkulazzjoni taċ-ċifri għandha tingħata.

    3. Ittestjar ta’ dixxendenza

    (a) L-isem tal-korp jew ta’ l-awtorità reponsabbli għall-istazzjon u l-isem ta’ l-awtorità kompetenti għall-kalkulazzjoni u pubblikazzjoni tar-rultati għandhom jingħataw.

    (b) Il-mertu ġenetiku tal-faħal li jgħammar għandu jkun ikkalkulat billi jkunu stmati l-kwalitajiet ta’ numru adattat ta’ wlied inrelazzjoni ma’:

    (i) Karatteristiċi tad-dairy (maħleb, post fejn jinħadmu prodotti tal-ħalib):

    - deskrizzjoni ddettaljata tal-metodu tat-test tad-dixxendenza għandha tingħata jew issir referenza għaliha,

    - l-ulied nisa m’għandhomx jinkisbu b’mod selettiv jew ittrattati b’mod selettiv,

    - l-ewwel treddigħ għandu jintuża u treddigħ ta’ wara jista’ jintuża; rekords ta’ treddigħ użati għandu jkollhom tul massimu ta’ 305 ijiem billi jikkonformaw ma’ standards preskritti mill-Kumitat Internazzjonali għal Irrekordjar tal-Produttività ta’ Annimali tal-Ħalib,

    - influwenzi barra l-mertu ġenetiku tal-faħal li jinżamm għat-tgħammir għandhom ikunu eliminati bi proċeduri xierqa fid-determinazzjoni tal-valur tat-tnissil tiegħu jew differenzi mbassra,

    - il-kwantità u l-kompożizzjoni tal-ħalib prodott u data oħra relevanti għandhom ikunu inklużi meta jkunu kkalkulati l-valuri ta’ tnissil,

    - jekk data hija disponibbli dwar fertilità u vijabilità ta’ dixxendenza għandha tkun ippubblikata,

    - il-metodu użat għal stima ta’ valuri ta’ tnissil jew differenzi mbassra għandu jkun imparzjali,

    - ir-riżultati għandhom ikunu ppubblikati f’għamla ta’ differenzi mbassra jew valuri ta’ tnissil ma’ valuri assoċjati ta’ akkuratezza għall-karatteristiċi prinċipali ta’ produzzjoni rrekordjati. Karatteristiċi stmati (ivvalutati) għandhom ikunu ddefiniti, ir-referenza ta’ bażi u d-devjazzjoni standard tal-karatteristiċi għandha tkun iddikjarata u d-data tal-kalkulazzjoni taċ-ċifri għandha tingħata.

    (ii) Karatteristiċi taċ-ċanga:

    - deskrizzjoni ddettaljata tal-metodu tat-test tad-dixxendenza għandu jingħata jew issir referenza għalih,

    - id-dixxendenza m’għandhiex tinkiseb b’mod selettiv jew ittrattata b’mod selettiv:,

    - erba’ tipi ta’ testijiet ta’ dixxendenza huma rrikonoxxuti:

    A. ittestjar ċentrali f’unità ta’ ttestjar ta’ dixxendenza speċjalizzati;

    B. ittestjar ta’ dixxendenza ppjanat f’koperazzjoni ma’ unità kummerċjali ta’ produzzjoni taċ-ċanga;

    C. analiżi ta’ data minn skemi ta’ rrekordjar fir-razzett għal antenati u/jew merħliet kummerċjali. Id-dixxendenza (dixxendenti) għandha tkun imqassma fost il-merħliet b’mod tali li paragun validu bejn il-barrin ikun possibbli;

    D. studju ta’ data tat-tip miġbura fuq dixxendenza identifikata fil-postijiet ta’ bejgħ jew qtil.

    F’tipi A u B l-annimali għandhom jintgħażlu kif ġie ġie f’età żgħira, u miġjuba flimkien fi gruppi kontemporanji bbilanċjati fir rigward ta’ barrin involuti. F’tipi Ċ u D ir-rekords li jikkwalifikaw (kwalifikanti) kollha għandhom ikunu użati fl-istima tal-valur ta’ tnissil tal-barrin

    - barrin għal ittestjar ta’ dixxendenza għandhom ikunu użati kif ġie ġie (bl-addoċċ) f’merħliet li minnhom huwa ppjanat li tinkiseb dixxendenza għall-ittestjar,

    - influwenzi barra mertu ġenetiku tal-faħal miżmum għat-tgħammir għandhom ikunu eliminati bi proċeduri xierqa fid-determinazzjoni tal-valur għat-tnissil tiegħu,

    - il-karatteristiċi tal-karkassa (fejn dawn huma parti mill-programm ta’ għażla) u l-kwalità tagħha u data oħra relevanti għandhom ikunu inklużi meta ssir il-kalkulazzjoni tal-valuri ta’ tnissil,

    - jekk data hija disponibbli dwar fertilità u vijabilità tad-dixxendenza għandha tkun ippubblikata,

    - il-metodu użat fl-istima ta’ valuri għat-tnissil għandu jkun imparzjali,

    - ir-riżultati għandhom kemm jista’ jkun ikunu ppubblikati f’għamla ta’ differenzi mbassra jew valuri ta’ tnissil ma’ valuri ta’ akkuratezza assoċjati għall-karatteristiċi prinċipali rrekordjati. Il-karatteristiċi valutati għandhom ikunu ddefiniti, referenza ta’ bażi u devjazzjonijiet standard tal-karatteristiċi għandhom ikunu ddikjarati u d-data tal-kalkulazzjoni taċ-ċifri għandha tingħata

    --------------------------------------------------

    Top