Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31985R2249

    Ir-regolament tal-kummissjoni (KEE) Nru 2249/85 tat-2 ta' Awissu 1985 li jemenda r-Regolament Nru 467/67/KEE li jiffissa r-rati ta' konverżjoni, l-ispejjeż ta' l-ipproċessar u l-valur tal-prodotti derivati għall-istadji varji ta' l-ipproċessar tar-ross

    ĠU L 210, 7.8.1985, p. 13–13 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 09/01/2009; Impliċitament imħassar minn 32008R1312

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1985/2249/oj

    31985R2249



    Official Journal L 210 , 07/08/1985 P. 0013 - 0013
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 19 P. 0066
    Spanish special edition: Chapter 03 Volume 36 P. 0239
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 19 P. 0066
    Portuguese special edition Chapter 03 Volume 36 P. 0239


    Ir-regolament tal-kummissjoni (KEE) Nru 2249/85

    tat-2 ta' Awissu 1985

    li jemenda r-Regolament Nru 467/67/KEE li jiffissa r-rati ta' konverżjoni, l-ispejjeż ta' l-ipproċessar u l-valur tal-prodotti derivati għall-istadji varji ta' l-ipproċessar tar-ross

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1418/76 tal-21 ta' Ġunju 1976 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1025/84 [2], u b'mod partikolari Artikolu 19 tiegħu,

    Billi Artikolu 2(1) u (2) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 467/67/KEE [3], kif l-aħħar emendat bir- Regolament (KEE) Nru 1548/84 [4], iffissa l-ispejjeż ta' l-ipproċessar li għandhom jittieħdu f'kunsiderazzjoni għal ċerti stadji ta' l-ipproċessar; billi, bħala riżultat ta' tibdil fil-prezzijiet, l-ispejjeż ta' l-ipproċessar għal dawn l-istadji inbidlu wkoll u dan it-tibdil għandu jingħata kont tiegħu;

    Billi l-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Amministrattiv għaċ-Ċereali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    F'Artikolu 2(1) u (2) tar-Regolament Nru 467/67/EEC, "45,00 ECU" hija b'dan mibdula bi "47,13 ECU".

    Artikolu 2

    Dan ir-regolament għandu jidħol fis-seħħ fi-1 ta' settembru ta' l-1985.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fit-2 ta' Awissu 1985.

    Għall-Kummissjoni

    Jacques Delors

    Il-President

    [1] ĠU L 166, tal-25.6.1976, p. 1.

    [2] ĠU L 107, tad-19.1.1984, p. 13.

    [3] ĠU L 204, ta' l-24.8.1967, p. 1.

    [4] ĠU L 148, tal-5.6.1984, p. 16.

    --------------------------------------------------

    Top