Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31985R1661

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1661/85 tat-13 ta' Ġunju 1985 li jipprovdi l-adattamenti tekniċi għar-regoli tal-Komunità dwar is-sigurtà soċjali għall-ħaddiema emigranti għal dak li għandu x'jaqsam ma' Greenland

    ĠU L 160, 20.6.1985, p. 7–8 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1985/1661/oj

    31985R1661



    Official Journal L 160 , 20/06/1985 P. 0007 - 0008
    Spanish special edition: Chapter 05 Volume 4 P. 0148
    Portuguese special edition Chapter 05 Volume 4 P. 0148
    Finnish special edition: Chapter 5 Volume 4 P. 0067
    Swedish special edition: Chapter 5 Volume 4 P. 0067


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1661/85

    tat-13 ta' Ġunju 1985

    li jipprovdi l-adattamenti tekniċi għar-regoli tal-Komunità dwar is-sigurtà soċjali għall-ħaddiema emigranti għal dak li għandu x'jaqsam ma' Greenland

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 51 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni mfassla wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni Amministrattiva dwar is-Sigurtà Soċjali għall-Ħaddiema Emigranti,

    Billi t-Trattat li qed jemenda, għal dak li għandu x'jaqsam ma' Greenland, it-Trattati li jwaqqfu l-Kommunitajiet [1] daħal fis-seħħ fl-1 ta' Frar 1985;

    Billi l-Annessi għar-Regolament (KEE) Nru 574/72 [2], kif l-aħħar emendat permezz ta' Regolament (KEE) Nru 1660/85 [3], għandhom ikunu emendati b'mod li jaqblu ma' l-għan il-ġdid ta' Regolament (KEE) Nru 1408/71 [4], kif l-aħħar emendat permezz ta' Regolament (KEE) Nru 1660/85, li jikkorrispondi ma' dak tat-Trattati;

    Fejn drittijiet li nkisbu jew li kienu ser jinkisbu matul il-proċess li matulu Greenland kienet tagħmel parti mill-Komunitajiet Ewropej permezz taċ-ċittadini ta' l-Istati Membri li kienu jaħdmu fi Greenland, kif ukoll drittijiet miksuba matul dak il-perijodu minn ċittadini ta' dan it-tip, li kienu jaħdmu fit-territorju ta' Stat Membru u li kienu residenti fi Greenland, għandhom ikunu mħarsa;

    Fejn hu mixtieq li jinżamm il-benefiċċju fil-każ ta' mard jew ta' maternità matul ir-residenza barra mill-Istat kompetenti fil-każ ta' impjegati u ta' nies li jħaddmu lilhom infushom u tal-membri tal-familja tagħhom li s-sitwazzjoni titlob għall-għotja immedjata ta' benefiċċji bħal dawn,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    L-Artikolu 1

    It-taqsimiet li ġejjin ta' l-Annessi tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 huma hawnhekk revokati:

    - fl-Anness 1, it-Taqsima B:

    il-Punt 4,

    - fl-Anness 2, it-Taqsima B:

    it-titlu "1. Id-Danimarka bl-eċċezzjoni ta' Greenland" u l-punt 2,

    - fl-Anness 3, it-Taqsima B:

    it-titlu "1. Id-Danimarka bl-eċċezzjoni ta' Greenland" u l-punt II,

    - fl-Anness 4, it-Taqsima B:

    it-titlu "1. Id-Danimarka bl-eċċezzjoni ta' Greenland" u l-punt II,

    - fl-Anness 10, it-Taqsima B:

    it-titlu "1. Id-Danimarka bl-eċċezzjoni ta' Greenland" u l-punt II,

    L-Artikolu 2

    Dan ir-Regolament m'għandu jaffettwa:

    - l-ebda dritt miksub jew li jista' jinkiseb, matul il-perijodu li Greenland kienet tagħmel parti mill-Komunitajiet Ewropej, minn ċittadini minn Stati Membri barra mid-Danimarka li kienu jaħdmu fi Greenland matul dak il-perijodu,

    - l-ebda dritt miksub jew li jista' jinkiseb, matul il-perijodu li Greenland kienet tagħmel parti mill-Komunitajiet Ewropej minn ċittadini minn Stati Membri barra mid-Danimarka li kienu jaħdmu fi Greenland matul dak il-perijodu u li joqogħdu fi Greenland.

    L-Artikolu 3

    Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 22(1) (a) u (3) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u ta' l-Artikoli 21 u 23 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 għandhom jibqgħu jgħoddu fil-każ fejn ċittadini ta' Stati Membri joqogħdu għal perijodu ta' żmien fi Greenland u li jaqblu mal-kondizzjonijiet mitluba mill-leġislazzjoni ta' Stati Membri barra mid-Danimarka.

    It-Trattat li qed jemenda, għal dak li għandu x'jaqsam ma' Greenland, it-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej m'għandhomx jeskludu l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-ewwel paragrafu fil-każ fejn ċittadini Daniżi residenti fi Greenland imorru joqogħdu għal perijodu ta' żmien fit-Territorju ta' Stat Membru barra d-Danimarka.

    L-Artikolu 4

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Għandu japplika b'effett mill-1 ta' Frar 1985.

    Madankollu, l-Artikolu 3 għandu jgħodd biss mid-data meta dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u hu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, fit-13 ta' Ġunju 1985.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    G. de Michelis

    [1] ĠU L 29, ta' l-1.2.1985, p. 1.

    [2] ĠU L 74, tas-27.3.1972, p. 1.

    [3] Ara paġna 1 ta' din il-Ġurnal Uffiċjali.

    [4] ĠU L 149, tal-5.7.1971, p. 2.

    --------------------------------------------------

    Top