This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31985L0303
Council Directive 85/303/EEC of 10 June 1985 amending Directive 69/335/EEC concerning indirect taxes on the raising of capital
Id-Direttiva tal-Kunsill ta' l-10 ta' Ġunju 1985 li temenda Direttiva 69/335/KEE rigward taxxi indiretti fuq il-ġbir ta' kapital
Id-Direttiva tal-Kunsill ta' l-10 ta' Ġunju 1985 li temenda Direttiva 69/335/KEE rigward taxxi indiretti fuq il-ġbir ta' kapital
ĠU L 156, 15.6.1985, pp. 23–24
(DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(ES, PT, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2008; Impliċitament imħassar minn 32008L0007
Official Journal L 156 , 15/06/1985 P. 0023 - 0024
Spanish special edition: Chapter 09 Volume 1 P. 0171
Portuguese special edition Chapter 09 Volume 1 P. 0171
Id-Direttiva tal-Kunsill ta' l-10 ta' Ġunju 1985 li temenda Direttiva 69/335/KEE rigward taxxi indiretti fuq il-ġbir ta' kapital (85/303/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 99 u 100 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3], Billi taxxi indiretti fuq il-ġbir ta' kapital ikunu armonizzati fil-livell tal-Komunità bid-Direttiva 69/335/KEE [4], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 74/553/KEE [5]; billi Direttiva 73/80/KEE [6] stabbiliet rati komuni għal dawn it-taxxi; Billi l-effetti komuni tad-dazju kapitali huma ta' ħsara għar-ragruppament u l-iżvilupp ta' intrapriżi; billi dawn l-effetti huma partikolarment ta' ħsara fis-sitwazzjoni ekonomika preżenti fejn hemm bżonn importanti li għandha tingħata prijorità lill-istimulazzjoni ta' l-investiment; Billi l-aħjar soluzzjoni sabiex jintlaħqu dawn l-oġġettivi tkun li jitneħħew dazju kapitali; billi, madankollu, it-telf ta' dħul li sussegwentement jirriżulta minn din il-miżura m'huwiex aċċettabbli għal ċerti Stati Membri; billi l-Istati Membri għandhom għalhekk jingħataw l-opportunità li jkunu jistgħu jeżentaw minn jew bla ħsara għad-dazju kapitali kull jew parti mit-transazzjonijiet li jsiru fi ħdanha, ħalli jkun mifhum li rata waħda ta' taxxa trid tiġi debitata f'wieħed u l-istess Stat Membru; Billi għandu jkun hemm eżenzjoni mandatorja għat-transazzjonijiet li bħalissa huma bla ħsara għar-rata mnaqqsa ta' dazju kapitali; Billi fl-1 ta' Lulju 1984 l-ebda dazju kapitali ma kien jeżisti fil-Greċja; billi, għal din ir-raġuni, disposizzjoni għandha ssir għall-possibbiltà li jiġi introdott dazju bħal dan fil-Greċja u li jiġu eżentati ċertu transazzjonijiet minnu, ADDOTTA DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Direttiva 69/335/KEE hija b'dan emendat kif ġej: 1. Fl-Artikolu 4(2): - il-frażi introduttorja hija mibdula b'dan li ġej: "2. Is-segwenti transazzjonijiet jistgħu, sakemm kienu ġew intaxxati bir-rata ta' 1 % sal-1 ta' Lulju 1984, jissoktaw ikunu bla ħsara għad-dazju kapitali:"; - is-segwenti sottoparagrafu għandu jiġi miżjud fl-aħħar: "Madankollu, ir-Repubblika Ellenika għandha tistabbilixxi liema mit-transazzjonijiet elenkati hawn fuq għandha tissoġġetta għad-dazju kapitali." 2. L-Artikolu 7 huwa mibdul b'dan li ġej: "Artikolu 7 1. L-Istati Membri għandhom jeżentaw mid-dazju kapitali transazzjonijiet, barra dawk li għalihom saret referenza fl-Artikolu 9, li huma sal-1 ta' Lulju 1984, eżenti jew intaxxati b'kull rata ta' 0,50 % jew inqas. L-eżenzjoni għandha tkun suġġetta għall-kondizzjonijiet li kienu applikabbli, f'dik id-data, għall-għoti ta' l-eżenzjoni jew, skond kif inhu l-każ, għal imposizzjoni ta' rata ta' 0,50 % jew inqas. Ir-Repubblika Ellenika għandha tistaBbilixxi liema transazzjonijiet għandha teżenta mid-dazju kapitali. 2. L-Istati Membri jistgħu jew jeżentaw mid-dazju kapitali kull transazzjoni barra dawk li għalihom saret referenza fil-paragrafu 1, jew iżżomm dazju fuqhom b'rata waħda li ma taqbiżx il-1 %. 3. Fil-każ ta' żieda fil-kapital tal-kumpanija b'mod konformi ma’ l-Artikolu 4(1)(ċ), wara tnaqqis fil-kapital tal-kumpanija bħala riżultat tat-telf magħmul, dik il-parti taż-żieda li tikkoRrispondi mat-tnaqqis tal-kapital tista’ tiġi eżentata, jekk din iż-żieda tiġi fi żmien erba’ snin mit-tnaqqis fil-kapital." 3. Fl-Artikolu 8, il-frażi intoduttorja għandha tinbidel b'dan li ġej:"Bla ħsara għall-Artikolu 7(1), l-Istati Membri jistgħu jeżentaw mid-dazju kapitali t-transazzjonijiet li għalihom saret referenza fl-Artikolu 4(1) u (2) rigward:". Artikolu 2 Direttiva 73/80/KEE hija b'dan imħassra. Artikolu 3 Stati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 1986. Huma għandhom minnufih jinfurmaw il-Kummissjoni dwar dan. Artikolu 4 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fil-Lussemburgu, fl-10 ta' Ġunju 1985. Għall-Kunsill Il-President M. Fioret [1] ĠU C 267, tas-6.10.1984, pġ. 5. [2] ĠU C 46, tat-18.2.1985, pġ. 77. [3] ĠU C 87, tad-9.4.1985, pġ. 21. [4] ĠU L 249, tat-3.10.1969, pġ. 25. [5] ĠU L 303, tat-13.11.1974, pġ. 9. [6] ĠU L 103, tat-18.4.1973, pġ. 15. --------------------------------------------------