EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31984R1220

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1220/84 tat-30 ta' April 1984 dwar il-klassifika ta' oġġetti taħt is-subintestaturi 70.14 A I u 70.19 A I a)

ĠU L 117, 3.5.1984, p. 20–22 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 04/06/2013

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1984/1220/oj

31984R1220



Official Journal L 117 , 03/05/1984 P. 0020 - 0022
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 4 P. 0036
Spanish special edition: Chapter 02 Volume 10 P. 0225
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 4 P. 0036
Portuguese special edition Chapter 02 Volume 10 P. 0225


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1220/84

tat-30 ta' April 1984

dwar il-klassifika ta' oġġetti taħt is-subintestaturi 70.14 A I u 70.19 A I a)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 97/69 tas-16 ta' Jannar 1969 dwar miżuri li jkollhom jittieħdu għall-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni [1], kif l-aħħar emendat bl-Att ta'l-Adeżjoni tal-Greċja, u b'mod partikulari Artikolu 3 tiegħu,

Billi, biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni, jkollhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet dwar il-klassifika fit-tariffa ta' l-oġġetti li ġejjin:

1. Rożetti ta' ħġieġ bla lewn ("strass"), ottagonali (ta' dijametru ta' madwar l-14 mm), interzjati u llustrati, b'mod mekkaniku, u li jkollhom diversi faċċetti fuq iż-żewġ naħat, imtaqqba minn naħa għal oħra b'mod simetriku f'żewġ postijiet qrib ix-xifer; dawn jiġu normalment immuntati fuq tagħmir tad-dawl elettriku;

2. Pendenti ta' ħġieġ bla lewn ("strass"), ovali (e.g. ta' madwar 50-29 mm), interzjati u llustrati, b'mod mekkaniku, u li jkollhom ħafna faċċetti fuq iż-żewġ naħat, imtaqqba min-naħa għall-oħra qrib il-quċċata; dawn jiġu normalment immuntati fuq tagħmir tad-dawl elettriku;

3. Blalen tal-ħġieġ bla lewn ("strass") (ta' madwar 30 mm dijametru), interzjati u llustrati, b’mod mekkaniku, u li jkollhom ħafna faċċetti mgħammra b’ ganċijiet żgħar tal-metall mnejn jitwaħħlu; dawn jiġu normalment immuntati fuq tagħmir tad-dawl elettriku;

4. Żibeġ tal-ħġieġ bla lewn ("strass") (ta' dijametru ta' madwar 10 mm), interzjati u llustrati, b'mod mekkaniku, u li jkollhom diversi faċċetti, imtaqqba b'mod min-naħa għall-oħra minn ġo assi ċentrali; dawn normalment jintużaw fil- fabbrikazzjoni ta' ġojjellerija artifiċjali;

Billi t-Tariffa Doganali Komuni annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 950/68 [2], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1018/84 [3], tirreferi għal "oġġetti tal-ħġieġ li jagħtu d-dawl. oġġetti tas-senjaletika tal-ħġieġ u elementi ottiċi tal-ħġieġ, mhux maħduma b’mod ottiku u lanqas ta' ħġieġ ottiku", taħt l-intestatura Nru 70.14 u inter alia għal "żibeġ tal-ħġieġ" u "oġġetti żgħar tal-ħġieġ simili li jolqtu l-għajn jew li jkunu dekorattivi, u għal oġġetti tal-ħġieġ magħmulin minnhom", taħt l-intestatura Nru 70.19; billi, għall-klassifikata'l-oġġetti in kwistjoni, l-intestaturi msemmija aktar ’il fuq jistgħu jiġu kunsidrati;

Billi n-natura ta'l-oġġetti (ħġieġ bla lewn_ espressa fl-1, 2 u 3, u d-dehra tagħhom (għamla speċjali, imtaqqba biex jeħlu magħhom ganċijiet) juru li l-użu prinċipali hu fil-fabbrikazzjoni ta' tagħmir tad-dawl elettriku, filwaqt li l-użu tagħhom fil-fabbrikazzjoni ta' ġojjellerija artifiċjali hija biss ta' importanza sekondarja; billi l-oġġetti espressi fl-4 huma tax-xorta deskritta fin-Nota ta' Spjega 70.19 li hemm man-nomenklatura tat-Tariffa Komuni Doganali;

Billi, bħala konsegwenza, l-oġġetti spjegati f'1, 2 u 3 m'għandhomx jiġu kklassifikati taħt l-intestatura Nru 70.19 imma jkollhom jiġu kklassifikati taħt l-intestatura Nru 70.14 (is-subintestatura 70.14 A I tat-Tariffa Doganali Komuni) u, għall-kuntrarju, l-oġġetti spjegati fl-4 m'għandhomx jiġu inklużi fl-intestatura Nru 70.14 imma jkollhom jiġu inklużi fl-intestatura Nru 70.19 (is-subintestatura 70.19 A I a)) tat-Tariffa Doganali Komuni);

Billi l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar in-Nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti hawn taħt jkollhom jiġu kklassifikati taħt is-subintestaturi korrispondenti tagħhom tat-Tariffa Doganali Komuni kif jidher minn issa ’l quddiem:

1.Rożetti ta' ħġieġ bla lewn ("strass"), ottagonali (ta' dijametru ta' madwar 14 mm), interzjati u llustrati, b'mod mekkaniku, u li jkollhom diversi faċċetti fuq iż-żewġ naħat, imtaqqba b'mod min-naħa għall-oħra b'mod simetriku f'żewġ postijiet qrib ix-xifer; dawn jiġu normalment immuntati f'tagħmir tad-dawl elettriku; | 70.14Oġġetti tal-ħġieġ li jagħtu d-dawl oġġetti tal-ħġieġ tas-senjaletika u elementi ottiċi tal-ħġieġ, mhux maħduma b'mod ottiku jew ta' ħġieġ ottiku:A.Oġġetti għal tagħmir tad-dawl elettriku:I.Ħġieġ faċċettjat, platti, blalen, qtar f'għamla ta' lanġasa, biċċiet f'għamla ta' fjur, pendenti u artikoli simili għat-tiżjin tal-linef. |

2.Pendenti ta' ħġieġ bla lewn ("strass"), ovali (e.g. ta' madwar 50 × 29 mm), interzjati u llustrati, b'mod mekkaniku, u li jkollhom ħafna faċċetti fuq iż-żewġ naħat, imtaqqba min-naħa għall-oħra qrib il-quċċata; jiġu normalment immuntati fuq tagħmir tad-dawl elettriku. | 70.14Oġġetti tal-ħġieġ li jagħtu d-dawl, oġġetti tal-ħġieġ tas-senjaletika u elementi ottiċi tal-ħġieġ, mhux maħduma b'mod ottiku jew ta' ħġieġ ottiku:A.Artikoli għat-tagħmir tad-dawl elettrikuI.Ħġieġ iffaċċettjat, platti, blalen, qtar f'għamla ta' lanġasa, biċċiet f'għamla ta' fjur, pendenti u artikoli simili għat-tiżjin tal-linef. |

3Blalen tal-ħġieġ bla lewn ("strass") (ta'dijametru ta' madwar 30 mm), interzjati u llustrati, b'mod mekkaniku, u li jkollhom ħafna faċċetti mgħammra b'ganċijiet żgħar, tal-metall mnejn jitwaħħlu; dawn jiġu normalment immuntati fuq tagħmir tad-dawl elettriku. | 70.14Oġġetti tal-ħġieġ li jagħtu d-dawl, oġġetti tal-ħġieġ tas-senjaletika u elementi ottiċi tal-ħġieġ, mhux maħduma b'mod ottiku jew ta' ħġieġ ottiku:A.Artikoli għat-tagħmir elettriku:I.Ħġieġ iffaċċetjat, platti blalen, qtar f'għamla ta' lanġasa, biċċiet f'għamla ta' fjur, pendenti u artikoli simili għat-tiżjin tal-linef. |

4.Żibeġ tal-ħġieġ bla lewn ("strass") (ta' dijametru ta' madwar 10 mm), interzjati u llustrati, b'mod mekkaniku, u li jkollhom diversi faċċetti, imtaqqba min-naħa għall-oħra matul assi ċentrali; normalment jintużaw fil-fabbrikazzjoni ta' ġojjellerija artifiċjali. | 70.19Żibeġ tal-ħġieġ, perli artifiċjali, ħaġar prezzjuż u semi-prezzjuż artifiċjali, frammenti u laqx, u oġġetti żgħar tal-ħġieġ simili li jolqot l-għajn jew dekorattivi, u oġġetti tal-ħġieġ magħmula minnhom; kubi tal-ħġieġ, platti żgħar tal-ħġieġ, bid-dahar jew mingħajru, għall-mużajk u għal għanijiet dekorattivi simili; għajnejn artifiċjali tal-ħġieġ, inklużi dawk għal ġugarelli imma esklużi dawk li jintlibsu mill-bnedmin; ornamenti u artikoli oħra li jolqtu l-għajn tal-ħġieġ lamp-worked; frak tal-ħġieġ:A.Żibeġ tal-ħġieġ, perli artifċjali, ħaġar prezzjuż u semi-prezzjuż artifijali, u oġġetti żgħar tal-ħġieġ simili li jolqtu l-għajn jew dekorattivi, mhux immuntati, ingastati jew midmumin, imma li jinkludu oġġetti mhux klassifikati imsensla temporanjament għall-konvenjenza fit-trasport; frak tal-ħġieġ:I.Żibeġ tal-ħġieġ:(a)Maqtugħ u llustrat b'mod mekkaniku. |

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum li jiġi wara l-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 30 ta' April 1984.

Għall-Kummissjoni

Karl-Heinz Narjes

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 14, tal-21.1.1969, p. 1.

[2] ĠU L 172, tat-22.7.1968, p. 1.

[3] ĠU L 107, tad-19.4.1984, p. 1.

--------------------------------------------------

Top