EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31984L0415

Il-ħames Direttiva tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Lulju 1984 li tadatta għal progress tekniku l-Annessi II, III, IV, V u VI tad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi

ĠU L 228, 25.8.1984, p. 31–33 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/07/2013

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1984/415/oj

31984L0415



Official Journal L 228 , 25/08/1984 P. 0031 - 0033
Spanish special edition: Chapter 15 Volume 5 P. 0049
Portuguese special edition Chapter 15 Volume 5 P. 0049
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 13 P. 0201
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 13 P. 0201


Il-ħames Direttiva tal-Kummissjoni

tat-18 ta’ Lulju 1984

li tadatta għal progress tekniku l-Annessi II, III, IV, V u VI tad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi

(84/415/KEE)

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 83/574/KEE [2], u b’mod partikulari l-Artikolu 8(2) tagħha,

Billi sabiex tkun protetta s-saħħa pubblika, l-użu ta’ l-aċidu aristoloċiku (8-methoxy-3,4-methylenedioxy-10-nitrophenanthrene-1-carboxylic acid) u l-imluħa tiegħu kif ukoll l-ispeċi kollha tal-Veratrum għandhom ikunu pprojbiti fil-prodotti kosmetiċi,

Billi, fuq il-bażi tar-riċerka xjentifika u teknika l-aktar riċenti u soġġett għal ċerti restrizzjonijiet u kondizzjonijiet, l-użu tas-sustanzi li ġejjin jista’ jkun permissibli fi prodotti kosmetiċi: perossidu ta’ l-idroġenu fi preparazzjonijiet għal kura tal-ġilda u fi preparazzjonijiet ta’ tisħiħ tad-dwiefer, hydroquinone bħala aġent li jbajjad il-ġilda f’inħawi lokalizzati u nicomethanol hydrofluoride (3-hydroxymethylpyridinium fluoride) fi preparazzjonijiet ta’ l-iġjene orali; billi n-nitrat tal-fidda jista’ jkun definittivament permissibbli sabiex jagħti kulur lix-xagħar tal-għajnejn u tal-ħuġġbejn;

Billi l-glycerol-1(4-amino-benzoate) hu filtru tal-UV elenkat Nru 4 fil-parti 2 ta’ l-Anness VII, u għalhekk jista’ jkun imħassar minn Nru 2 fl-parti 1 ta’ l-Anness IV tad-Direttiva 76/768/KEE;

Billi l-preservattivi 56 u 57, elenkati fil-parti 2 ta’ l-Anness VI tad-Direttiva 76/768/KEE, huma wkoll miżjuda mal-kosmetiċi għal skopijiet speċifiċi oħra;

Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’din id-Direttiva huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Adattazzjoni għall-Progress Tekniku tad-Direttivi għat-Tneħħija ta’ l-Ostakoli Tekniċi għall-Kummerċ fis-Settur tal-Kosmetiċi,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

Id-Direttiva 76/768/KEE hija b’dan emendata kif ġej:

1. Fl-Anness II:

- in-numru 333 jinbidel bi:

"333. Veratrum Spp. u l-preparazzjonijiet tiegħu",

- l-oġġett li ġej huwa miżjud:

"365. Aċidu aristoloċiku u l-imluħa tiegħu".

2. Fl-Anness III, fil-parti 1:

- in-numri ta’ referenza 12 u 14 huma emendati kif ġej:

a | b | c | d | e | f |

12 | Perossidu ta’ l-idroġenu | (a)Preparazzjonijiet għall-kura tax-xagħar | 12 % ta’ H2O2 (40 volum) | | (a) (b) (ċ) Fih il-perossidu ta’ l-idroġenu Evita l-kuntatt ma’ l-għajnejn Laħlaħ l-għajnejn immedjatament jekk il-prodott jiġi f’kuntatt magħhom |

| | (b)Preparazzjonijiet għall-kura tal-ġilda | 4 % ta’ H2O2 | |

| | (c)Preparazzjonijiet għat-tisħiħ tad-dwiefer | 2 % ta’ H2O2 | |

14 | Hydroquinone (1) | (a)Aġent ossidizzanti taż-żebgħa tax-xagħar: | 2 % | | a) |

| | 1.Użu ġenerali | | | 1.Tużax sabiex tagħti kulur lix-xagħar tal-għajnejn u lill-ħuġġbejn.Laħlaħ l-għajnejn immedjatament jekk il-prodott jiġi f’kuntatt magħhomFih il-hydroquinone |

| | 2.Użu professjonali | | | 2.Għal użu professjonali biss.Fih il-hydroquinoneLaħlaħ l-għajnejn immedjatament jekk il-prodott jiġi f’kuntatt magħhom |

| Hydroquinone | (b)Aġenti biex ibajdu l-ġilda f’inħawi lokalizzati | 2 % | | b) Fih il-hydroquinoneEvita l-kuntatt ma’ l-għajniejnApplika fuq żoni żgħarJekk tiżviluppa irritazzjoni waqqaf l-użufuq tfal ta’ taħt l-età ta’ 12-il sena |

- in-numri ta’ referenza li ġejjin huma miżjuda:

a | b | ċ | d | e | f |

47 | Nicomethanol hydrofluoride | Prodotti ta’ l-iġjene orali | 0,15 % ikkalkolat bħala F Meta mħallat ma’ taħlitiet oħrajn ta’ flworin permissibbli permezz ta’ dan l-Anness, il-konċentrazzjoni totali ta’ F ma għandhiex teċċedi il- 0,15 % | | Fih il-nicomethanol hydrofluoride |

48 | Nitrat tal-fidda | Biss għall-prodotti intiżi sabiex jagħtu kulur lix-xagħar ta’ l-għajnejn u lill-ħuġġbejn | 4 % | | Fih in-nitrat tal-fiddaLaħlaħ l-għajnejn immedjatament jekk il-prodott jiġi f’kuntatt magħhom |

3. In-numri ta’ referenza 2 u 6 jitħassru mill-parti 1 ta’ l-Anness IV.

4. In-numru ta’ referenza 11 jitħassar mill-Anness V.

5. Is-simbolu (+) jiżdied mal-kolonna (b) tal-parti 2 fl-Anness VI immedjatament wara l-ismijiet tas-sustanzi nnominati bin-Nri ta’ referenza 56 u 57.

L-Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1985. Għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni bihom.

L-Artikolu 3

Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-18 ta’ Lulju 1984.

Għall-Kummissjoni

Karl-Heinz Narjes

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 169.

[2] ĠU L 332, tat-28.11.1983, p. 38.

--------------------------------------------------

Top