EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31983R0810

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 810/83 tal-5 ta' April 1983 dwar il-klassifikazzjoni ta' oġġetti f'ċerti titoli jew sottotitoli tat-Tariffa Doganali Komuni

ĠU L 90, 8.4.1983, p. 11–13 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1983/810/oj

31983R0810



Official Journal L 090 , 08/04/1983 P. 0011 - 0013
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 3 P. 0143
Spanish special edition: Chapter 02 Volume 9 P. 0271
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 3 P. 0143
Portuguese special edition Chapter 02 Volume 9 P. 0271


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 810/83

tal-5 ta' April 1983

dwar il-klassifikazzjoni ta' oġġetti f'ċerti titoli jew sottotitoli tat-Tariffa Doganali Komuni

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 97/69 tas-16 ta' Jannar dwar miżuri li għandhom jittieħdu għall-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni [1] kif l-aħħar emendat minn l-Att ta' Adeżjoni tal-Greċja, u b'mod partikolari Artikolu 3 tiegħu,

Filwaqt li biex tkun żgurata applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni, għandhom ikunu provduti dispożizzjonijiet dwar il-klassifikazzjoni tat-tariffa ta' l-oġġetti li ġejjin;

1. karus taċ-ċeramika fl-għamla ta' qasquż, madwar 15-il ċm twil u 9 ċm għoli, b'disinn tal-fjuri, li għandu xaqq fuq wara sabiex ikunu inseriti muniti u b'tapp magħmul minn gomma ratba mdaħħal ġo toqba tonda fil-bażi li minnha l-muniti jistgħu jinħarġu;

2. karus taċ-ċeramika fl-għamla ta' figurin ta' raġel xiħ, madwar 18-il ċm għoli, b'wiċċ u ħwejjeġ impittrin fuqu, li għandu xaqq biex ikunu inseriti muniti u b'tapp magħmul minn gomma ratba mdaħħal ġo toqba tonda fil-bażi li minnha muniti jistgħu jinħarġu;

3. karus taċ-ċeramika fl-għamla ta' pingwin, madwar 30 ċm għoli, li għandu kemm xaqq fuq wara biex ikunu inseriti muniti kif ukoll katnazz fil-bażi;

4. karus tal-plastik fl-għamla ta' pingwin, madwar 16-il ċm għoli, b'xalpa ħamra u xaqq fuq wara biex ikunu inseriti muniti;

5. karus fl-għamla ta' figura stilizzata ta' tarbija fuq injam impitter, madwar 16-il ċm għoli, li jikkonsisti f'kontenitur ċilindriku b’xaqq sabiex ikunu inseriti muniti u jiddendel permezz ta' labra ta' l-injam, li tista’ tinqala’ sabiex jinħarġu l-muniti u li jitwaħħal fis-sod ma’ tliet sferi li jirrapreżentaw id-dirgħajn u ras li ssellem;

6. karus tal-metall tal-ħadid fl-għamla ta' minjatura ta' kaxxa ta' l-ittri (madwar 12-il ċm għoli, b'bażi approssimament ta' 5 X 6 ċm), miżbugħ aħmar, li għandu toqba fid-dahar biex jiddendel mal-ħajt, xaqq fuq quddiem biex ikunu inseriti muniti u bieb żgħir b'serratura;

Billi t-Tariffa Doganali Komuni mehmuża mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 950/68 [2], kif l-aħħar emendata mir-Regolament (KEE) Nru 604/83 [3], jelenka taħt it-titolu Nru 69.13 inter alia statwetti u ornamenti oħra, taħt it-titolu Nru 79,02, pupi, u taħt it-titolu Nru 97.03 inter alia ġugarelli oħra, taħt it-titolu Nru 39.07, artikoli ta' materjali tal-plastik deskritti fit-titolu Nru 39.01 sa 39.06, taħt it-titolu Nru 44.27 inter alia ornamenti jew artikoli oħra ta' l-injam li jingħoġbu, taħt it-titolu Nru 73.40, artikoli oħra tal-ħadid jew azzar, taħt it-titolu Nru 83.06 inter alia ornamenti ta' metall irħis; billi għall-klassifika ta' l-oġġetti msemmija iktar qabel it-titoli msemmija iktar il-fuq jistgħu jkunu kkunsidrati;

Billi dawn l-oġġetti, minħabba d-disinn u l-użu tagħhom, ma jipossedux il-karatteristiċi essenzjali ta' ġugarell lanqas, fir-rigward ta' l-artikoli 2 sa 5, ta' pupa; billi l-artikoli msemmija taħt 1, 2 u 3, taħt 4, taħt 5 u taħt 6 m'humiex għalhekk esklużi, rispettivament, mill-Kapitoli 69, 39 u 44 jew mis-Sezzjoni XV bis-saħħa tan-Noti 2 (f) tal-Kapitolu 69, 1 (q) tal-Kapitolu 39, 1 (o) tal-Kapitolu 44 jew 1 (m) tas-Sezzjoni XV; billi, madanakollu, fil-każ ta' l-artikolu 6, m'għandux il-karateristiċi ta' ornament għal ġewwa bħal xarbitelli jew ornamenti tal-ħajt imsemmija fis-sottotitolu 83.06 tan-Noti ta' Spjegazzjoni għan-Nomenklatura tal-Kunsill ta' Koperazzjoni Doganali;

Billi l-għamla u d-dekorazzjoni (tiżjin) tagħhom jagħtu lill-ewwel ħames artikoli in kwestjoni l-karattru ta' ornamenti; filwaqt li la l-dimensjonijiet u lanqas il-funzjoni tagħhom bħala karus m'għandhom xi influwenza fuq il-karattru tagħhom bħala ornamenti; billi b'konsegwenza, l-ewwel tliet artikoli għandhom ikunu kklassifikati taħt it-titolu Nru 69.13; ir-raba’ fis-sottotitolu 39.07 B V d), u l-ħames fis-sottotitolu 44.27 B; billi is-sitt artikolu, li jista jkun ittrattat bl-istess mod bħall- kaxex, kaxxetti, kaxex tal-kaxu u kontenituri oħra li jirreferi għalihom il-paragrafu (B) (3) tan-Nota ta' Spjegazzjoni għan-Nomenklatura tal-Kunsill ta' Koperazzjoni Doganali in relazzjoni mat-titolu Nru 73.40, għandu jkun ikklassifikat taħt dak it-titolu fis-sottotitolu B;

Billi l-miżuri pprovduti għalihom f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat dwar in-Nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti hawn taħt huma minn hawn il-quddiem ikklassifikati fit-titolu jew sottotitolu tat-Tariffa Doganali Komuni indikata għal kull wieħed:

1.Karus taċ-ċeramika fl-għamla ta' qasquż, madwar 15-il ċm twil u 9 ċm għoli, b'disinn tal-fjuri, li għandu xaqq fuq wara biex ikunu inseriti muniti u tapp magħmul minn gomma ratba mdaħħal ġo toqba tonda fil-bażi li minnha l-muniti jistgħu jinħarġu: | 69.13Statwetti u ornamenti oħra, u artikoli ta' tiżjin personali; artikolu ta' għamara |

2.Karus taċ-ċeramika fl-għamla ta' figurin ta' raġel xiħ, madwar 18-il ċm għoli, b'wiċċ u ħwejjeġ impittrin fuqu, li għandu xaqq biex ikunu inseriti muniti u b'tapp magħmul minn gomma ratba mdaħħal f'toqba tonda fil-bażi li minnha l-muniti jistgħu jinħarġu: | 69.13Statwetti u ornamenti oħra, u artikoli ta' tiżjin personali; artikoli ta' għamara |

3.Karus taċ-ċeramika fl-għamla ta' pingwin, madwar 30 ċm għoli, li għandu kemm xaqq fuq wara biex ikunu inseriti muniti u (kif ukoll) katnazz fil-bażi: | 69.13Statwetti u ornamenti oħra, u artikoli ta' tiżjin personali; artikoli ta' għamara |

4.Karus tal-plastik fl-għamla ta' pingwin, madwar 16-il ċm għoli, b'xalpa ħamra u xaqq fuq wara biex ikunu inseriti muniti: | 39.07Artikoli ta' materjali tal-kwalitajiet deskritti fit-titolu Nri 39.01 sa 39.06:B.Oħra.V.Ta' materjali oħra(d)Oħra |

5.Karus fl-għamla ta' figura stilizzata ta' tarbija fuq injam impitter, madwar 16-il ċm għoli, li jikkonsisti f'kontenitur ċilindriku b'xaqq biex ikunu inseriti muniti u jiddendel ma’ labra ta' l-injam, li jista’ jinqala’ biex jinħarġu muniti u jitwaħħal fis-sod ma tliet sferi li jirrapreżentaw id-dirgħajn u ras li jsellem: | 44.27Lampi standard, lampi tal-mejda u fittings tad-dawl oħra ta' l-injam, artikoli ta' għamara, ta' l-injam, li ma jaqgħux taħt il-Kapitolu 94; kaxxetti għal oġġetti prezzjużi, kaxex tas-sigaretti, gabarrejiet, fruttieri, ornamenti u artikoli oħra li jingħoġbu ta' l-injam; kaxxetti għall-pożati, għal strumenti tad-disinn jew għall-vjolini, u reċipjenti simili, ta' l-injam; artikoli ta' l-injam għall-użu personali jew tiżjin, ta' xorta li normalment jinġarru fil-but, fil-basket ta' l-idejn jew fuq il-persuna; partijiet mill-artikoli msemmija qabel, ta' l-injam:B.Oħra |

6.Karus tal-metall tal-ħadid fl-għamla ta' minjatura ta' kaxxa ta' l-ittri (madwar 12-il ċm għoli, b'bażi approssimament (bejn wieħed u ieħor) ta' 5 X 6 ċm), miżbugħ aħmar, li għandu toqba fid-dahar biex jiddendel mal-ħajt, xaqq (slott) fuq quddiem biex ikunu inseriti muniti u bieb żgħir b'serratura: | 73.40Artikoli oħra tal-ħadid jew azzarB.Oħra |

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul Brussel, fil-5 ta' April 1983.

Għall-Kummissjoni

Karl-Heinz Narjes

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 14, tal-21.1.1969, p. 1.

[2] ĠU L 172, tat-22.7.1968, p.1.

[3] ĠU L 72, tat-18.3.1983, p. 3

--------------------------------------------------

Top