This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31983L0572
Council Directive 83/572/EEC of 26 October 1983 amending Directive 65/269/EEC concerning the standardization of certain rules relating to authorizations for the carriage of goods by road between Member States and the First Council Directive of 23 July 1962 on the establishment of common rules for certain types of carriage of goods by road between Member States
Id-Direttiva tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 1983 li temenda d-Direttiva 65/269/KEE li tikkonċerna l-istandardizzazzjoni ta' ċerti regoli relatati ma' l-awtorizzazzjonijiet għat-trasport ta' merkanzija bit-triq bejn l-Istati Membri u l-Ewwel Direttiva tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 1962 dwar l-istabbiliment ta' regoli komuni għal ċerti tipi ta' trasport ta' merkanzija bit-triq bejn l-Istati Membri
Id-Direttiva tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 1983 li temenda d-Direttiva 65/269/KEE li tikkonċerna l-istandardizzazzjoni ta' ċerti regoli relatati ma' l-awtorizzazzjonijiet għat-trasport ta' merkanzija bit-triq bejn l-Istati Membri u l-Ewwel Direttiva tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 1962 dwar l-istabbiliment ta' regoli komuni għal ċerti tipi ta' trasport ta' merkanzija bit-triq bejn l-Istati Membri
ĠU L 332, 28.11.1983, pp. 33–36
(DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 15/01/2007; Impliċitament imħassar minn 32006L0094
Official Journal L 332 , 28/11/1983 P. 0033 - 0036
Finnish special edition: Chapter 7 Volume 3 P. 0099
Spanish special edition: Chapter 07 Volume 3 P. 0175
Swedish special edition: Chapter 7 Volume 3 P. 0099
Portuguese special edition Chapter 07 Volume 3 P. 0175
Id-Direttiva tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 1983 li temenda d-Direttiva 65/269/KEE li tikkonċerna l-istandardizzazzjoni ta' ċerti regoli relatati ma' l-awtorizzazzjonijiet għat-trasport ta' merkanzija bit-triq bejn l-Istati Membri u l-Ewwel Direttiva tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 1962 dwar l-istabbiliment ta' regoli komuni għal ċerti tipi ta' trasport ta' merkanzija bit-triq bejn l-Istati Membri (83/572/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 75 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3], Billi l-introduzzjoni ta' awtorizzazzjoni multilaterali għat-trasport ta' skariġġ intra-Komunitarju bit-triq għandha tassigura organizzazzjoni iktar effiċjenti ta' dan l-iskariġġ u għalhekk żieda fil-produttività ta' l-intrapriżi speċjalizzati fl-iskariġġ; Billi d-Direttiva 65/269/KEE [4], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 73/169/KEE [5], għandha għalhekk tiġi emendata biex tinkludi din l-awtorizzazzjoni; Billi r-regoli dwar l-iskariġġ intra-Komunitarju għandhom jiġu kkumbinati f'Direttiva waħda; billi l-Ewwel Direttiva tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 1962 [6], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 82/50/KEE [7], għandhom għalhekk jiġu emendati, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 Id-Direttiva 65/269/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej: 1. Fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 2 "jew xort'oħra" huwa mħassar. 2. Il-paragrafi li ġejjin huma miżjuda ma' l-Artikolu 2: "L-awtorizzazzjoni mogħtija għat-trasport ta' skariġġ minn intrapriżi li jkollhom persunal u tagħmir speċjalizzat għall-iskop għandha tkun valida għat-trasport bejn l-Istati Membri u in tranżitu tul it-territorju ta' l-Istati Membri. Dan it-trasport m'għandux ikun soġġett għal sistema ta' kwota. Din id-dispożizzjoni ma talterax il-kondizzjonijiet li għalihom kull Stat Membru jissuġġetta l-ammissjoni taċ-ċittadini proprji tiegħu." 3. Il-mudell ta' awtorizzazzjoni anness ma' din id-Direttiva huwa miżjud ma' l-Anness. L-Artikolu 2 Il-Punt 4 ta' l-Anness II ta' l-Ewwel Direttiva tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 1962 huwa hawnhekk imħassar. L-Artikolu 3 L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux iktar tard mill-1 ta' Jannar 1984. Għandhom jinfurmaw bihom lill-Kummissjoni minnufih. L-Artikolu 4 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fil-Lussemburgu, fis-26 ta' Ottubru 1983. Għall-Kunsill Il-President G. Moraitis [1] ĠU C 307, ta' l-24.11.1982, p. 4. [2] ĠU C 277, tas-17.10.1983, p. 161. [3] ĠU C 90, tal-5.4.1983, p. 1. [4] ĠU 88, ta' l-24.5.1965, p. 1469/65. [5] ĠU L 181, ta' l-4.7.1973, p. 20. [6] ĠU 70, tas-6.8.1962, p. 2005/62. [7] ĠU L 27, ta' l-4.2.1982, p. 22. -------------------------------------------------- L-ANNESS +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------